EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0377

Kawża C-377/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad- 29 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de commerce de Bruxelles — il-Belġju) — Françoise-Eléonor Hanssens-Ensch (kuratur ta’ falliment ta’ Agenor SA) vs Il-Komunità Ewropea ( “Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi dwar azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali mressqa kontra l-Komunità Ewropea — Azzjoni sabiex jiġi kkumpensat it-telf fis-sens tal-Artikolu 530(1) tal-Kodiċi Belġjan dwar il-kumpanniji — Azzjoni mressqa minn kuratur fi proċedura ta’ falliment ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata kontra il-Komunità Ewropea — Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali sabiex jiddeċiedu dwar tali azzjoni” )

ĠU C 246, 11.9.2010, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 246/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de commerce de Bruxelles — il-Belġju) — Françoise-Eléonor Hanssens-Ensch (kuratur ta’ falliment ta’ Agenor SA) vs Il-Komunità Ewropea

(Kawża C-377/09) (1)

(Artikolu 235 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi dwar azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali mressqa kontra l-Komunità Ewropea - Azzjoni sabiex jiġi kkumpensat it-telf fis-sens tal-Artikolu 530(1) tal-Kodiċi Belġjan dwar il-kumpanniji - Azzjoni mressqa minn kuratur fi proċedura ta’ falliment ta’ kumpannija b’responsabbiltà limitata kontra il-Komunità Ewropea - Ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali sabiex jiddeċiedu dwar tali azzjoni)

2010/C 246/20

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de commerce de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Françoise-Eléonor Hanssens-Ensch (kuratur ta’ falliment ta’ Agenor SA)

Konvenuta: Il-Komunità Ewropea

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal de commerce de Bruxelles — Interpretazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 tat-Trattat KE — Azzjoni għal responsabbiltà mressqa minn kuratur ta’ falliment kontra l-Komunità Ewropea minħabba żball serju allegatament imwettaq minnha fil-ġestjoni de facto ta’ kumpannija kummerċjali, li wassal għall-falliment tagħha — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi dwar azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali bbażata fuq l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-proċedura ta’ falliment

Dispożittiv

Azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali mressqa kontra l-Komunità, anki jekk tkun ibbażata fuq leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi sistema legali partikolari li hija differenti mis-sistema komuni tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tar-responsabbiltà ċivili, ma taqax, skont l-Artikolu 235 KE, moqri flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE, taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009.


Top