Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0142

    Kawża C-142/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 18 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Dendermonde — il-Belġju) — proċeduri kriminali kontra V.W. Lahousse, Lavichy BVBA ( Direttivi 92/61/KEE u 2002/24/KE — Approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta — Vetturi maħsuba għal kompetizzjonijiet, fit-toroq jew f’kundizzjonijiet off-road — Dispożizzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-produzzjoni, il-bejgħ u l-installazzjoni ta’ materjal li għandu l-għan li jżid is-saħħa tal-magna u/jew il-veloċità taċ-ċiklomuturi )

    ĠU C 13, 15.1.2011, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 13/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Dendermonde — il-Belġju) — proċeduri kriminali kontra V.W. Lahousse, Lavichy BVBA

    (Kawża C-142/09) (1)

    (Direttivi 92/61/KEE u 2002/24/KE - Approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta - Vetturi maħsuba għal kompetizzjonijiet, fit-toroq jew f’kundizzjonijiet off-road - Dispożizzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-produzzjoni, il-bejgħ u l-installazzjoni ta’ materjal li għandu l-għan li jżid is-saħħa tal-magna u/jew il-veloċità taċ-ċiklomuturi)

    2011/C 13/10

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank van eerste aanleg te Dendermonde

    Partijiet fil-proċedura kriminali prinċipali

    V.W. Lahousse, Lavichy BVBA

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van eerste aanleg te Dendermonde (il-Belġju) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(1), 12 u 15(2) tad-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Marzu 2002, li għandha x’taqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 399-442) — Eċċezzjoni fir-rigward ta’ vetturi maħsuba għal użu f’kompetizzjoni, fit-toroq jew f’kundizzjonijiet off-road — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi tali eċċezzjoni

    Dispożittiv

    Id-Direttivi 92/61/KEE tal-Kunsill, tat-30 ta’ Ġunju 1992, li għandha x’taqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta, kif ukoll 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Marzu 2002, li għandha x’taqsam mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ roti jew bi tlieta u li tħassar id-Direttiva 92/61, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, diment li vettura jew komponent jew entità teknika li qed issir referenza għalihom ma jibbenefikawx mill-proċedura ta’ approvazzjoni li huma jimplementaw, għar-raġuni b’mod partikolari li huma ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-direttivi, id-dispożizzjonijiet tagħhom ma jipprekludux li għall-imsemmija vettura, komponent jew entità teknika, Stat Membru jistabbilixxi fil-kuntest tad-dritt nazzjonali tiegħu, sistema analoga ta’ rikonoxximent ta’ kontrolli li saru minn Stati Membri oħra. Fi kwalunkwe każ, leġiżlazzjoni bħal din għandha tirrispetta d-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 34 TFUE u 36 TFUE.


    (1)  ĠU C 153, 04.07.2009


    Top