Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0254

    Kawża C-254/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas- 16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale della Campania — L-Italja) — Futura Immobiliare srl Hotel Futura, Meeting Hotel, Hotel Blanc, Hotel Clyton, Business srl vs Comune di Casoria) (Talba għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2006/12/KE — Artikolu 15(a) — Nuqqas ta’ attribuzzjoni tal-ispejjeż tar-rimi tal-iskart skont il-produzzjoni effettiva tiegħu — Kompatibbiltà mal-prinċipju li min iniġġes iħallas)

    ĠU C 220, 12.9.2009, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.9.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 220/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale della Campania — L-Italja) — Futura Immobiliare srl Hotel Futura, Meeting Hotel, Hotel Blanc, Hotel Clyton, Business srl vs Comune di Casoria)

    (Kawża C-254/08) (1)

    (Talba għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2006/12/KE - Artikolu 15(a) - Nuqqas ta’ attribuzzjoni tal-ispejjeż tar-rimi tal-iskart skont il-produzzjoni effettiva tiegħu - Kompatibbiltà mal-prinċipju li min iniġġes iħallas)

    2009/C 220/21

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale della Campania

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Futura Immobiliare srl Hotel Futura, Meeting Hotel, Hotel Blanc, Hotel Clyton, Business srl

    Konvenut: Comune di Casoria

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale Amministrativo Regionale della Campania (l-Italja) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta’ Lulju 1975 dwar l-iskart (ĠU L 114, p. 9) — Sistema nazzjonali li ma tattribwix l-ispejjeż tar-rimi tal-iskart skont il-produzzjoni jew iż-żamma tiegħu sabiex jinġabar minn kollettur jew minn impriża responsabbli għar-rimi tiegħu — Kompatibbiltà mal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”

    Dispożittiv

    L-Artikolu 15(a) tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-istat attwali tad-dritt Komunitarju, ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi, għall-finanzjament ta’ servizz ta’ mmaniġġjar u ta’ rimi tal-iskart urban, taxxa li hija kkalkolata abbażi ta’ evalwazzjoni tal-volum ta’ skart iġġenerat li dawn tal-aħħar kienu effettivament ipproduċew u ppreżentaw għall-ġbir.

    Madankollu hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, abbażi tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi li ġew ippreżentati quddiemha, jekk it-taxxa għar-rimi tal-iskart solidu urban intern twassalx għall-attribuzzjoni lil ċerti “detenturi”, f’dan il-każ l-istabbilimenti ta’ lukandi, ta’ spejjeż manifestament sproporzjonati meta mqabbla mal-volumi jew man-natura tal-iskart li huma jistgħu jipproduċu.


    (1)  ĠU C 209, 15.08.2008.


    Top