Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0292

Kawża C-292/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 23 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belgju (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Swieq pubbliċi — Direttiva 2004/18/KE — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi — Traspożizzjoni inkorretta jew inkompleta — Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

ĠU C 141, 20.6.2009, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 141/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ April 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belgju

(Kawża C-292/07) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Swieq pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi - Traspożizzjoni inkorretta jew inkompleta - Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst)

2009/C 141/07

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Stromsky, D. Kukovec u M. Konstantinidis, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belgju (rappreżentanti: D. Haven u J.-C. Halleux, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU L 134, p.114).

Dispożittiv

1)

Billi m’adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jittrasponi, jew sabiex jittrasponi b’mod komplet u/jew korrett, l-Artikolu 1(2)(b), moqri flimkien mal-Anness I, kif ukoll it-tieni sentenza tal-Artikolu 9(1), u l-Artikolu 9(8)(a)(i) u (iii), l-Artikolu 23(2), l-Artikolu 30(2) sa (4), l-Artikolu 31(1)(ċ), l-Artikolu 38(1), il-punt (d) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 43, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 44(2), l-Artikolu 44(3) u (4), l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 46, l-Artikolu 48(2)(f), il-punti (d) u (e) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 55(1), l-Artikolu 55(3), it-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 67(2), l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 68(a), l-Artikolu 72 u l-Artikolu 74(1) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2083/2005 tad-19 ta’ Diċembru 2005, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 211, 08.09.2007


Top