EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0202

Kawżi magħquda C-202/08 P u 208/08 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 16 ta’ Lulju 2009 — American Clothing Associates SA u l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ( Appell — Proprjetà intellettwali — Regolament (KE) Nru 40/94 — Trademark Komunitarja — Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali — Raġunijiet assoluti għar-rifjut ta’ reġistrazzjoni ta’ trade mark — Trade marks identiċi jew li jixxiebhu ma’ emblema ta’ Stat — Rappreżentazzjoni ta’ werqa tal-aġġru — Applikabbiltà għal trade marks għal servizi )

ĠU C 220, 12.9.2009, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2009 — American Clothing Associates SA u l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawżi magħquda C-202/08 P u 208/08 P) (1)

(“Appell - Proprjetà intellettwali - Regolament (KE) Nru 40/94 - Trademark Komunitarja - Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali - Raġunijiet assoluti għar-rifjut ta’ reġistrazzjoni ta’ trade mark - Trade marks identiċi jew li jixxiebhu ma’ emblema ta’ Stat - Rappreżentazzjoni ta’ werqa tal-aġġru - Applikabbiltà għal trade marks għal servizi”)

2009/C 220/19

Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: American Clothing Associates NV (rappreżentanti: P. Maeyaert, advocaat, N. Clarembeaux u C. De Keersmaeker, avocats) (C-202/08 P), L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent) (C-208/08)

Partijiet oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent) (C-202/08), American Clothing Associates NV (rappreżentanti: P. Maeyaert, advocaat, N. Clarembeaux u C. De Keersmaeker, avocats) (C-208/08 P)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Frar 2008, American Clothing Associates vs UASI (T-215/06) li permezz tagħha l-Qorti ta’ Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Mejju 2006, li ċaħdet ir-reġistrazzjoni bħala trademark Komunitarja ta’ sinjal ta’ werqa tal-aġġru għal prodotti li jaqgħu fil-klassijiet 18 u 25 skont il-Ftehim ta’ Nizza dwar il-Klassifikazzjoni Internazzjonali ta’ Prodotti u Servizzi għall-finijiet tar-Reġistrazzjoni ta’ Trade marks — Ksur tal-Artikoli 7(1)(h) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trademark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1) u 6(b)(1)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-protezzjoni tal-proprjetà industrijali tal-20 ta’ Marzu 1993, kif irriveduta u emendata — Raġunijiet assoluti għal rifjut ta’ reġistrazzjoni — Trademarks identiċi jew simili għal emblema ta’ Stat — Rappreżentazzjoni ta’ werqa tal-aġġru

Dispożittiv

1)

L-appell ippreżentat minn American Clothing Associates NV fil-Kawża C-202/08 P huwa miċħud.

2)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-28 ta’ Frar 2008, American Clothing Associates vs UASI (T-215/06) hija annullata, sa fejn hija annullat id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-4 ta’ Mejju 2006 (Każ R-1463/2005-1) li tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal li jirrappreżenta werqa tal-aġġru bħala trade mark Komunitarja.

3)

Ir-rikors ippreżentat minn American Clothing Associates NV fil-Kawża T-215/06 huwa miċħud.

4)

American Clothing Associates NV hija kkundannata għall-ispejjeż fil-Kawżi C-202/08 P u C-208/08 P.


(1)  ĠU C 209. 15.08.2008.


Top