EUR-Lex Der Zugang zum EU-Recht

Zurück zur EUR-Lex-Startseite

Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.

Dokument 62008TA0534

Kawża T-534/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 30 ta’ Settembru 2010 — Granuband vs UASI — Granuflex (GRANUflex) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva GRANUflex — Isem ta’ kumpannija u isem kummerjċali preċedenti GRANUFLEX — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(4) u Artikolu 52(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 53(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) )

ĠU C 317, 20.11.2010, S. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 317/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2010 — Granuband vs UASI — Granuflex (GRANUflex)

(Kawża T-534/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva GRANUflex - Isem ta’ kumpannija u isem kummerjċali preċedenti GRANUFLEX - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) u Artikolu 52(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 53(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2010/C 317/50

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Granuband BV (Krommenie, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Ellens, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: W. Verburg, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Granuflex Ipari és Kereskedelmi Kft (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: K. Szamosi, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Settembru 2008 (Każ R 1277/2007-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Granuflex Ipari és Kereskedelmi Kft u Granuband BV.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Granuband BV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009.


nach oben