EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0399

Kawża C-399/06 P u C-403/06 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 3 ta’ Diċembru 2009 — Faraj Hassan vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea (C-399/06), Chafiq Ayadi, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ( Politika barranija u ta’ sigurtà komuni (PBSK) — Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban — Regolament (KE) Nru 881/2002 — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi ta’ persuna wara l-inklużjoni tagħha f’lista redatta minn korp tan-Nazzjonijiet Uniti — Kumitat tas-Sanzjonijiet — Inklużjoni sussegwenti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 — Rikors għal annullament — Drittijiet fundamentali — Dritt għar-rispett tal-proprjetà, dritt għal smigħ u dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv )

ĠU C 24, 30.1.2010, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2009 — Faraj Hassan vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea (C-399/06), Chafiq Ayadi, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-399/06 P u C-403/06 P) (1)

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni (PBSK) - Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban - Regolament (KE) Nru 881/2002 - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi ta’ persuna wara l-inklużjoni tagħha f’lista redatta minn korp tan-Nazzjonijiet Uniti - Kumitat tas-Sanzjonijiet - Inklużjoni sussegwenti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 - Rikors għal annullament - Drittijiet fundamentali - Dritt għar-rispett tal-proprjetà, dritt għal smigħ u dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv”)

2010/C 24/02

Lingwa tal-proċedura: L-Ingliż

Partijiet

Appellant: Faraj Hassan (rappreżentanti: E. Grieves, barrister, H. Miller, solicitor, J. Jones, barrister u M. Arani, solicitor) (C-399/06)

Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Marquardt, M. Bishop u E. Finnegan, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch u P. Aalto, aġenti)

Partijiet intervenjenti in sostenn tal-appellant: Ir-Repubblika Franċiża, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Appellant: Chafiq Ayadi (rappreżentanti: S. Cox, barrister, H. Miller, solicitor)

Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Marquardt, M. Bishop u E. Finnegan, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Hetsch u P. Aalto, aġenti)

Partijiet intervenjenti in sostenn tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea: Ir-Repubblika Franċiża

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Lulju 2006, Hassan vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T-49/04) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet rikors għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2049/2003, tal-20 ta’ Novembru 2003, li jemenda għall-ħamsa u għoxrin darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċertu miżuri speċifiċi restrittivi indirizzati kontra ċertu persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-networks tal-Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 (ĠU L 303, p. 20)

Dispożittiv

(1)

Is-sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komuntajiet Ewropej tat-12 ta’ Lulju 2006, Hassan vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (T 49/04), kif ukoll Ayadi vs Il-Kunsill (T 253/02), huma annullati.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta’ Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 46/2008, tat-18 ta’ Jannar 2008, huwa annullat sa fejn dan jirrigwarda lil F. Hassan.

(3)

Ir-Regolament Nru 881/2002, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1210/2006, tad-9 ta’ Awwissu 2006, huwa annullat sa fejn dan jirrigwarda lil C. Ayadi.

(4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat kemm għall-ispejjeż tiegħu, kif ukoll għall-ispejjeż ta’ F. Hassan u ta’ C. Ayadi, kemm tal-ewwel istanza kif ukoll tal-appelli preżenti.

(5)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu relatati kemm mal-ewwel istanza fil-kawża li tirrigwarda lil C. Ayadi, kif ukoll tal-appelli preżenti.

(6)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

(7)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati kemm mal-poċeduri tal-ewwel istanza, kif ukoll mal-appell għall-kawża li tirrigwarda lil F. Hassan. Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-kawża li tirrigwarda lil C. Ayadi, u dan għal dak li jirrigwarda kemm l-intervent tagħha quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 294, 2.12.2006


Top