Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0012(01)

    Kawża T-12/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas- 6 ta’ Mejju 2009 — M vs EMEA ( Appell — Servizz Pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Invalidità — Talba għal eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni li ċaħdet l-ewwel talba għall-konvokazzjoni tal-kummissjoni ta’ invalidità — Rikors għal annullament — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Att konfermatorju — Fatti ġodda u sostanzjali — Ammissibbiltà — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Dannu morali )

    ĠU C 141, 20.6.2009, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 141/40


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-6 ta’ Mejju 2009 — M vs EMEA

    (Kawża T-12/08 P) (1)

    (“Appell - Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Invalidità - Talba għal eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni li ċaħdet l-ewwel talba għall-konvokazzjoni tal-kummissjoni ta’ invalidità - Rikors għal annullament - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att konfermatorju - Fatti ġodda u sostanzjali - Ammissibbiltà - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Dannu morali”)

    2009/C 141/82

    Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

    Partijiet

    Appellant: M (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avocats)

    Appellata: Agence européenne des médicaments (EMEA) (rappreżentant: V. Salvatore u N. Rampal Olmedo, aġenti)

    Suġġett

    Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2007, M vs EMEA (F-23/07, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u li huwa intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

    Dispożittiv

    1)

    Id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2007, M vs EMEA (F-23/07, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), huwa annullat.

    2)

    Id-deċiżjoni tal-Agence européenne des médicaments (EMEA) tal-25 ta’ Ottubru 2006 hija annullata, inkwantu din ċaħdet it-talba ta’ M tat-8 ta’ Awwissu 2006 intiża sabiex il-każ tiegħu jitressaq quddiem il-kummissjoni ta’ invalidita.

    3)

    L-EMEA hija kkundannata tħallas kumpens ta’ EUR 3 000 lill-appellant.

    4)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    5)

    L-EMEA hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku kif ukoll għal dawk ta’ din l-istanza.


    (1)  ĠU C 64, 8.3.2008


    Top