This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0430
Case C-430/09: Reference for a preliminary ruling from the Hoge Raad der Nederlanden (Netherlands) lodged on 2 November 2009 — Euro Tyre Holding B.V. v Staatssecretaris van Financiën
Kawża C-430/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit- 2 ta’ Novembru 2009 — Euro Tyre Holding vs Staatssecretaris van Financiën
Kawża C-430/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit- 2 ta’ Novembru 2009 — Euro Tyre Holding vs Staatssecretaris van Financiën
ĠU C 24, 30.1.2010, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-2 ta’ Novembru 2009 — Euro Tyre Holding vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-430/09)
2010/C 24/42
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Euro Tyre Holding BV.
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën.
Domanda preliminari
(1) |
Fid-dawl tal-Artikolu 28ċ(A)(a) tas-Sitt Direttiva tal-VAT (1), kif ukoll tal-Artikolu 8(1)(a) u (b), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28a(1)(a) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28b(A)(1) tal-istess direttiva, kif għandu jiġi ddeterminat, fil-każ fejn l-istess oġġetti jkunu s-suġġett ta’ żewġ provvisti suċċessivi mwettqa bejn żewġ persuni taxxabbli li jaġixxu bħala tali, b’tali mod li jista’ jiġi kkunsidrat li kien hemm tluq jew trasport intra-Komunitarju wieħed ta’ oġġetti, fuq liema provvista għandu jiġi imputat it-trasport Komunitarju ladarba t-trasport jitwettaq minn, jew f’isem, persuna li jkollha kemm il-kwalità tax-xerrej, fil-kuntest tal-ewwel provvista, kif ukoll dik tal-bejjiegħ, fil-kuntest tat-tieni provvista? |
(1) Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1)