Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CN0229

    Kawża C-229/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fl- 24 ta’ Ġunju 2009 — Rechtsanwaltssozietät Lovells vs Bayer CropScience AG

    ĠU C 220, 12.9.2009, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 220/19


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Ġunju 2009 — Rechtsanwaltssozietät Lovells vs Bayer CropScience AG

    (Kawża C-229/09)

    2009/C 220/34

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundespatentgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Rechtsanwaltssozietät Lovells

    Konvenuta: Bayer CropScience AG

    Domanda preliminari

    L-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1996, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (1) tiddependi esklużivament fuq l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/414/KEE (2) jew ċertifikat jista’ jinħareġ ukoll abbażi ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mogħtija skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE?


    (1)  ĠU L 198, p. 30

    (2)  ĠU L 230, p. 1


    Top