Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007CA0118

    Kawża C-118/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad- 19 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — It-tieni paragrafu tal-Artikolu 307 KE — Nuqqas ta’ adozzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jitneħħew l-inkompatibbiltajiet bejn it-trattati bilaterali konklużi ma’ Stati terzi qabel l-adeżjoni tal-Istat Membru mal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat KE — Trattati bilaterali konklużi mir-Repubblika tal-Finlandja mal-Federazzjoni Russa, mar-Repubblika tal-Bjelorussja, mar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mal-Malasja, mar-Repubblika Deomokratika Soċjalista tas-Sri Lanka u mar-Repubblika tal-Użbekistan fil-qasam tal-investimenti)

    ĠU C 24, 30.1.2010, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 24/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

    (Kawża C-118/07) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 307 KE - Nuqqas ta’ adozzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jitneħħew l-inkompatibbiltajiet bejn it-trattati bilaterali konklużi ma’ Stati terzi qabel l-adeżjoni tal-Istat Membru mal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat KE - Trattati bilaterali konklużi mir-Repubblika tal-Finlandja mal-Federazzjoni Russa, mar-Repubblika tal-Bjelorussja, mar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mal-Malasja, mar-Repubblika Deomokratika Soċjalista tas-Sri Lanka u mar-Repubblika tal-Użbekistan fil-qasam tal-investimenti)

    2010/C 24/03

    Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Huttunen, H. Støvlbæk u B. Martenczuk, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent)

    Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: M. Lumma u C. Balschke, aġenti), ir-Repubblika tal-Ungerija (rappreżentant: J. Fazekas, aġent), ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentant: D. Kriaučiūnas, aġent), ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżent: C. Pesendorfer, aġent)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 307 KE — Nuqqas milli tieħu l-miżuri xierqa sabiex telimina l-inkompatibbiltajiet mat-Trattat, li jikkonċernaw id-dispożizzjonijiet dwar trasferimenti, li jinsabu fit-trattati bilaterali dwar investiment li r-Repubblika tal-Finlandja kkonkludiet rispettivament mal-Federazzjoni tar-Russja, mal-Bjelorussja, maċ-Ċina, mal-Malasja, mas-Sri Lanka u mal-Użbekistan

    Dispożittiv

    (1)

    Billi naqset milli tieħu l-miżuri xierqa sabiex telimina inkompatibbiltajiet bejn id-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE fil-qasam tat-trasferiment ta’ kapital u d-dispożizzjonijiet tat-trattati bilaterali dwar l-investiment għall-promozzjoni u l-protezzjoni reċiproka tal-investimenti konklużi mir-Repubblika tal-Finlandja, rispettivament, ma dik li qabel kienet l-Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi u li s-suċċesur legali tagħha hija l-Federazzjoni Russa (trattat iffirmat fit-8 ta’ Frar 1989), mar-Repubblika tal-Bjelorussja, (trattat iffirmat fit-28 ta’ Ottubru 1992), mar-Repubbblika Popolari taċ-Ċina (trattat iffirmat fl-4 ta’ Settembru 1984), mal-Malasja (trattat iffirmat fil-15 ta’ April 1985), mar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka (trattat iffirmat fis-27 ta’ April 1985) u mar-Repubblika tal-Użbekistan (trattat iffirmat fl-1 ta’ Ottubru 1992), iktar ’il quddiem, flimkien, it-“trattati bilaterali kontenzjużi”), ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-tieni paragrafu tal-Artikolu 307 KE.

    (2)

    Ir-Repubblika tal-Finlandja hija kkundannata għall-ispejjeż.

    (3)

    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija u r-Repubblika tal-Awstrija għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 95, 28.04.2007


    Top