This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CA0339
Case C-339/09: Judgment of the Court (First Chamber) of 16 December 2010 (reference for a preliminary ruling from the Nejvyšší správní soud — Czech Republic) — Skoma-Lux sro v Celní ředitelství Olomouc (Common Customs Tariff — Tariff classification — Combined Nomenclature — Headings 2204 and 2206 — Beverage fermented on the basis of fresh grapes — Alcohol content of 15,8 % to 16,1 % by volume — Addition of corn alcohol and beet sugar during the course of production)
Kawża C-339/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 16 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud — Ir-Repubblika Ċeka) — Skoma-Lux sro vs Celní ředitelství Olomouc ( “Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Intestaturi 2204 u 2206 — Xarba ffermentata abbażi ta’ għeneb frisk — Saħħa alkoħolika attwali ta’ 15,8 % sa 16,1 % — Żieda ta’ alkoħol tal-qamħ u ta’ zokkor tal-pitravi matul il-produzzjoni” )
Kawża C-339/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 16 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud — Ir-Repubblika Ċeka) — Skoma-Lux sro vs Celní ředitelství Olomouc ( “Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Intestaturi 2204 u 2206 — Xarba ffermentata abbażi ta’ għeneb frisk — Saħħa alkoħolika attwali ta’ 15,8 % sa 16,1 % — Żieda ta’ alkoħol tal-qamħ u ta’ zokkor tal-pitravi matul il-produzzjoni” )
ĠU C 55, 19.2.2011, p. 12–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud — Ir-Repubblika Ċeka) — Skoma-Lux sro vs Celní ředitelství Olomouc
(Kawża C-339/09) (1)
(Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi 2204 u 2206 - Xarba ffermentata abbażi ta’ għeneb frisk - Saħħa alkoħolika attwali ta’ 15,8 % sa 16,1 % - Żieda ta’ alkoħol tal-qamħ u ta’ zokkor tal-pitravi matul il-produzzjoni)
2011/C 55/19
Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Skoma-Lux sro
Konvenut: Celní ředitelství Olomouc
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Nejvyšší správní soud — Interpretazzjoni tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-11 ta’ Settembru 2003 (ĠU L 281, p. 1) — Inbid aħmar tad-deżerta Kagor — Klassifikazzjoni fl-intestatura tariffarja 2204 jew 2206 tan-nomenklatura magħquda
Dispożittiv
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005, tas-27 ta’ Ottubru 2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li xarba ffermentata abbażi ta’ għeneb frisk, kkumerċjalizzata fi fliexken ta’ 0.75 litru u li għandha kontenut alkoħoliku ta’ 15,8 % sa 16,1 % il-volum, li fil-proċess tal-produzzjoni tagħha ġie miżjud fiha z-zokkor tal-pitravi u l-alkoħol tal-qamħ, għandha tkun ikklassifikata taħt l-intestatura 2206 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tal-imsemmi regolament.