EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0235

Kawża T-235/09: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni vs Edificios Inteco

ĠU C 220, 12.9.2009, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/33


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni vs Edificios Inteco

(Kawża T-235/09)

2009/C 220/70

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: G. Valero Jordana, aġent)

Konvenuta: Edificios Inteco, SL (Valladolid, Spanja)

Talbiet tar-rikorrent

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lura lir-rikorrenti s-somma ta EUR 157 238,07 flimkien mal-interessi ta’ EUR 81 686,22 dovuti sal-1 ta’ Ġunju 2009, flimkien mal-interessi għal kull ġurnata ta’ dewmien, li jammontaw għal EUR 21.73796/kuljum, b’effett mit-2 ta’ Ġunju 2009 sar-rimbors totali tad-dejn;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni Ewropea titlob il-ħlas lura parzjali tas-somom imħallsa bil-quddiem lill-kumpannija Edificios Inteco, S.L. fil-kuntest ta’ kuntratt dwar il-proġett “Energy — Comfort 2000 Phase I”, li kellu bħala għan il-bini ta’ ċentru kummerċjali u ta’ negozju fil-belt ta’ Valladolid (Spanja), u li ġie mħassar mill-Kummissjoni.

Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta naqset milli twettaq l-obbligi kuntrattwali tagħha.


Top