EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62004TA0161

Kawża T-161/04: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 7 ta’ Lulju 2011 — Valero Jordana vs Il-Kummissjoni ( “Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni ġenerali u deċiżjonijiet individwali dwar il-ħatra ta’ uffiċjali — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-bniedem — Protezzjoni ta’ data ta’ natura personali — Regolament (KE) Nru 45/2001” )

ĠU C 238, 13.8.2011, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2011 — Valero Jordana vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-161/04) (1)

(Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni ġenerali u deċiżjonijiet individwali dwar il-ħatra ta’ uffiċjali - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-bniedem - Protezzjoni ta’ data ta’ natura personali - Regolament (KE) Nru 45/2001)

2011/C 238/19

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Gregorio Valero Jordana (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn P. Aalto u E. Adserá Ribera, sussegwentement minn E. Adserá Ribera u P. Costa de Oliveira, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: B. Weis Fogh u J. Jørgensen Søren, aġenti); Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: inizjalment minn A. Kruse u K. Norman, sussegwentement minn A. Falk, S. Johannesson, K. Petkovska u C. Meyer-Seitz, aġenti); u Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS) (rappreżentanti: H. Hijmans, H. Kranenborg u R. Barceló, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Frar 2004, li tirrifjuta lir-rikorrent l-aċċess għal-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali A 7/A 6 COM/A/637 u għad-deċiżjonijiet individwali ta’ ħatra ta’ uffiċjali fil-grad A 6 mill-5 ta’ Ottubru 1995.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tal-10 ta’ Frar 2004, li tirrifjuta lil Gregorio Valero Jordana l-aċċess għal-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali A 7/A 6 COM/A/637 u għad-deċiżjonijiet individwali ta’ ħatra ta’ uffiċjali fil-grad A 6 mill-5 ta’ Ottubru 1995, hija annullata.

(2)

Minbarra l-ispejjeż tagħha, il-Kummissjoni għandha wkoll tbati l-ispejjeż inkorsi minn G. Valero Jordana.

(3)

Ir-Renju tal-Isvezja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 168, 26.06.2004.


Top