EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TN0399

Kawża T-399/07: Rikors imressaq fil- 31 ta' Ottubru 2007 — Basell Polyolefine vs Il-Kummissjoni

ĠU C 315, 22.12.2007, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 315/43


Rikors imressaq fil-31 ta' Ottubru 2007 — Basell Polyolefine vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-399/07)

(2007/C 315/81)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Basell Polyolefine GmbH (Wesseling, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Seeliger, E. Wagner u I. Liebach, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Awwissu 2007;

sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Awwissu 2007 safejn l-aċċess parzjali għad-dokumenti huwa miċħud ukoll, u

tikkundanna l-Kummissjoni tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Awwissu 2007, li tiċħad it-talba għall-aċċess tad-dokumenti tal-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni fil-Kawża COMP/E-2/37.857 — Perossidi organiċi.

Ir-rikorrenti tinvoka, l-ewwel nett, il-ksur ta' l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1). Ir-rikorrenti hija tal-fehma li hija għandha d-dritt, fil-kwalità tagħha ta' persuna legali li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru, li jkollha aċċess għad-dokumenti tal-Kummissjoni, u li dan id-dritt japplika wkoll, skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, għad-dokumenti miksuba fil-kuntest ta' kawża ta' kompetizzjoni.

Ir-rikorrenti tinvoka wkoll il-ksur ta' l-ewwel u t-tielet inċiżi ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li l-aċċess għad-dokumenti ma jippreġudikax interessi kummerċjali li jixirqilhom protezzjoni, kif ukoll minħabba li, effettivament, ma saret l-ebda investigazzjoni fuq il-proċedura ta' akkordju in kwistjoni. Hija ssostni barra minn hekk li interess pubbliku superjuri jiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti mitluba.

Barra minn hekk, ir-rifjut milli jingħata aċċess għad-dokumenti mitluba jikser l-Artikolu 255(1) KE. Id-deċiżjoni tikser ukoll id-dispożizzjonijet, moqrija flimkien, ta' l-Artikoli 6(2) UE u 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-UE.

Ir-rikorrenti tinvoka sussegwentement ksur tad-dispożizzjonijiet, moqrija flimkien, ta' l-Artikolu 4(6) u (2) tar-Regolament Nru 1049/2001, minħabba li hija għandha mill-inqas dritt għal aċċess parzjali tad-dokumenti mitluba. Fl-aħħar nett, hemm ukoll ksur ta' dawn id-dispożizzjonijiet minħabba li l-Kummissjoni ma ssoddisfatx l-obbligu li hija għandha li teżamina kull dokument konkretament u individwalment.


(1)  Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 049/2001 tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43).


Top