Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0076

    Kawża T-76/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 2 ta’ Frar 2012 — EI du Pont de Nemours et vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-Gomma Chloroprene — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Iffissar tal-prezzijiet — Tqassim tas-suq — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixi ksur — Impriża komuni — Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni” )

    ĠU C 80, 17.3.2012, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.3.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 80/15


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2012 — EI du Pont de Nemours et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-76/08) (1)

    (Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-Gomma Chloroprene - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Iffissar tal-prezzijiet - Tqassim tas-suq - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixi ksur - Impriża komuni - Linji Gwida għall-kalkolu tal-multi - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni)

    2012/C 80/21

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: EI du Pont de Nemours and Company (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti); DuPont Performance Elastomers LLC (Wilmington); u DuPont Performance Elastomers SA (Grand-Saconnex, l-Isvizzera) (rappreżentanti: J. Boyce u A. Lyle-Smythe, Solicitors)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti): inizjalment X. Lewis u V. Bottka, sussegwentement V. Bottka u V. Di Bucci, u fl-aħħar V. Bottka, S. Noë u A. Biolan, aġenti)

    Suġġett

    Minn naħa talba għall-annullament tal-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5910, tal-5 ta’ Diċembru 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.629 — Gomma Chloroprene), hekk kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 2974 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2008, sa fejn jirrigwardaw lill-EI Du Pont de Nemours and Company, u, min-naħa l-oħra, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta in solidum fuq ir-rikorrenti permezz ta’ din id-deċiżjoni.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    EI du Pont de Nemours and Company, DuPont Performance Elastomers LLC u DuPont Performance Elastomers SA huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 116, 09.05.2008.


    Top