Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0510

    Kawża C-510/09: Rikors ippreżentat fid- 9 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

    ĠU C 37, 13.2.2010, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.2.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 37/24


    Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

    (Kawża C-510/09)

    2010/C 37/29

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u G. Zavvos, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

    Talbiet tal-partijiet rikorrenti

    tikkonstata li, billi naqset milli tinnotifika l-abbozz tad-digriet tat-13 ta’ Marzu 2006 dwar l-użu ta’ taħlitiet meħuda immedjatament mill-prodotti msemmija fl-Artikolu L.253-1 tal-Kodiċi Rurali fil-kuntest tal-proċedura stabbilita mid-Direttiva 98/34/KE, tal-22 ta’ Ġunju 1998, emendata bid-Direttiva 98/48/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà Informatika (1), ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu l-Artikolu 8(1) tal-imsemmija direttiva;

    tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea tikkritika lill-konvenuta li ma nnotifikatilhiex, qabel ma adottat, id-digriet ministerjali inkwistjoni, dwar l-użu ta’ ċerti taħlitiet meħuda immedjatament mill-prodotti li jipproteġu l-pjanti li għandhom interess agronomiku, minkejja l-fatt li dan id-digriet jikkostitwixxi bla dubju regola teknika fis-sens tad-Direttiva 98/34 u li, skont din id-direttiva, hija kellha tinnotifika lill-Kummissjoni l-abbozz peress illi ma jaqax taħt id-derogi stabbiliti mill-Artikolu 10 tal-istess direttiva.

    Skont il-Kummissjoni, il-konvenuta ammettiet l-materjalità ta’ dan il-ksur peress li, wara li rċeviet l-opinjoni motivata, l-awtoritajiet Franċiżi nnotifikaw lill-Kummissjoni l-abbozz tad-digriet li jħassar id-digriet ministerjali inkwistjoni u li jerġa’ jistabbilixxi l-kontenut tiegħu. Madankollu, meta dan ir-rikors ġie ppreżentat, dan l-abbozz tad-digriet kien għadu ma ġiex adottat mill-awtoritajiet Franċiżi jew, fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni kienet għadha ma ġietx informata dwaru.


    (1)  Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998, li temenda d-Direttiva 98/34/KE li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 21, p. 8)


    Top