Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009CA0057

    Kawżi magħquda C-57/09 u C-101/09: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad- 9 ta’ Novembru 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Bundesrepublik Deutschland vs B (C-57/09), D (C-101/09), ( Direttiva 2004/83/KE — Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja — Artikolu 12 — Esklużjoni tal-istatus ta’ refuġjat — Artikolu 12(2)(b) u (ċ) — Kunċett ta delitt serju mhux politiku — Kunċett ta’ atti kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti — Sħubija f’organizzazzjoni involuta f’atti ta’ terroriżmu — Tniżżil ulterjuri ta’ din l-organizzazzjoni fil-lista’ ta’ persuni, ta’ gruppi u ta’ entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK — Responsabbiltà individwali għal parti mill-atti mwettqa mill-imsemmija organizzazzjoni — Kundizzjonijiet — Dritt ta’ ażil taħt id-dritt kostituzzjonali nazzjonali — Kompatibbiltà tad-Direttiva 2004/83/KE )

    ĠU C 13, 15.1.2011, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 13/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-9 ta’ Novembru 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Bundesrepublik Deutschland vs B (C-57/09), D (C-101/09),

    (Kawżi magħquda C-57/09 u C-101/09) (1)

    (Direttiva 2004/83/KE - Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Artikolu 12 - Esklużjoni tal-istatus ta’ refuġjat - Artikolu 12(2)(b) u (ċ) - Kunċett ta ‘delitt serju mhux politiku’ - Kunċett ta’ ‘atti kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti’ - Sħubija f’organizzazzjoni involuta f’atti ta’ terroriżmu - Tniżżil ulterjuri ta’ din l-organizzazzjoni fil-lista’ ta’ persuni, ta’ gruppi u ta’ entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK - Responsabbiltà individwali għal parti mill-atti mwettqa mill-imsemmija organizzazzjoni - Kundizzjonijiet - Dritt ta’ ażil taħt id-dritt kostituzzjonali nazzjonali - Kompatibbiltà tad-Direttiva 2004/83/KE)

    2011/C 13/07

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesverwaltungsgericht

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Bundesrepublik Deutschland

    Konvenuti: B (C-57/09), D (C-101/09)

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht Leipzig — Interpretazzjoni tal-Artikoli 3 u 12(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96) — Ċittadin ta’ pajjiż terz li appoġġja attivament, fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, il-ġlieda armata ta’ organizzazzjoni li tinsab fil-lista ta’ organizzazzjonijiet terroristiċi li hemm fl-Anness tal-Pożizzjoni Komuni 2002/462/PESK tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2002 (ĠU L 160, p. 32), u li kien ittorturat u kkundannat darbtejn għal ħabs għal għomru f’dan l-istess pajjiż — Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/83/KE li jipprovdu l-esklużjoni tal-istatus ta’ refuġjat lil applikant li jkun eżerċita fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu attività ta’ terrorista — Setgħa tal-Istati Membri li jagħtu l-istatus ta’ refuġjat abbażi ta’ dispożizzjonijiet kostituzzjonali, fil-preżenza ta’ raġuni ta’ esklużjoni ta’ dan l-istatus ipprovdut mid-direttiva ċċitata iktar ’il fuq

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikolu 12(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija għandu jiġi interpretat fis-sens li:

    il-fatt li persuna kienet tagħmel parti minn organizzazzjoni mniżżla fil-lista li tikkostitwixxi l-anness għall-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, minħabba l-involviment tagħha fl-atti ta’ terroriżmu u kienet tappoġġja b’mod attiv il-ġlieda armata mmexxija minn din l-organizzazzjoni ma tikkostitwixxix awtomatikament raġuni serja sabiex wieħed jaħseb li din il-persuna kkommettiet “delitt serju mhux politiku” jew “atti kontra l-għanijiet u l-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti”;

    il-konstatazzjoni, f’dan il-kuntest, li hemm raġunijiet serji sabiex wieħed jaħseb li persuna kkommettiet tali delitt jew li tkun ħatja ta’ tali aġir hija suġġetta għal evalwazzjoni, skont il-każ partikolari, tal-fatti speċifiċi sabiex jiġi ddeterminat jekk l-atti mwettqa mill-organizzazzjoni kkonċernata jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-imsemmija dispożizzjonijiet u jekk tista’ tiġi attribwita responsabbiltà individwali fit-twettiq ta’ dawn l-atti lill-persuna kkonċernata, fid-dawl tal-livell ta’ prova rikjest mill-Artikolu 12(2).

    (2)

    L-esklużjoni mill-istatus ta’ refuġjat skont l-Artikolu 12(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva 2004/83 ma hijiex suġġetta għall-fatt li l-persuna kkonċernata tkun ta’ periklu attwali għall-Istat Membru ospitanti.

    (3)

    L-esklużjoni mill-istatus ta’ refuġjat skont l-Artikolu 12(2)(b) jew (ċ) tad-Direttiva 2004/83 ma hijiex suġġetta għal eżami ta’ proporzjonalità fir-rigward ta’ din il-kawża.

    (4)

    L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu dritt ta’ ażil taħt id-dritt nazzjonali tagħhom lil persuna eskluża mill-istatus ta’ refuġjat skont l-Artikolu 12(2) ta’ din id-direttiva, sakemm dan it-tip ieħor ta’ protezzjoni ma jkunx jinvolvi riskju ta’ konfużjoni mal-istatus ta’ refuġjat fis-sens ta’ din id-direttiva.


    (1)  ĠU C 129, 06.06.2009


    Top