Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0577

    Kawża C-577/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad- 29 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidshof te Antwerpen — il-Belġju) — Rijksdienst voor Pensioenen vs Elisabeth Brouwer ( “Trattament ugwali bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali — Direttiva 79/7/KEE — Ħaddiema transkonfinali — Kalkolu tal-pensjonijiet” )

    ĠU C 246, 11.9.2010, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.9.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 246/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Lulju 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidshof te Antwerpen — il-Belġju) — Rijksdienst voor Pensioenen vs Elisabeth Brouwer

    (Kawża C-577/08) (1)

    (Trattament ugwali bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali - Direttiva 79/7/KEE - Ħaddiema transkonfinali - Kalkolu tal-pensjonijiet)

    2010/C 246/04

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Arbeidshof te Antwerpen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Rijksdienst voor Pensioenen

    Konvenuta: Elisabeth Brouwer

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Arbeidshof te Antwerpen — Interpretazzzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, għall-kalkolu tal-pensjoni ta’ rtirar tal-impjegati transkonfinali, remunerazzjonijiet standard u preżunti ta’ kuljum iktar baxxi għan-nisa milli għall-irġiel

    Dispożittiv

    L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha, għal perijodu mill-1984 sal-1994, il-kalkolu tal-pensjonijiet ta’ rtirar u tal-anzjanità għal ħaddiema transkonfinali femminili kien ibbażat, fir-rigward tal-istess xogħol jew xogħol tal-istess valur, fuq salarji ta’ kuljum preżunti u/jew standard li kienu inferjuri għal dawk tal-ħaddiema transkonfinali maskili.


    (1)  ĠU C 55, 07.03.2009


    Top