This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0496
Case C-496/09: Action brought on 2 December 2009 (faxed on 30 November 2009 ) — European Commission v Italian Republic
Kawża C-496/09: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Diċembru 2009 (faks tat- 30 ta’ Novembru 2009 ) — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew vs Ir-Repubblika Taljana
Kawża C-496/09: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Diċembru 2009 (faks tat- 30 ta’ Novembru 2009 ) — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew vs Ir-Repubblika Taljana
ĠU C 24, 30.1.2010, p. 44–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/44 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2009 (faks tat-30 ta’ Novembru 2009) — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-496/09)
2010/C 24/77
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew (rappreżentanti: L. Pignataro u E. Righini, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet
— |
Tiddikjara li, billi ma adottatx il-miżuri neċessarji kollha sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-1 ta’ April 2004, fil-Kawża C-99/02 dwar l-irkupru mingħand il-benefiċjarji tal-għajnuna li, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/128/KE (1), tal-11 ta’ Mejju 1999, dwar l-għajnuna mogħtija mill-Italja sabiex ikunu promossi l-impjiegi, ġiet iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija deċiżjoni u l-Artikolu 288(1) KE; |
— |
Tordna lir-Repubblika Taljana tħallas lill-Kummissjoni pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum li jammontaw għal EUR 285 696 għal dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza fil-Kawża C-99/02 dwar id-Deċiżjoni 2000/128/KE mill-ġurnata tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża sal-ġurnata tal-eżekuzzjoni tas-sentenza fil-Kawża C-99/02; |
— |
Tordna lir-Repubblika Taljana tħallas lill-Kummissjoni somma f’daqqa li l-ammont tagħha jirriżulta mill-multiplikazzjoni ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum ta’ EUR 31 744 bin-numru ta’ ġranet ta’ dewmien tal-ksur mill-jum tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża għal dak li jirrigwarda d-Deċiżjoni 2000/128/KE; |
— |
Tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-Repubblika Taljana ma adottatx il-miżuri neċessarji kollha sabiex tirkupra l-għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mad-deċiżjoni peress li, sa Ġunju 2009, irkuprat biss EUR 52 088 600,60 mill-ammont totali ta’ EUR 281 525 686,79 li kellu jiġi rkuprat. Ir-Repubblika Taljana tirrikonoxxi li l-ammont li għadu jrid jiġi rkuprat huwa ta’ EUR 229 437 086,19. Għalhekk hija ma adottatx il-miżuri neċessarji kollha sabiex tikkonforma ruħha mad-deċiżjoni, kif rikjest mis-sentenza fil-Kawża C-99/02.
(1) ĠU L 42, p. 1