EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CN0111
Case C-111/09: Reference for a preliminary ruling from the Okresní Soud v Cheb (Czech Republic) lodged on 23 March 2009 — Česká podnikatelská pojišt’ovna, a.s., Vienna Insurance Group v Michal Bílas
Kawża C-111/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresní soud v Chebu (Ir-Repubblika Ċeka) fit- 23 ta’ Marzu 2009 — Česká podnikatelská pojišťovna, a.s., Vienna Insurance Group vs Michal Bilas
Kawża C-111/09: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresní soud v Chebu (Ir-Repubblika Ċeka) fit- 23 ta’ Marzu 2009 — Česká podnikatelská pojišťovna, a.s., Vienna Insurance Group vs Michal Bilas
ĠU C 141, 20.6.2009, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresní soud v Chebu (Ir-Repubblika Ċeka) fit-23 ta’ Marzu 2009 — Česká podnikatelská pojišťovna, a.s., Vienna Insurance Group vs Michal Bilas
(Kawża C-111/09)
2009/C 141/45
Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Okresní soud v Chebu (Ir-Repubblika Ċeka)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Česká podnikatelská pojišťovna, a.s., Vienna Insurance Group
Konvenut: Michal Bilas
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 26 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament”) għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jippermettix lill-qorti tistħarreġ il-ġurisdizzjoni internazzjonali tagħha fil-każ fejn il-konvenut jidher fil-proċeduri, anki meta l-kawża hija suġġetta għar-regoli ta’ ġurisdizzjoni obbligatorja fis-sens tas-Sezzjoni 3 tar-Regolament u r-rikors ikun ġie ppreżentat bi ksur ta’ dawn ir-regoli? |
2) |
Il-konvenut jista’, minħabba l-fatt li jidher fil-proċeduri, jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qorti fis-sens tal-Artikolu 24 tar-Regolament anki meta l-proċeduri jkunu altrimenti suġġetti għar-regoli ta’ ġurisdizzjoni obbligatorja fis-sens tas-Sezzjoni 3 tar-Regolament u r-rikors ikun ġie ppreżentat bi ksur ta’ dawn ir-regoli? |
3) |
Fil-każ li tingħata risposta negattiva għat-tieni domanda, il-fatt li l-konvenut jidher fil-proċeduri li jirrigardaw l-assigurazzjoni quddiem qorti li altrimenti taħt ir-Regolament m’għandhiex ġurisdizzjoni, jista’ jiġi kkunsidrat bħala ftehim fuq il-ġurisdizzjoni fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament? |