EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0242

Kawża C-242/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te Amsterdam (L-Olanda) fit- 3 ta’ Lulju 2009 — Albron Catering BV vs FNV Bondgenoten, John Roest

ĠU C 220, 12.9.2009, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te Amsterdam (L-Olanda) fit-3 ta’ Lulju 2009 — Albron Catering BV vs FNV Bondgenoten, John Roest

(Kawża C-242/09)

2009/C 220/41

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof te Amsterdam (L-Olanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Albron Catering BV

Konvenuti: FNV Bondgenoten, John Roest

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2001/23/KE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li t-trasferiment ta’ drittijiet u obbligi lil min lilu jsir it-trasferiment previst fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(1) iseħħ biss jekk min jagħmel it-trasferiment tal-impriża li għandha tiġi ttrasferita ikun ukoll il-persuna formali li timpjega lill-ħaddiema kkonċernati, jew il-protezzjoni tal-ħaddiema intiża mid-Direttiva timplika li, fil-każ ta’ trasferiment ta’ kumpannija operattiva li tappartjeni għal grupp, id-drittijiet u l-obbligi eżistenti fir-rigward tal-ħaddiema li jaħdmu f’din l-impriża jiġu ttrasferiti lil min lilu jsir it-trasferiment jekk il-persunal kollu li jaħdem fi ħdan il-grupp ikun impjegat minn kumpannija (li tappartjeni wkoll għal dan il-grupp) li għandha bħala għan il-ġestjoni tal-persunal u li tiffunzjona bħala persuna li timpjega ċentrali?

2)

Kif għandha tkun ir-risposta għat-tieni parti tal-ewwel domanda jekk il-ħaddiema msemmija iktar ’il fuq li jaħdmu f’waħda mill-impriżi tal-grupp ikunu impjegati minn kumpannija oħra li tappartjeni wkoll għall-istess grupp iżda li mhijiex kumpannija li għandha bħala għan il-ġestjoni tal-persunal kif deskritt fl-ewwel domanda?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU L 82, p. 16).


Top