Escolha as funcionalidades experimentais que pretende experimentar

Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex

Documento 62009CN0494

    Kawża C-494/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Alessandria (l-Italja) fl- 1 ta’ Diċembru 2009 — Bolton Alimentari SpA vs Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Alessandria

    ĠU C 24, 30.1.2010, p. 44—44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 24/44


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Alessandria (l-Italja) fl-1 ta’ Diċembru 2009 — Bolton Alimentari SpA vs Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Alessandria

    (Kawża C-494/09)

    2010/C 24/76

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Commissione Tributaria Provinciale di Alessandria

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Bolton Alimentari SpA

    Konvenuta: Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Alessandria

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, li fiha l-Istat Membru jsostni li l-Kummissjoni Ewropea ma tistax tinżamm responsabbli għal ebda irregolarità kif ukoll li ma jirriżultawx l-ipoteżi msemmija fl-Artikolu 905(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE), Nru 2454/93, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (iktar ’il quddiem, ir-“Regolament 2454/93”) l-imsemmi Stat jista’ jiddeċiedi b’mod awtonomu fir-rigward tat-talba għar-rimbors tad-debitur, fis-sens tal-Artikolu 899(2) tar-Regolament 2454/93;

    (2)

    Fil-każ illi r-risposta għad-domanda preċedenti hija pożittiva, il-frażi “sitwazzjoni partikolari”, li tinsab fl-Artikolu 293 tal-imsemmi Kodiċi Doganali tal-Komunità, tista’ tintuża sabiex importatur Komunitarju jiġi eskluż minn kwota tariffarja, li d-data ta’ ħruġ tagħha jaħbat il-Ħadd, peress illi l-uffiċċji doganali tal-Istat Membru tar-rinviju huma magħluqa nhar ta’ Ħadd?

    (3)

    L-Artikoli 308a sa 308ċ tar-Regolament 2454/93, kif ukoll id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, l-Istat Membru jmissu talab lill-Kummissjoni minn qabel għas-sospensjoni tal-kwota tariffarja inkwistjoni sabiex l-importaturi Taljani jiġu ttrattati b’mod ekwu u nondiskriminatorju meta mqabbla ma’ importaturi ta’ Stati Membri oħra?

    (4)

    L-esklużjoni ta’ Bolton s.p.a. mill-kwota deċiża mill-Kummissjoni u l-memorandum TAXUD jistgħu jitqiesu bħala miżuri skont l-Artikoli 308a sa 308ċ tar-Regolament 2454/93 u skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim Amministrattiv dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji adottati mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali tat-30.10.2007 (TAXUD 3439/2006 — rev.1-IT) u li huma għaldaqstant validi?


    Início