This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0554
Case C-554/07: Judgment of the Court (Third Chamber) of 16 July 2009 — Commission of the European Communities v Ireland (Failure of a Member State to fulfil obligations — Value added tax — Directive 2006/112/EC — Articles 2, 9 and 13 — Economic activity in which the State, local authorities and other bodies governed by public law engage — Exemption)
Kawża C-554/07: Rikors imressaq fil- 11 ta’ Diċembru 2007 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda
Kawża C-554/07: Rikors imressaq fil- 11 ta’ Diċembru 2007 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda
ĠU C 220, 12.9.2009, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/6 |
Rikors imressaq fil-11 ta’ Diċembru 2007 – Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda
(Kawża C-554/07)
2009/C 220/09
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Lyal u M. Afonso, aġenti)
Konvenuta: L-Irlanda
Talbiet
— |
tiddikjara li billi naqset milli tittrasponi korrettament fil-leġiżlazzjoni Irlandiża l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2006/112 (inkluż l-Anness 1 għad-Direttiva) u konsegwentement, billi eskludiet mill-portata tat-taxxa l-attivitajiet ekonomiċi kollha, ħlief għal ċerti eċċezzjonijiet, li jitwettqu mill-Istat, minn awtoritajiet lokali u minn korpi oħra rregolati mid-dritt pubbliku, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2, 9 u 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1); |
— |
tikkundanna lill-Irlanda tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Fl-Irlanda, l-Istat u l-awtoritajiet lokali huma meqjusa bħala persuni taxxabbli fil-każ biss li tinħareġ ordni speċifika għal dan il-għan mill-Ministru tal-Finanzi. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, din is-sitwazzjoni tmur kontra l-iskema stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-VAT fir-rigward ta’ ħafna aspetti. L-ewwel nett, ma ssir l-ebda dispożizzjoni għall-intaxxar tal-korpi pubbliċi meta ma jaġixxux fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet pubbliċi. It-tieni nett, ma ssir l-ebda dispożizzjoni ġenerali għall-intaxxar ta’ l-awtoritajiet pubbliċi meta jaġixxu fil-kapaċità tagħhom ta’ awtoritajiet pubbliċi iżda jwettqu attività ekonomika li n-nuqqas ta’ intaxxar tagħha jirriżulta f’distorsjoni sinjifikanti tal-kompetizzjoni. L-intaxxar ta’ korpi pubbliċi huwa kompletament fid-diskrezzjoni tal-Ministru tal-Finanzi; l-ebda kriterju għad-deċiżjoni tiegħu ma jinsab fid-dispożizzjonijiet rilevanti. It-tielet nett, ma ssir l-ebda dispożizzjoni għall-intaxxar ta’ l-attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva tal-VAT.
(1) ĠU L 347, p. 1.