Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008FA0086

    Kawża F-86/08: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat- 30 ta’ Novembru 2009 — Voslamber vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Skema konġunta għall-assigurazzjoni kontra l-mard — Konjuġi ta’ ex uffiċjal — Kompetenza limitata — Artikolu 13 tar-Regolament dwar il-kopertura tar-riskji marbuta mal-mard)

    ĠU C 24, 30.1.2010, p. 75–75 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 24/75


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Novembru 2009 — Voslamber vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-86/08) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Skema konġunta għall-assigurazzjoni kontra l-mard - Konjuġi ta’ ex uffiċjal - Kompetenza limitata - Artikolu 13 tar-Regolament dwar il-kopertura tar-riskji marbuta mal-mard)

    2010/C 24/139

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Dietrich Voslamber (Freiburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Thielen, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u B. Eggers, aġenti)

    Suġġett

    Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ Lulju 2008, li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal kopertura primarja tal-konjuġi tiegħu taħt l-assigurazzjoni kontra l-mard skont l-Iskema konġunta għall-assigurazzjoni kontra l-mard tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    It-talbiet tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej imressqa skont l-Artikolu 94(a) tar-Regoli tal-Proċedura huma miċħuda.

    (3)

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, żewġ terzi mill-ispejjeż ta’ D. Voslamber.

    (4)

    D. Voslamber għandu jbati terz mill-ispejjeż tiegħu.


    (1)  ĠU C 327, 20.12.2008, p. 43


    Top