Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0493

    Kawża C-493/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat- 23 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2005/56/KE — Mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

    ĠU C 141, 20.6.2009, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 141/20


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-23 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

    (Kawża C-493/08) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2005/56/KE - Mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

    2009/C 141/33

    Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: I. Dimitriou u P. Dejmek, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: N. Dafniou, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata (ĠU L 310, p. 1)

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma adottatx, fit-terminu previst, l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 ta’ din id-direttiva.

    2)

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 6, 10.01.2009.


    Top