This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0521
Case C-521/09 P: Appeal brought on 15 December 2009 by Elf Aquitaine SA against the judgment delivered by the Court of First Instance (Seventh Chamber) on 30 September 2009 in Case T-174/05 Elf Aquitaine v Commission
Kawża C-521/09 P: Appell ippreżentat fil- 15 ta’ Diċembru 2009 minn Elf Aquitaine SA mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) mogħtija fit- 30 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża T-174/05, Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni
Kawża C-521/09 P: Appell ippreżentat fil- 15 ta’ Diċembru 2009 minn Elf Aquitaine SA mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) mogħtija fit- 30 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża T-174/05, Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni
ĠU C 37, 13.2.2010, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/28 |
Appell ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2009 minn Elf Aquitaine SA mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) mogħtija fit-30 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża T-174/05, Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-521/09 P)
2010/C 37/35
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Elf Aquitaine SA (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery u S. Thibault-Liger, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea
It-talbiet tal-appellanti
— |
Prinċipalment:
|
— |
Sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas, abbażi tal-Artikolu 261 TFUE, il-multa ta’ EUR 45 miljun imposta in solidum fuq Arkema SA u Elf Aquitaine mill-Artikolu 2(ċ) tad-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq tal-Kummissjoni skont il-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha minħabba nuqqasijiet oġġettivi fil-motivazzjoni u r-raġunament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-Kawża T-174/05, kif imsemmija fis-sitt aggravju ta’ dan l-appell; |
— |
Fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha, inklużi dawk sostnuti minn Elf Aquitaine quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tqajjem sitt aggravji insostenn tal-appell tagħha.
Permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi meta ma siltitx il-konsegwenzi kollha tan-natura repressiva tas-sanzjonijiet tal-Artikolu 101 TFUE [81 KE]. Hija tilmenta b’mod iktar partikolari li l-Qorti tal-Prim’Istanza eskludietha abbużivament mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prinċipji ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza u tal-individwalità tal-pieni billi attribwiet lill-appellanti r-responsabbiltà għal ksur ta’ liġi mwettaq mis-sussidjarja tagħha, filwaqt li l-fatti mressqa mill-appellanti juru għall-kuntrarju li hi personalment ma wettqet ebda ksur ta’ liġi u li hija injorat l-istess eżistenza tal-ksur kontenzjuż meta dan fil-mument tat-twettiq tiegħu.
Permezz tat-tieni aggravju tagħha, Elf Aquitaine tinvoka ksur tad-drittijiet tad-difiża li jirriżultaw minn interpretazzjoni żbaljata tal-prinċipji ta’ ekwità u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet. Fis-sentenza appellata, il-Qorti tal-Prim’Istanza fil-fatt kienet qieset li l-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet kien ġie osservat f’dan il-każ peress li l-appellanti kienet f’pożizzjoni li tesprimi utilment il-fehma tagħha matul il-proċedura amministrattiva u li hija kienet ġiet infurmata għall-ewwel darba bl-oġġezzjonijiet imqajma kontriha fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. Skont l-appellanti, din l-interpretazzjoni hija żbaljata minħabba li tkun qed ixxejjen il-ħtieġa li jiġu rrispettati d-drittijiet tad-difiża tal-appellanti fl-istadju tal-investigazzjoni prelminari skoperta u tikser ukoll il-ħtieġa, għall-Kummissjoni, li twettaq din l-investigazzjoni b’mod imparzjali, kemm kontra kif ukoll favur kull persuna suspettata bi ksur ta’ liġi.
Permezz tat-tielet aggravju tagħha, l-appellanti tilmenta li l-Qorti tal-Prim’Istanza kkommettiet bosta żbalji ta’ liġi fir-rigward tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Dawn l-iżbalji jirrigwardaw kemm l-evalwazzjoni tal-portata u tal-intensità tal-motivazzjoni meħtieġa mill-Kummissjoni kif ukoll il-kontenut stess tas-sentenza appellata, li tinkludi diversi dikjarazzjonijiet kontradittorji.
Permezz tar-raba’ aggravju tagħha, Elf Aquitaine tgħid li hemm ksur tal-Artikolu 263 TFUE [230 KE] peress li l-Qorti tal-Prim’Istanza qabżet il-limiti tal-istħarriġ tal-legalità billi ssostitwiet l-evalwazzjoni tagħha dwar il-possibbiltà ta’ attribuzzjoni ta’ ksur imwettaq mis-sussidjarja tagħha lill-kumpannija parent tagħha għall-evalwazzjoni insuffiċjenti u sommarja li hemm fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.
Permezz tal-ħames aggravju tagħha, li huwa magħmul minn erba’ partijiet, l-appellanti tgħid li hemm ksur, mill-Qorti tal-Prim’Istanza, tar-regoli dwar l-attribuzzjoni tar-responsabbiltà għall-prattiċi antikompetittivi. Mhux talli ma kellhiex tivvalida l-preżunzjoni ta’ responsabbiltà tal-kumpannija parent għall-azzjonijiet tal-kumpannija sussidjarja tagħha, il-Qorti tal-Prim’Istanza fil-att imissha vverifikat jekk il-Kummissjoni kinitx ressqet il-prova ta’ indħil konkret tal-appellanti fit-tmexxija tas-sussidjarja tagħha.
Permezz tas-sitt u l-aħħar aggravju tagħha, l-appellanti tosserva fl-aħħar nett, sussidjarjament, li jekk l-iżbalji u l-ksur imwettqa mill-Qorti tal-Prim’Istanza ma jwasslux għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, huma għandhom, fi kwalunkwe każ, iwasslu lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tannulla jew tnaqqas il-multa imposta fuqha in solidum.