This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0495
Case C-495/09: Reference for a preliminary ruling from Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) made on 2 December 2009 — Nokia Corporation v Her Majesty's Commissioners of Revenue and Customs
Kawża C-495/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fit- 2 ta’ Diċembru 2009 — Nokia Corporation vs Her Majesty's Commissioners of Revenue and Customs
Kawża C-495/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fit- 2 ta’ Diċembru 2009 — Nokia Corporation vs Her Majesty's Commissioners of Revenue and Customs
ĠU C 37, 13.2.2010, p. 22–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fit-2 ta’ Diċembru 2009 — Nokia Corporation vs Her Majesty's Commissioners of Revenue and Customs
(Kawża C-495/09)
2010/C 37/26
Lingwa tal-preżentata tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Nokia Corporation.
Konvenuta: Her Majesty's Commissioners of Revenue and Customs.
Domanda preliminari
Tista’ merkanzija mhux tal-Komunità li jkollha trade mark Komunitarja u li hija suġġetta għal sorveljanza doganali fi Stat Membru, u li tkun fi tranżitu minn Stat Membru terz għal Stat Membru terz ieħor tikkostitwixxi “merkanzija falza” fis-sens tal-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament 1383/2003 KE (1), jekk ma jkunx hemm evidenza li tindika li din il-merkanzija ser titqiegħed fis-suq fil-Komunità Ewropea, jew skont proċedura doganali jew permezz ta’ devjazzjoni illegali?
(1) Regolament tal-Kunsill 1383/2003/KE tat-22 ta’ Lulju 2003 li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanziji suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet ĠU L 196, p. 7