This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62005TA0021
Case T-21/05: Judgment of the General Court of 19 May 2010 — Chalkor v Commission (Competition — Agreements, decisions and concerted practices — Copper plumbing tube industry — Decision finding an infringement of Article 81 EC — Continuous and multiform infringement — Fines — Limited participation in the cartel — Geographic extent of the relevant market — Duration of the infringement — Cooperation)
Kawża T-21/05: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 19 ta’ Mejju 2010 — Chalkor vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-pajpijiet tar-ram għall-plumbing — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ksur kontinwu u f’diversi forom — Multi — Parteċipazzjoni limitata fl-akkordju — Portata ġeografika tas-suq ikkonċernat — Tul tal-ksur — Kooperazzjoni” )
Kawża T-21/05: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 19 ta’ Mejju 2010 — Chalkor vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-pajpijiet tar-ram għall-plumbing — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ksur kontinwu u f’diversi forom — Multi — Parteċipazzjoni limitata fl-akkordju — Portata ġeografika tas-suq ikkonċernat — Tul tal-ksur — Kooperazzjoni” )
ĠU C 179, 3.7.2010, p. 31–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/31 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2010 — Chalkor vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-21/05) (1)
(“Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-pajpijiet tar-ram għall-plumbing - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ksur kontinwu u f’diversi forom - Multi - Parteċipazzjoni limitata fl-akkordju - Portata ġeografika tas-suq ikkonċernat - Tul tal-ksur - Kooperazzjoni”)
(2010/C 179/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Chalkor AE Epexergasias Metallon (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: I. Forrester, QC, A. Schulz u A. Komninos, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Oliver u S. Noë, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 2826, tat-3 ta’ Settembru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/38.069 — Pajpijiet tar-ram għall-plumbing).
Dispożittiv
(1) |
L-ammont tal-multa imposta fuq Chalkor AE Epexergasias Metallon fl-Artikolu 2(d) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 2826, tat-3 ta’ Settembru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/38.069 — Pajpijiet tar-ram għall-plumbing) huwa ffissat bħala EUR 8.2467 miljun. |
(2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
(3) |
Chalkor Epexergasias Metallon u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |