EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0429

Kawża C-429/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichts Halle (Il-Ġermanja) fit- 30 ta’ Ottubru 2009 — Günter Fuß vs Stadt Halle (Saale)

ĠU C 24, 30.1.2010, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichts Halle (Il-Ġermanja) fit-30 ta’ Ottubru 2009 — Günter Fuß vs Stadt Halle (Saale)

(Kawża C-429/09)

2010/C 24/41

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Halle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Günter Fuß

Konvenut: Stadt Halle (Saale)

Domandi preliminari

(1)

Jistgħu jitnisslu mid-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, p. 9, iktar ’il quddiem, id-“Direttiva 2003/88/KE”) id-drittijiet ta’ kumpens, meta minn iħaddem (pubbliku) ikun iffissa ħin ta’ xogħol li jaqbeż il-limiti tal-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88/KE?

(2)

Fil-każ li l-ewwel risposta titwieġeb fil-pożittiv, id-dritt inkwistjoni jirriżulta sempliċiment mill-ksur tad-Direttiva 2003/88/KE, jew id-dritt Komunitarju jissuġġetta dan id-dritt għal rekwiżiti addizzjonali, bħalma huwa l-fatt illi min iħaddem ikun intalab biex inaqqas il-ħinijiet tax-xogħol jew il-fatt illi jkun sar żball meta l-ħinijiet ta’ xogħol ikunu ġew stabbiliti?

(3)

Fil-każ li jeżisti dritt għal kumpens, id-domanda tqum dwar jekk huwiex intiż bħala kumpens f’ħin liberu jew bħala kumpens finanzjarju, u liema huma d-dispożizzjonijiet fid-dritt Komunitarju li jistabbilixxu l-kalkolu tal-imsemmi kumpens?

(4)

Il-perijodi ta’ referenza tal-Artikolu 16(b) u/jew tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/88/KE huma direttament applikabbli fil-każ bħal dak fil-kawża preżenti fejn id-dritt nazzjonali jistabbilixxi sempliċiment ħin ta’ xogħol li jisboq il-ħin massimu stabbilit mill-Artikolu 6(b) tad-Direttiva 2003/88/KE, u li ma jistabbilixxix kumpens? Fil-każ li l-applikabbiltà diretta tiġi aċċettata, id-domanda tqum dwar jekk, u meta jkun il-każ, kif, għandu jsir il-kumpens meta min iħaddem ma jkunx ta’ dan il-kumpens qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ referenza?

(5)

X’risposti għandhom jingħataw għad-domandi 1 sa 4 fid-dawl tas-sistema stabbilita mid-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE, tat-23 ta’ Novembru 1993 (ĠU L 307, p. 18)


Top