Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0404

    Kawża T-404/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Novembru 2010 — Deutsche Bahn vs UASI (Tagħqid tal-kuluri griż u aħmar) ( Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’tagħqid orizzontali tal-kuluri griż u aħmar — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 )

    ĠU C 13, 15.1.2011, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 13/25


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2010 — Deutsche Bahn vs UASI (Tagħqid tal-kuluri griż u aħmar)

    (Kawża T-404/09) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’tagħqid orizzontali tal-kuluri griż u aħmar - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    2011/C 13/48

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Deutsche Bahn AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Hildebrandt, K. Schmidt-Hern u B. Weichhaus, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Lulju 2009 (Każ R 379/2009-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal ta’ kulur, li jikkonsisti fit-tagħqid tal-kuluri griż u aħmar, bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Deutsche Bahn AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 297, 05.12.2009.


    Top