EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009CA0070
Case C-70/09: Judgment of the Court (Third Chamber) of 15 July 2010 (reference for a preliminary ruling from the Verwaltungsgerichtshof — Austria) — Alexander Hengartner, Rudolf Gasser v Landesregierung Vorarlberg (Agreement between the European Community and its Member States, of the one part, and the Swiss Confederation, of the other, on the free movement of persons — Lease of hunting ground — Regional tax — Concept of economic activity — Principle of equal treatment)
Kawża C-70/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 15 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Verwaltungsgerichtshof — L-Awstrija) — Alexander Hengartner, Rudolf Gasser vs Landesregierung Vorarlberg (Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni — Kiri ta’ art għall-kaċċa — Taxxa reġjonali — Kunċett ta’ attività ekonomika — Prinċipju ta’ trattament ugwali)
Kawża C-70/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 15 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Verwaltungsgerichtshof — L-Awstrija) — Alexander Hengartner, Rudolf Gasser vs Landesregierung Vorarlberg (Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni — Kiri ta’ art għall-kaċċa — Taxxa reġjonali — Kunċett ta’ attività ekonomika — Prinċipju ta’ trattament ugwali)
ĠU C 246, 11.9.2010, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 246/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Verwaltungsgerichtshof — L-Awstrija) — Alexander Hengartner, Rudolf Gasser vs Landesregierung Vorarlberg
(Kawża C-70/09) (1)
(Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni - Kiri ta’ art għall-kaċċa - Taxxa reġjonali - Kunċett ta’ attività ekonomika - Prinċipju ta’ trattament ugwali)
2010/C 246/08
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Alexander Hengartner, Rudolf Gasser
Konvenuta: Landesregierung Vorarlberg
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 43 KE — Kunċett ta’ attività ekonomika — Kaċċa b’għan sportiv u mingħajr skop ta’ lukru — Bejgħ ta’ selvaġġina sabiex jiġu koperti parti mill-ispejjeż relatati mal-kaċċa — Nuqqas ta’ benefiċċji
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, iffirmat fil-Lussemburgu fil-21 ta’ Ġunju 1999 ma jipprekludux illi ċittadin ta’ waħda mill-partijiet kontraenti jkun suġġett, fit-territorju tal-parti kontraenti l-oħra, bħala destinatarju ta’ servizzi, għal trattament differenti minn dak mogħti lill-persuni li għandhom ir-residenza prinċipali tagħhom fl-imsemmi territorju, liċ-ċittadini tal-Unjoni kif ukoll lill-persuni simili għalihom bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni, fir-rigward tal-ġbir ta’ taxxa dovuta għal-prestazzjoni ta’ servizzi, bħat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ liċenzja ta’ kaċċa.