Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0232

    Kawża C-232/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (Ir-Repubblika tal-Latvja) fil- 25 ta’ Ġunju 2009 — Dita Danosa vs SIA LKB Līzings

    ĠU C 220, 12.9.2009, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 220/20


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (Ir-Repubblika tal-Latvja) fil-25 ta’ Ġunju 2009 — Dita Danosa vs SIA LKB Līzings

    (Kawża C-232/09)

    2009/C 220/37

    Lingwa tal-kawża: Il-Latvjan

    Qorti tar-rinviju

    Augstākās tiesas Senāts (Ir-Repubblika tal-Latvja)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Dita Danosa

    Konvenuta: SIA LKB Līzings

    Domandi preliminari

    1)

    Membru ta’ bord li jmexxi kumpannija ta’ kapital għandu jitqies bħala ħaddiem skont id-dritt Komunitarju?

    2)

    Il-fatt li l-Artikolu 224(4) tal-Kodiċi tal-Kummerċ Latvjan jippermetti t-tneħħija ta’ membru tal-bord tad-diretturi ta’ kumpannija ta’ kapital mingħajr ebda restrizzjoni, u b’mod partikolari mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni t-tqala ta’ tali membru, huwa inkompatibbli mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 92/85/KEE (1) u mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), ĠU L 348, p. 1


    Top