Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TN0102

Kawża T-102/09: Rikors ippreżentat fil- 1 ta’ Settembru 2010 — Elosta vs Il-Kummissjoni

ĠU C 13, 15.1.2011, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/26


Rikors ippreżentat fil-1 ta’ Settembru 2010 — Elosta vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-102/09)

()

2011/C 13/52

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Abdelrazag Elosta (Pinner, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: E. Grieves, Barrister, u A. McMurdie, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-Regolament (KE) Nru 1330/2008 (1) sa fejn jirrigwarda lir-rikorrent;

tornda lill-konvenuta sabiex immedjatament tħassar l-isem tar-rikorrent mill-anness tal-imsemmi regolament; u

tikkundanna l-Kummissjoni u/jew lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ħlas, minbarra tal-ispejjeż tagħhom, tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent, kif ukoll ta’ somom imħallsa mill-kaxxier tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħala għajnuna legali.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tiegħu, ir-rikorrenti jitlob, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2008, sa fejn l-isem tar-rikorrent tniżżel fil-lista ta’ persuni u entitajiet li kontrihom ġew stabbiliti ċerti miżuri restrittivi.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jippreżenta l-motivi li ġejjin:

 

L-ewwel nett, il-Kummissjoni fl-ebda mument ma stħarrġet indipendentement il-bażi li fuqha r-rikorrent tniżżel fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 (2), u lanqas ma tablet xi raġunijiet jew provi għal din l-inklużjoni.

 

Barra minn hekk, il-Kummissjoni naqset milli tipprovdi xi raġuni kwalsiasi lir-rikorrent, u wara naqset milli tipprovdi raġunijiet adegwati għall-inklużjoni tiegħu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, bi ksur tad-dritt tiegħu għal rimedju ġudizzjarju effettiv, tad-drittijiet tad-difiża tiegħu u tad-dritt għal proprjetà taħt il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.

 

Fl-aħħar nett, il-fatt li isem ir-rikorrenti ikompli jinżamm fl-Anness I tar-Regolament Nru 881/2002, huwa irraġonevoli sa fejn: (i) la kien hemm u lanqas ma hemm raġunijiet li jistgħu jissodisfaw il-kriterji rilevanti għall-inklużjoni fl-imsemmi anness; (ii) skont il-Gvern tar-Renju Unit ir-rikorrent ma għadux jissodisfa l-kriterji rilevanti; u (iii) qorti Ingliża specializzata ddeċidiet li l-Grupp Ġellied Islamiku Libjan ma ngħaqqadx man-network ta’ Al-Qaida u/jew li kull persona assoċjata mal-Grupp Ġellied Islamiku Libjan ma għandhiex ideoloġija globali u vjolenti tal-Jihad tat-tip Al-Qaida.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2008, tat-22 ta’ Diċembru 2008, li jemenda għall-103 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban (ĠU L 345, p. 60).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta’ Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 294).


Top