Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0434

    Kawża T-434/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza 2 ta’ Diċembru 2009 — Volvo Trademark vs UASI — Grebenshikova (SOLVO) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SOLVO — Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti VOLVO — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament KE Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) )

    ĠU C 24, 30.1.2010, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 24/47


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza 2 ta’ Diċembru 2009 — Volvo Trademark vs UASI — Grebenshikova (SOLVO)

    (Kawża T-434/07) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SOLVO - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti VOLVO - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament KE Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)”)

    2010/C 24/82

    Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Volvo Trademark Holding AB (Göteborg, l-Isvezja) (rappreżentanti: T. Dolde, V. von Bomhard u A. Renck, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Laitinen u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: Elena Grebenshikova (Saint-Pétersbourg, ir-Russja) (rappreżentant: M. Björkenfeldt, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-2 ta’ Awwissu 2007 (Każ R 1240/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Volvo Trademark Holding AB u Elena Grebenshikova.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-2 ta’ Awwissu 2007 (Każ R 1240/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Volvo Trademark Holding AB u Elena Grebenshikova, hija annullata.

    (2)

    L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal nofs l-ispejjeż sostnuti minn Volvo Trademark Holding.

    (3)

    E. Grebenshikova hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal nofs l-ispejjeż sostnuti minn Volvo Trademark Holding.


    (1)  ĠU C 37, 9.2.2008


    Top