This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62008CA0458
Case C-458/08: Judgment of the Court (First Chamber) of 18 November 2010 — European Commission v Portuguese Republic (Failure of a Member State to fulfil obligations — Infringement of Article 49 EC — Construction sector — Authorisation required in order to carry on activity in that sector — Justification)
Kawża C-458/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 18 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 KE — Settur tal-kostruzzjoni — Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju ta’ attività f’dan is-settur — Ġustifikazzjoni)
Kawża C-458/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 18 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 KE — Settur tal-kostruzzjoni — Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju ta’ attività f’dan is-settur — Ġustifikazzjoni)
ĠU C 13, 15.1.2011, p. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 13/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Novembru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-458/08) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikolu 49 KE - Settur tal-kostruzzjoni - Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju ta’ attività f’dan is-settur - Ġustifikazzjoni)
2011/C 13/03
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Traversa u P. Guerra e Andrade, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u F. Nunes dos Santos, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Dowgielewicz, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 KE — Settur tal-kostruzzjoni — Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju ta’ attività f’dan is-settur
Dispożittiv
(1) |
Billi teżiġi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ kostruzzjoni stabbiliti fi Stat Membru ieħor jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li s-sistema nazzjonali inkwistjoni, u b’mod partikolari d-Digriet Liġi Nru 12/2004, tad-9 ta’ Jananr 2004, timponi għall-kisba tal-awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju fil-Portugall ta’ attività fis-settur tal-kostruzzjoni u billi b’hekk teskludi li jittieħdu debitament inkunsiderazzjoni l-obbligi ekwivalenti li għalihom dawn il-fornituri jkunu suġġetti fl-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti kif ukoll il-verifiki li jkunu diġà twettqu f’dan ir-rigward mill-awtoritajiet tal-Istat Membru msemmi, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 KE. |
(2) |
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż. |
(3) |
Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |