EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0554

Kawża C-554/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Stuttgart — il-Ġermanja) — proċeduri kriminali kontra Andreas Michael Seeger (Trasport bit-triq — Obbligu ta’ użu ta’ takografu — Derogi għal vetturi li jittrasportaw materjal — Kunċett ta’ materjal — Trasport ta’ fliexken vojta fil-vettura ta’ kummerċjant ta’ nbejjed u xorb)

ĠU C 298, 8.10.2011, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Lulju 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Stuttgart — il-Ġermanja) — proċeduri kriminali kontra Andreas Michael Seeger

(Kawża C-554/09) (1)

(Trasport bit-triq - Obbligu ta’ użu ta’ takografu - Derogi għal vetturi li jittrasportaw materjal - Kunċett ta’ “materjal” - Trasport ta’ fliexken vojta fil-vettura ta’ kummerċjant ta’ nbejjed u xorb)

2011/C 298/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Stuttgart

Partijiet fil-kawża prinċipali

Andreas Michael Seeger

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Stuttgart — Interpretazzjoni tat-tieni inċiż tal-Artikolu 13(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, p. 1) — Sistema derogatorja li, fost oħrajn, teżenta l-vetturi użati għall-ġarr ta’ materjal għall-użu tax-xufier matul ix-xogħol tiegħu, mill-obbligu li jkunu mgħammra b’takografu — Applikabbiltà ta’ din id-deroga għat-trasport ta’ fliexken vojta fil-vettura ta’ kummerċjant ta’ nbejjed u xorb — Kunċett ta’ “materjal”

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “materjal” inkluż fit-tieni inċiż tal-Artikolu 13(1)(d) tar-Regolament Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jkoprix materjal ta’ imballaġġ, bħal fliexken vojta, ittrasportat minn kummerċjant ta’ nbejjed u xorb li jmexxi ħanut, li jikkunsinna lill-klijenti tiegħu darba fil-ġimgħa u li filwaqt li jwettaq dan, jiġbor l-imballaġġ vojt sabiex iroddu lura lill-grossista tiegħu.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010


Top