This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TB0409
Case T-409/09: Order of the General Court of 22 June 2011 — Evropaïki Dynamiki v Commission (Non-contractual liability — Public service contracts — Rejection of a tenderer’s bid — Annulment of the decision by a judgment of the General Court — Limitation period — Time-limits on account of distance — Action in part inadmissible and in part manifestly unfounded in law)
Kawża T-409/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 22 ta’ Ġunju 2011 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni ( “Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Annullament tad-deċiżjoni permezz ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali — Preskrizzjoni — Terminu ta’ distanza — Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt” )
Kawża T-409/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 22 ta’ Ġunju 2011 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni ( “Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Annullament tad-deċiżjoni permezz ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali — Preskrizzjoni — Terminu ta’ distanza — Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt” )
ĠU C 238, 13.8.2011, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 238/16 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2011 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-409/09) (1)
(Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Annullament tad-deċiżjoni permezz ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali - Preskrizzjoni - Terminu ta’ distanza - Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)
2011/C 238/26
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wilderspin u E. Manhaeve, aġenti)
Suġġett
Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għal dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Settembru 2004 li tiċħad l-offerta tiegħu u li kkonċediet il-kuntratt lil offerent ieħor, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħiet għall-offerti għall-provvista ta’ servizzi informatiċi u l-provvisti konnessi li għandhom x’jaqsmu mas-sistemi ta’ informazzjoni tad-Direttorat Ġenerali “Sajd”.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż. |