Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0513

    Kawża T-513/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 16 ta’ Diċembru 2010 — Baena Grupo vs UASI — Neuman u Galdeano del Sel (figura bilqiegħda) ( “Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta figura bilqiegħda — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti — Raġuni għal invalidità — Karattru individwali — Impressjoni globali differenti — Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002” )

    ĠU C 46, 12.2.2011, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/13


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Baena Grupo vs UASI — Neuman u Galdeano del Sel (figura bilqiegħda)

    (Kawża T-513/09) (1)

    (Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta figura bilqiegħda - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti - Raġuni għal invalidità - Karattru individwali - Impressjoni globali differenti - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)

    2011/C 46/25

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: José Manuel Baena Grupo, SA (Santa Perpètua de Mogoda, Spanja) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

    Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Herbert Neuman (Tarifa, Spanja) u Andoni Galdeano del Sel (Spanja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 1323/2008-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Herbert Neuman u Andoni Galdeano del Sel, minn naħa, u José Manuel Baena Grupo, SA, min-naħa l-oħra.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 1323/2008-3) hija annullata.

    (2)

    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn José Manuel Baena Grupo, SA. Herbert Neuman u Andoni Galdeano del Sel għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 51, 27.02.2010.


    Top