EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0513

Kawża C-513/09: Rikors ippreżentat fil- 11 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

ĠU C 37, 13.2.2010, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/25


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-513/09)

2010/C 37/32

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Peere u A. Marghelis, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li r-Renju tal-Belġju ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (1) u, f’kull każ, billi ma kkomunikax dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/66/KE skada fis-26 ta’ Settembru 2008. Fil-mument tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jittrasponi d-direttiva jew, f’kull każ, kien għadu ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 266, p. 1.


Top