EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0336

Kawża T-336/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 17 ta’ Diċembru 2010 — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli vs UASI (forma ta’ fenek magħmul miċ-ċikkulata b’żigarella ħamra) ( “Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ta’ fenek magħmul miċ-ċikkulata b’żigarella ħamra — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) — Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)” )

ĠU C 46, 12.2.2011, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2010 — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli vs UASI (forma ta’ fenek magħmul miċ-ċikkulata b’żigarella ħamra)

(Kawża T-336/08) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ fenek magħmul miċ-ċikkulata b’żigarella ħamra - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) - Nuqqas ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

2011/C 46/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Chocoladefabriken Lindt Sprüngli AG (Kilchberg, l-Isvizzera) (rappreżentanti: R. Lange, E. Schalast u G. Hild, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 1332/2005-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ fenek magħmul miċ-ċikkulata b’żigarella ħamra bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Chocoladefabriken Lindt Sprüngli AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 260, 11.10.2008.


Top