EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0431

Kawża C-431/07 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 2 ta’ April 2009 — Bouygues SA, Bouygues Télécom SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Repubblika Franċiża, Orange France S.A., Société française du radiotéléphone — SFR (Appell — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 88(2) KE — Kundizzjonijiet għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali — Diffikultajiet serji — Kriterji li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat — Riżorsi tal-Istat — Prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni)

ĠU C 141, 20.6.2009, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ April 2009 — Bouygues SA, Bouygues Télécom SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ir-Repubblika Franċiża, Orange France S.A., Société française du radiotéléphone — SFR

(Kawża C-431/07 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 88(2) KE - Kundizzjonijiet għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali - Diffikultajiet serji - Kriterji li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat - Riżorsi tal-Istat - Prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni)

2009/C 141/18

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Bouygues SA, Bouygues Télécom SA (rappreżentanti: F. Sureau, D. Théophile, S. Perrotet, A. Bénabent, J. Vogel u L. Vogel, avukati)

Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, (rappreżentanti: C Giolito, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, O. Christmann u A.-L. Vendrolini, aġenti), Orange France S.A (rappreżentanti: S. Hautbourg, S. Quesson u L. Olza Moreno, avukati), Société française du radiotéléphone — SFR (rappreżentanti: A. Vincent, avukat u C. Vajda QC)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim Istanza (Ir-Raba’ Awla) fl-4 ta’ Lulju 2007, Bouygues SA u Bouygues Telecom SA vs Il-Kummissjoni (T-475/04), li permezz tagħha, il- Qorti tal-Prim Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Lulju 2004 (Għajnuna mill-Istat NN 42/2004 — Franza) rigward bdil fil-ħlasijiet dovuti minn Orange France SA u SFR għal-liċenzji UMTS (Universal Mobile Telecommunications System) — Għajnuna mill-Istat — Kundizzjonjiet għall-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 88(2) KE — Kriterji għall-għajnuna mill-Istat — Kunċett ta’ riżorsi tal-Istat, ta’ vantaġġ kompetittiv u ta’ non-diskriminazzjoni.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Bouygues SA u Bouygues Télécom SA huma kkundannati għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 269, 10.11.2007


Top