Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0239

    Kawża C-239/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (il-Ġermanja) fl- 1 ta’ Lulju 2009 — SEYDALAND Vereinigte Agrarbetriebe GmbH & Co. KG vs BVVG Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH

    ĠU C 220, 12.9.2009, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 220/21


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Lulju 2009 — SEYDALAND Vereinigte Agrarbetriebe GmbH & Co. KG vs BVVG Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH

    (Kawża C-239/09)

    2009/C 220/40

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Berlin

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: SEYDALAND Vereinigte Agrarbetriebe GmbH & Co. KG

    Konvenuta: BVVG Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH

    Domanda preliminari

    It-tieni u t-tielet sentenzi tal-Artikolu 5(1) tal-Flächenerwerbsverordnung, adotatti b’implementazzjoni tal-Artikolu 4(3)(1) tal-Ausgleichsleitungsgesetz, li jipprovdu li meta jeżistu kriterji ta’ valutazzjoni reġjonali għall-artijiet użati għar-raba’ u għall-mergħa, il-valur ta’ dawn l-artijiet għandu jiġi stabbilit skont dawn il-kriterji, u li l-kriterji ta’ valutazzjoni reġjonali għandhom jiġu ppubblikati mill-Ministru federali tal-finanzji fil-Bundesanzeiger (ġurnal ta’ avviżi uffiċjali tal-Gvern federali), jiksru l-Artikolu 87 tat-Trattat KE?


    Top