IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 7.7.2025
SWD(2025) 318 final
DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI
Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali tal-2025
Rapport tal-pajjiż - MALTA
Li jakkumpanja d-dokument
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni
Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali tal-2025 għall-prosperità u s-sigurtà
{COM(2025) 420 final} - {SWD(2025) 300 final} - {SWD(2025) 301 final} - {SWD(2025) 302 final} - {SWD(2025) 303 final} - {SWD(2025) 304 final} - {SWD(2025) 305 final} - {SWD(2025) 306 final} - {SWD(2025) 307 final} - {SWD(2025) 308 final} - {SWD(2025) 309 final} - {SWD(2025) 310 final} - {SWD(2025) 311 final} - {SWD(2025) 312 final} - {SWD(2025) 313 final} - {SWD(2025) 314 final} - {SWD(2025) 315 final} - {SWD(2025) 316 final} - {SWD(2025) 317 final} - {SWD(2025) 319 final} - {SWD(2025) 320 final} - {SWD(2025) 321 final} - {SWD(2025) 322 final} - {SWD(2025) 323 final} - {SWD(2025) 324 final} - {SWD(2025) 325 final} - {SWD(2025) 326 final}
Werrej
Sommarju eżekuttiv
Parti I: Oqsma tematiċi
1. Ekonomija cirkolari u mmaniġġar tal-iskart
Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari
Immaniġġartal-iskart
2. Bijodiversità u kapital naturali
Oqfsa tal-bijodiversità globali u tal-UE
Protezzjoni u restawr tan-natura – Natura 2000
Irkupru tal-ispeċijiet
Irkupru tal-ekosistemi
Prevenzjoni tal-ispeċijiet aljeni invażivi
Valutazzjoni u kontabilità tal-ekosistemi
3. Tniġġis żero
Arja nadifa
Emissjonijiet tal-industrija
Prevenzjoni ta’ inċidenti industrijali kbar – Seveso
Regolament dwar il-Merkurju
Storbju
Kwalità u ġestjoni tal-ilma
Sustanzi Kimiċi
4. Azzjoni klimatika
Is-sistema tal-UE ta’ skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet
Kondiviżjoni tal-isforzi
L-użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija
Adattament għat-tibdil fil-klima
Parti II: Qafas ta’ abilitazzjoni – għodod ta’ implimentazzjoni
5. Finanzjament
Sorsi ta’ finanzjament importanti għall-klima
Finanzjament u investimenti ambjentali
Ġestjoni tal-finanzi pubbliċi
6. Governanza ambjentali
Informazzjoni, parteċipazzjoni pubblika u aċċess għall-ġustizzja
Assigurazzjoni tal-konformità
Il-bini tal-kapaċità ambjentali appoġġat mill-UE
Sommarju eżekuttiv
F’Mejju 2016, il-Kummissjoni Ewropea nediet ir-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali (EIR), li hija għodda ta’ rapportar regolari bbażata fuq l-analiżi, id-djalogu u l-kollaborazzjoni mal-Istati Membri tal-UE biex tittejjeb l-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni ambjentali eżistenti tal-UE (
). Wara ċ-ċikli preċedenti fl-2017, fl-2019 u fl-2022, dan ir-rapport jivvaluta l-progress li sar filwaqt li jiddeskrivi l-isfidi u l-opportunitajiet pendenti ewlenin rigward l-implimentazzjoni legali ambjentali f’Malta. L-għan ta’ dan ir-rapport hu li jipprovdi l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-implimentazzjoni u jenfasizza l-aktar modi effettivi biex jiġu indirizzati d-diskrepanzi fl-implimentazzjoni li jaffettwaw saħħet il-bniedem u l-ambjent, u li jfixklu l-iżvilupp ekonomiku u l-kompetittività tal-pajjiż. Ir-rapport jiddependi fuq ir-rapporti ta’ implimentazzjoni settorjali miġbura jew maħruġa mill-Kummisskoni skont leġiżlazzjoni ambjentali speċifika.
L-isfidi ewlenin stabbiliti hawn taħt intgħażlu mill-Parti I ta’ dan ir-rapport, “Oqsma tematiċi”, u tqiesu l-fatturi bħas-serjetà tal-kwistjoni ta’ implimentazzjoni ambjentali fid-dawl tal-impatt fuq il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini, kemm fadal biex tintlaħaq il-mira u l-implikazzjonijiet finanzjarji. F’Malta, sfidi bħal dawn baqgħu jippersistu mill-ewwel Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali fl-2017 u jeħtieġu azzjoni urġenti.
Meħtieġa riformi u investimenti urġenti fl-immaniġġar tal-iskart u l-ekonomija ċirkolari biex Malta ma tibqax tiddependi fuq il-landfills għar-rimi tal-iskart. Din id-dipendenza għadha sinifikanti. B’mod partikolari, Malta tiddependi ħafna fuq il-landfills għall-iskart muniċipali u l-iskart mill-kostruzzjoni u d-demolizzjoni. Malta ma laħqitx sew il-mira tal-2020 li tirriċikla 50 % tal-iskart muniċipali tagħha u tinsab fi triqitha li ma tilħaqx il-miri tal-2025 li tirriċikla 55 % tal-iskart muniċipali u 65 % tal-iskart mill-imballaġġ kollu.
Kien hemm deterjorament ġenerali tal-bijodiversità u tan-natura f’Malta. L-insib u l-kaċċa illegali ta’ speċijiet ta’ għasafar protetti għadhom kwistjoni ta’ tħassib serju f’Malta minkejja żewġ sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fl-2018 u fl-2024 dwar din il-kwistjoni. Barra minn hekk, il-ħamrija ssiġillata, modifikata artifiċjalment u/jew degradata qed tkompli tiżdied f’Malta minħabba l-kostruzzjoni eċċessiva. Minħabba f’hekk, is-sitwazzjoni tan-natura f’Malta insostenibbli mhijiex sostenibbli u dan ukoll minħabba l-pressjonijiet ambjentali fuq l-għadd relattivament żgħir ta’ żoni forestali fil-gżejjer – 17 % biss għandhom status ta’ konservazzjoni favorevoli.
L-ilma urban mormi miġbur f’Malta mhux qed jiġi ttrattat kif xieraq bħalma meħtieġ mid-dritt tal-UE. Fl-2024, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kkundannat lil Malta talli naqset milli tikkonforma mad-Direttiva rilevanti tal-UE fl-agglomerazzjonijiet tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar ta’ Malta.
L-investiment ambjentali globali meħtieġ biex Malta tkun tista’ tilħaq l-objettivi tagħha fl-oqsma ambjentali ewlenin huwa EUR 370 miljun fis-sena, imqassam kif ġej: l-ekonomija ċirkolari (EUR 248 miljun); il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis (EUR 60 miljun); l-ilma (EUR 60 miljun); u l-bijodiversità u l-ekosistemi (EUR 5 miljun). Biex jintlaħqu dawn l-erba’ objettivi ambjentali lil hinn mit-tibdil fil-klima, il-ħtieġa ta’ investiment addizzjonali fuq il-livelli attwali (id-diskrepanza fl-investiment) tilħaq madwar EUR 90 miljun fis-sena f’Malta, li tirrappreżenta madwar 0.53 % tal-prodott domestiku gross nazzjonali, li hija aktar baxxa mill-medja tal-UE (0.77 %).
Fir-rigward tal-governanza ambjentali, Malta trid tiżgura li d-deċiżjonijiet ta’ valutazzjoni ambjentali strateġika, u l-pjanijiet u l-programmi f’oqsma ambjentali oħra, ikunu jistgħu jiġu kkontestati mill-partijiet interessati skont id-dritt fundamentali ta’ aċċess għall-ġustizzja. Barra minn hekk, meta l-awtorizzazzjonijiet (eż. il-kunsens għall-iżvilupp) jieħdu l-għamla ta’ leġiżlazzjoni, Malta trid tipprovdi l-opportunità għal rieżami amministrattiv jew rieżami ġudizzjarju.
Mil-lat pożittiv, Malta qed tkompli timplimenta b’mod xieraq id-Direttiva Inspire, u b’hekk qed tipprovdi informazzjoni spazjali ambjentali rilevanti għal governanza tajba. Malta għandha wkoll rekord eċċellenti fir-rigward tad-Direttiva dwar il-kwalità tal-ilma għall-għawm: 92 % tal-ilma għall-għawm Maltin huwa eċċellenti.
Parti I: Oqsma tematiċi
1. Ekonomija cirkolari u mmaniġġar tal-iskart
Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari
L-avvanz tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari fl-UE se jnaqqas l-impatt ambjentali u klimatiku tas-sistemi industrijali tagħna billi jnaqqas il-materjali ta’ input, iżomm il-prodotti u l-materjali fiċ-ċirkolazzjoni għal żmien itwal u jnaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart, u b’hekk jissepara t-tkabbir ekonomiku mill-konsum tar-riżorsi. Ekonomija ċirkolari għandha l-potenzjal konsiderevoli li żżid il-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi kif ukoll tippromwovi wkoll l-innovazzjoni u tipprovdi aċċess għal swieq ġodda. Bil-miżuri tal-pjan ta’ azzjoni dwar l-ekonomija ċirkolari (CEAP, Circular Economy Action Plan) (
) tal-2020 fis-seħħ jew fi stadju leġiżlattiv avvanzat, l-Istati Membri tal-UE issa se jkollhom jiffukaw fuq implimentazzjoni rapida u effettiva.
Is-CEAP tal-2020 nieda l-proċess leġiżlattiv għal sett ta’ inizjattivi li issa se jkollhom jiġu implimentati mill-gvernijiet nazzjonali madwar l-UE. Dawn l-inizjattivi kollha ġew introdotti skont approċċ olistiku taċ-ċiklu tal-ħajja, b’miżuri li jindirizzaw l-istadji differenti taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott, mid-disinn matul l-użu sat-tmiem tal-ħajja.
Fis-CEAP, l-UE tistabbilixxi bħala l-objettiv ġenerali tagħha l-irduppjar tar-rata tal-użu ċirkolari tal-materjali (CMUR, circular material use rate) tagħha sal-2030.
Is-CMUR huwa kejl ta’ aspett wieħed taċ-ċirkolarità: is-sehem tal-ammont totali ta’ materjal użat fl-ekonomija li jitqies mill-iskart riċiklat. Valur CMUR ogħla jfisser li ntużaw aktar materjali sekondarji bħala sostitut għall-materja prima, u b’hekk jitnaqqsu l-impatti ambjentali tal-estrazzjoni tal-materjal primarju.
L-użu ċirkolari tal-materjali ta’ Malta ilu jiżdied b’mod kostanti mill-2016, b’żieda sinifikanti fl-2022, meta laħaq il-21.5 %. Għalkemm ir-rata naqset kemxejn għal 19.8 % fl-2023, tibqa’ ferm ogħla mill-medja tal-UE ta’ 11.8 %(Illustrazzjoni 1).
Illustrazzjoni 1: CMUR (%), 2013–2023
Sors: Eurostat, “Circular material use rate”, env_ac_cur, aġġornat l-aħħar fit-13 ta’ Novembru 2024, aċċessat fl-10 ta’ Diċembru 2024,
https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/product/view/env_ac_cur
.
Il-produttività tar-riżorsi tkejjel l-ammont totali ta’ materjali użati direttament minn ekonomija fir-rigward tal-prodott domestiku gross (PDG). It-titjib tal-produttività tar-riżorsi jista’ jgħin biex jiġu minimizzati l-impatti negattivi fuq l-ambjent u titnaqqas id-dipendenza fuq is-swieq volatili tal-materja prima. Fl-2023, wara żieda kostanti mill-2018 (Illustrazzjoni 2), Malta ġġenerat EUR 2.82 għal kull kg ta’ materjal ikkunsmat, ogħla mill-medja tal-UE ta’ EUR 2.23.
Illustrazzjoni 2: Produttività tar-riżorsi (EUR/kg), 2013–2023
NB: L-unità tal-kejl użata hija EUR/kg ta’ volumi inkatenati (2015). Il-volumi inkatenati jiffokaw fuq il-bidliet fil-kwantitajiet u l-prezzijiet tal-komoditajiet fis-snin preċedenti, filwaqt li titqies l-inflazzjoni, u jiġu indiċjati għall-eqreb sena xierqa, li f’dan il-każ hi l-2015.
Sors: Eurostat, “Resource productivity”, env_ac_rp, aġġornat l-aħħar fis-7 ta’ Awwissu 2024, aċċessat fl-10 ta’ Diċembru 2024,
https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/product/view/env_ac_rp
.
Politiki u miżuri
B’mod parallel mal-inizjattivi Ewropej skont is-CEAP, l-Istati Membri mħeġġa jadottaw u jimplimentaw strateġiji ċirkolari fil-livelli nazzjonali, reġjonali u tal-ibliet. Dawn għandhom jitfasslu apposta għal kull realtà nazzjonali u lokali, biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-ekonomija tal-prossimità, filwaqt li jiġu segwiti l-prinċipji ta’ approċċ olistiku tal-katina tal-valur kollha.
Mit-tnedija tal-Pjattaforma Ewropea tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari online fl-2017, l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali użaw il-pjattaforma biex jikkondividu l-istrateġiji, il-pjanijiet direzzjonali u l-prattiki tajba tagħhom, pereżempju mudelli kummerċjali alternattivi u teknoloġiji innovattivi.
Fl-2020, il-Ministeru Malti għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar (MECP) ippubblika, flimkien ma' Ekonomija Ċirkolari Malta u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), il-viżjoni strateġika nazzjonali tiegħu għall-2020–2030 – lejn ekonomija ċirkolari. B’dan, Malta introduċiet sensiela ta’ miżuri biex tnaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart u, b’mod partikolari, ir-rimi fil-landfills. Malta implimentat l-iskema ta’ rifużjoni tal-kontenituri tax-xorb biex tippromwovi r-ritorn u r-riċiklaġġ ta’ kontenituri tax-xorb li jintużaw darba biss. Din kisbet rati ta’ ġbir ta’ 83 % għall-kontenituri tal- polietilentereftalat, 82 % għall-bottijiet tal-aluminju u 74 % għall-fliexken tal-ħġieġ. Il-viżjoni strateġika introduċiet ukoll pjanijiet għal inċentivi finanzjarji għad-donazzjoni ta’ prodotti, skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur (EPR, extended producer responsibility) għal diversi tipi ta’ skart, u appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni dwar ir-riċiklaġġ u l-manifattura mill-ġdid.
Malta introduċiet leġiżlazzjoni settorjali għall-plastik li jintuża darba biss u għas-settur tal-kostruzzjoni. L-istrateġija dwar il-plastik li jintuża darba biss għall-2021–2030, Rethink plastic, tintroduċi 24 miżura lbl-għan li jitnaqqas il-konsum ta’ ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, permezz ta’ projbizzjonijiet fuq l-importazzjoni u l-produzzjoni ta’ xi prodotti kif ukoll fuq il-bejgħ u d-distribuzzjoni ta’ oħrajn.
F’April 2024, Ekonomija Ċirkulari Malta nediet l-inizjattiva “Bring your own container” biex jitnaqqas l-iskart mill-imballaġġ li jintuża darba biss f’konformità mal-pjan fit-tul ta’ Malta għall-immaniġġar tal-iskart għall-2021–2030 u mas-CEAP tal-UE. L-inizjattiva tħeġġeġ lill-konsumaturi jużaw kontenituri li jistgħu jerġgħu jintużaw għall-prodotti tal-ikel, tax-xorb, tat-tindif u tal-kura personali permezz ta’ inċentivi finanzjarji bħal skontijiet jew premjijiet għal-lealtà offruti mill-fornituri rreġistrati ta’ dawn il-prodotti. In-negozji li jipparteċipaw fl-inizjattiva “Bring your own container” huma distinti b’logo u elenkati fuq mappa interattiva. Sa Novembru 2024, kienu ssieħbu 300 stabbiliment, u b’hekk issaħħet il-kollaborazzjoni bejn il-konsumaturi, in-negozji u l-gvern biex jippromwovu prattiki sostenibbli. Fil-ġejjieni, Ekonomija Ċirkulari Malta qed tippjana li tespandi l-inizjattiva, tintensifika l-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni pubblika u tkompli l-konformità permezz ta’ spezzjonijiet biex tappoġġa t-tranżizzjoni ta’ Malta lejn ekonomija ċirkolari.
Malta bħalissa qed taħdem fuq strateġija nazzjonali dwar l-ambjent għall-2050, li se tistabbilixxi l-qafas għal tranżizzjoni aktar fit-tul lejn sostenibbiltà akbar. L-ekonomija ċirkolari tissemma fit-test kollu, li jinkludi miżuri aktar upstream dwar id-disinn sostenibbli ta’ prodotti u inizjattivi li jagħtu s-setgħa lill-konsumaturi, u jirriflettu l-miżuri tas-CEAP tal-UE għall-2020.
Malta hija fost is-26 Stat Membru soġġetti għal proċediment ta’ ksur talli naqsu milli jilħqu l-miri tal-ġbir u tar-riċiklaġġ tal-iskart. Malta ma żviluppatx pjani ta’ azzjoni ċirkolari fil-livell lokali jew reġjonali.
Akkwist pubbliku ekoloġiku
L-akkwist pubbliku jirrappreżenta sehem kbir mill-konsum Ewropew, bil-kapaċità tal-akkwist tal-awtoritajiet pubbliċi tirrappreżenta madwar 14 % tal-PDG tal-UE. L-akkwist pubbliku bl-użu ta’ kriterji ekoloġiċi jew ċirkolari (analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja, pjattaforma bħala servizz, prodotti użati) jista’ jgħin biex jixpruna d-domanda għal prodotti sostenibbli li jissodisfaw l-istandards ta’ possibbiltà ta’ tiswija u riċiklabbiltà.
Il-pjan attwali ta’ Malta, il-pjan ta’ azzjoni nazzjonali tal-akkwist pubbliku ekoloġiku (APE) għall-2022–2027, jinkludi r-rekwiżiti tad-Direttiva dwar il-Vetturi Nodfa u għandu l-għan li jkun kemm ambizzjuż kif ukoll realistiku. Dan il-pjan jistabbilixxi miri għal 17-il grupp ta’ prodotti u servizzi, inklużi oqsma ġodda bħad-dawl tat-toroq u s-sinjali tat-traffiku, it-tagħmir elettriku u elettroniku għall-kura tas-saħħa, it-trasport, iż-żebgħa, il-verniċ, il-marki tat-toroq, il-kompjuters u l-moniters, id-disinn u l-ġestjoni tal-bini tal-uffiċċji, id-disinn u l-manutenzjoni tat-toroq, it-tojlits u l-awrinarji, u s-servizzi tal-ospitalità u tal-catering. Il-mira ta’ Malta hija li żżid progressivament is-sehem ta’ prodotti u servizzi aktar ekoloġiċi fl-akkwist pubbliku sabiex 90 % tal-offerti jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-APE sal-2027.
Qed isiry diversi inizjattivi biex tittejjeb l-implimentazzjoni tal-APE. Dawn jinkludu t-titjib tal-korsijiet ta’ taħriġ dwar l-APE offruti mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi u l-iżvilupp ta’ pjattaforma ġdida tal-APE biex tassisti fil-mistoqsijiet u tipprovdi aċċess faċli għall-informazzjoni.
Din il-pjattaforma issa ġiet integrata fis-sistema nazzjonali tal-akkwist elettroniku biex tippermetti l-ġbir tad-data fil-fażi ta’ qabel il-pubblikazzjoni f’format diġitali. Minbarra din il-forma ta’ ġbir ta’ data, il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika jwettaq ukoll eżerċizzju ta’ assigurazzjoni tal-kwalità li jqabbel id-data miġbura fir-rapporti ta’ kull ġimgħa tal-APE ta’ kull ministeru wara l-pubblikazzjoni mal-offerti ppubblikati fuq is-sistema elettronika tal-akkwist.
Malta ma rrapportat l-ebda miżura oħra lill-Kummissjoni mir-Rieżami tal-Implimentazzjoni Ambjentali (EIR) tal-2022.
L-Ekotikketta tal-UE u l-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali
L-għadd ta’ gruppi ta’ prodotti bl-Ekotikketta tal-UE u l-għadd ta’ organizzazzjonijiet liċenzjati mill-iskema ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS, Eco-Management and Audit Scheme ) f’kull pajjiż jipprovdu xi indikazzjoni ta’ kemm is-settur privat u l-partijiet ikkonċernati nazzjonali f’dak il-pajjiż huma involuti b’mod attiv fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari. L-Ekotikketta tal-UE tingħata lill-prodotti bl-aqwa prestazzjoni ambjentali. L-EMAS hija skema ta’ ġestjoni ambjentali volontarja bl-għan li jitnaqqsu l-impatti ambjentali tal-organizzazzjonijiet.
Sa Settembru 2024, Malta kellha 18-il prodott (il-biċċa l-kbira minnhom prodotti tat-tindif) minn 98,977 fl-UE, u 6 liċenzji minn 2,983 irreġistrati fl-iskema tal-Ekotikketta tal-UE. Dan juri adozzjoni baxxa ħafna tal-prodotti u tal-liċenzji. Barra minn hekk, organizzazzjoni waħda biss f’Malta bħalissa hija rreġistrata fl-EMAS, l-istess bħal f’Ottubru 2021. Għal skemi volontarji bħal dawn, l-għoti ta’ inċentivi regolatorji jew leġiżlattivi nazzjonali jew reġjonali kif ukoll il-promozzjoni ulterjuri tal-iskemi huma kruċjali biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni fihom.
Is-CMUR ta’ Malta naqas b’ 1.7 punti perċentwali fl-2023. Madankollu, għadu ogħla mill-medja tal-UE.
Ma sar l-ebda progress fl-azzjoni ta’ prijorità mwettqa fl-EIR tal-2022 biex jissaħħaħ il-qafas ta’ politika ħalli titħaffef it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.
Azzjoni ta’ prijorità għall-2025
·Titħaffef it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari billi tiġi implimentata strateġija nazzjonali aġġornata u l-qafas u r-rakkomandazzjonijiet tal-UE, b’mod partikolari biex tiġi kkomplementata b’miżuri ta’ ċirkolarità upstream
Immaniġġartal-iskart
Il-bdil tal-iskart f’riżorsa huwa appoġġat permezz ta’ dan li ġej:
(i)
l-indirizzar taċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-prodotti, mill-konċepiment sat-tmiem tal-ħajja, billi jiġu stabbiliti rekwiżiti dwar id-disinn tal-prodotti biex jiġi żgurat li dawn ikunu aktar sostenibbli;
(ii)
l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart, li tinkludi l-ġerarkija tal-iskart, l-obbligu li jiġi żgurat il-ġbir separat tal-iskart, il-miri tad-devjazzjoni mill-landfills, eċċ.;
(iii)
it-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-iskart per capita u f’termini assoluti;
(iv)
iż-żieda tar-rati tar-riċiklaġġ tal-iskart li jkun fih materja prima kritika (CRMs, critical raw materials), bil-ħsieb li jitnaqqsu d-dipendenzi u jinbnew ktajjen tal-valur reżiljenti, u tiġi stimulata d-domanda għall-kontenut riċiklat fil-prodotti kollha;
(v)
il-limitazzjoni tal-irkupru tal-enerġija għal materjali mhux riċiklabbli; u
(vi)
l-eliminazzjoni gradwali tar-rimi f’landfill tal-iskart riċiklabbli jew li jista’ jiġi rkuprat.
Wieħed mill-objettivi ewlenin tad-dritt tal-UE dwar l-iskart huwa li t-tkabbir ekonomiku jiġi diżakkoppjat mill-impatti ambjentali tiegħu.
L-approċċ tal-UE għall-immaniġġar tal-iskart huwa bbażat fuq il-ġerarkija tat-trattament tal-iskart: il-prevenzjoni, it-tħejjija għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ, l-irkupru u, l-inqas għażla ppreferuta, ir-rimi (li jinkludi r-rimi f’landfill u l-inċinerazzjoni mingħajr irkupru tal-enerġija).
Il-proposti leġiżlattivi kollha fil-qasam tal-immaniġġar tal-iskart imressqa mill-Kummissjoni mill-2021 huma maħsuba biex jinkoraġġixxu lill-Istati Membri jippromwovu disinn aħjar tal-prodotti, jirrikjedu li l-produtturi jkopru l-kostijiet tal-immaniġġar tal-iskart li jirriżulta mill-prodotti tagħhom u jiżguraw li l-iskart jiġi mmaniġġat fl-ogħla livelli tal-ġerarkija tal-iskart.
L-ammont totali ta’ skart iġġenerat f’Malta rdoppja matul dawn l-aħħar 12-il sena (Illustrazzjoni 3), u jidher li kemm it-tkabbir ekonomiku kif ukoll it-tkabbir tal-popolazzjoni setgħu wasslu għal dan l-iżvilupp. Din ix-xejra primarjament ġejja mill-akbar kategorija ta’ skart, jiġifieri l-iskart minerali mill-kostruzzjoni u d-demolizzjoni minħabba l-kostruzzjoni eċċessiva fil-gżejjer. L-iskart tal-metall ferruż huwa fattur ewlieni ieħor taż-żieda fl-iskart totali ladarba l-iskart minerali ewlieni jiġi eskluż. Il-PDG ta’ Malta wera tkabbir kostanti sal-2019 iżda naqas fl-2020, probabbilment minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19. M’hemm l-ebda indikazzjoni ċara ta’ diżakkoppjament tal-ġenerazzjoni tal-iskart mit-tkabbir ekonomiku.
Illustrazzjoni 3: Ġenerazzjoni tal-iskart (total u eskluż l-iskart minerali ewlieni), il-popolazzjoni u l-PDG, 2010–2022
NB: Id-data dwar il-ġenerazzjoni tal-iskart għal snin bil-fard hija interpolata.
Sorsi: Eurostat, “GDP and main components (output, expenditure and income)”, nama_10_gdp, aċċessat fil-15 ta’ Ottubru 2024,
https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/nama_10_gdp__custom_9301905/default/table
; Eurostat, “Generation of waste by waste category, hazardousness and NACE Rev. 2 activity”, aġġornat l-aħħar fit-30 ta’ Settembru 2024, aċċessat fit-22 ta’ Ottubru 2024,
https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/env_wasgen/default/table?lang=en
; Eurostat, “Population change – Demographic balance and crude rates at national level”, demo_grind, aċċessat fil-15 ta’ Ottubru 2024,
https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/demo_gind/default/table?lang=en&category=demo.demo_ind
.
Materja prima kritika
Bħalissa, il-pjan ta’ Malta għall-immaniġġar tal-iskart m’għandux strateġija għas-CRM. Malta ma pprovdiet l-ebda informazzjoni lill-Kummissjoni dwar politiki biex jiżdiedu r-rati ta’ riċiklaġġ tal-iskart li fih is-CRMs.
Skart mill-kostruzzjoni u d-demolizzjoni
L-iskart mill-kostruzzjoni u d-demolizzjoni jammonta għal kważi 40 % tal-iskart kollu ġġenerat fl-UE. Studju reċenti () miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka juri li l-operazzjonijiet ta’ tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ huma ppreferuti aktar mill-inċinerazzjoni u r-rimi f’landfill minn perspettiva ambjentali għall-biċċa l-kbira tal-flussi differenti tal-iskart mill-kostruzzjoni u d-demolizzjoni. Madankollu, l-ekonomija spiss ma tkunx favorevoli għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ meta mqabbla mal-inċinerazzjoni u r-rimi f’landfill. Kieku kellha tiġi applikata t-teknoloġija disponibbli, huwa stmat li ż-żieda fit-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ twassal għal iffrankar addizzjonali ta’ 33 Mt ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG, greenhouse gas) kull sena (aktar minn, pereżempju, l-emissjonijiet annwali kkombinati ta’ gassijiet serra tal-Estonja, il-Latvja u l-Lussemburgu).
Ir-rata ta’ tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart minerali mill-kostruzzjoni u d-demolizzjoni f’Malta fl-2022 kienet 67.3 %, meta mqabbla mal-medja tal-UE ta’ 79.8 %. Miżuri biex tiżdied aktar ir-rata ta’ tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart mill-kostruzzjoni u d-demolizzjoni jinkludu l-ġbir separat fis-sors, pereżempju permezz ta’ awditi diġitalizzati ta’ qabel id-demolizzjoni () (“valutazzjonijiet tar-riżorsi”); L-EPR u strumenti ekonomiċi oħra; u miżuri upstream bħaż-żieda tal-kontenut riċiklat fil-prodotti għall-bini u d-disinn ċirkolari () tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni.
L-istrateġija dwar l-iskart mill-kostruzzjoni u d-demolizzjoni għal Malta għall-2021–2030 (
) tinkludi standards għall-industrija tal-kostruzzjoni biex tnaqqas l-ammont ta’ skart u tinkoraġġixxi separazzjoni aħjar tal-flussi tal-iskart, u b’hekk tagħti spinta lis-suq tal-materjali sekondarji.
Spinta lill-implimentazzjoni - ir-Rapport ta' Twissija Bikrija dwar l-Iskart tal-2023
Din it-taqsima tiffoka fuq l-immaniġġar tal-iskart muniċipali u tal-iskart mill-imballaġġ, li għalihom id-dritt tal-UE tistabbilixxi miri obbligatorji ta’ riċiklaġġ. F’Ġunju 2023, il-Kummissjoni ppubblikat ir-Rapport ta' Twissija Bikrija dwar l-Iskart li jidentifika x-xejriet ġenerali fl-immaniġġar tal-iskart u l-Istati Membri f’riskju li ma jilħqux il-miri tal-iskart għall-2025 (ara l-Illustrazzjoni 4). Malta tinsab f’riskju li ma tilħaqx il-miri kemm tal-iskart muniċipali kif ukoll tal-iskart mill-imballaġġ. Malta tinsab ukoll f’riskju li ma tilħaqx il-mira tal-2035, li massimu ta’ 10 % tal-iskart muniċipali jintrema fil-landfills ().
Illustrazzjoni 4: Prospetti tal-Istati Membri li jilħqu l-miri tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ għall-iskart muniċipali u l-iskart mill-imballaġġ
|
|
L-Istati Membri li mhumiex f’riskju li ma jilħqux il-mira ta’ 55 % għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ għall-iskart muniċipali u l-mira tar-riċiklaġġ ta’ 65 % għall-iskart mill-imballaġġ
|
|
|
L-Istati Membri f’riskju li ma jilħqux il-mira tal-preparazzjoni għal użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ għall-iskart muniċipali iżda li mhumiex f’riskju li ma jilħqux il-mira tar-riċiklaġġ għall-iskart mill-imballaġġ
|
|
|
Stati Membri f’riskju li ma jilħqux iż-żewġ miri
|
|
|
Kopertura esterna
|
Sors: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA, European Environment Agency ), “Many EU Member States not on track to meet recycling targets for municipal waste and packaging waste”, briefing Nru 28/2022, Copenhagen, 2023. Data ta’ referenza © ESRI.
Taħt ċerti kundizzjonijiet, il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart tippermetti lill-Istati Membri jipposponu l-iskadenzi biex jintlaħqu ċerti miri tal-immaniġġar tal-iskart għall-iskart muniċipali u mill-imballaġġ. L-Istati Membri li jridu jużaw din il-possibbiltà jridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni 24 xahar qabel l-iskadenza u jippreżentaw pjan ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-passi li beħsiebhom jieħdu biex jilħqu l-miri posposti f’perjodu ta’ żmien ġdid. Fir-rigward tal-miri tal-2025, 11-il Stat Membru, minbarra Malta, użaw din il-prerogattiva.
F’Diċembru 2023, Malta nnotifikat lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li tipposponi l-miri tal-iskart muniċipali u tal-iskart mill-imballaġġ għall-plastik u l-karta/kartun. Il-Kummissjoni sabet li l-prekundizzjonijiet biex jiġu posposti l-miri tal-imballaġġ ma ġewx irrispettati u ma aċċettatx il-posponiment. Fir-rigward tal-iskart muniċipali, il-miżuri ewlenin fil-pjan ta’ implimentazzjoni ta’ Malta huma l-istabbiliment ta’ separazzjoni tal-iskart organiku u riċiklabbli u l-introduzzjoni ta’ skemi ta’ rifużjoni tad-depożitu u ta’ “ħallas skont kemm tarmi”. F’Novembru 2024, Malta nnotifikat lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li tirrinunzja d-dritt tagħha ta’ posponiment, u b’hekk ikkonfermat l-impenn tagħha li tilħaq il-miri stabbiliti fl-Artikolu 11.2 tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart u l-Artikolu 6.1 tad-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ.
Fir-Rapport ta’ Twissija Bikrija dwar l-Iskart, il-Kummissjoni rrakkomandat li l-Istati Membri jaċċelleraw l-isforzi tagħhom biex itejbu l-prestazzjoni tar-riċiklaġġ tagħhom. Il-Kummissjoni, minn naħa waħda, qed taħdem flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali u mal-partijiet ikkonċernati biex tħaffef l-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-miri, inkluż permezz ta’ finanzjament iddedikat. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni qed issegwi azzjonijiet ta’ infurzar kontra dawk l-Istati Membri li abbażi tad-data ppreżentata lill-Kummissjoni, ma jilħqux il-miri tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart (
), id-Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ (
) u d-Direttiva dwar l-Iskart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku (
).
Malta stabbiliet infrastrutturi ġodda biex ittejjeb il-kapaċitajiet ta’ riċiklaġġ, bħall-Multi-Material Recovery Facility (inawgurata f’Ġunju 2023) u l-Faċilità għall-Irkupru tal-Materjal (inawgurata f’Marzu 2023). Barra minn hekk, fl-2024 bdiet topera wkoll linja awtomatizzata ġdida għas-separazzjoni tal-ħġieġ, li wasslet għal kapaċità operazzjonali akbar u materjal ta’ output tal-ħġieġ aħjar. Fil-qalba tal-viżjoni fit-tul tal-gvern hemm il-kumpless ambizzjuż Ecohive, li jinkludi impjant ta’ 19 000 t għall-irkupru tal-enerġija , impjant ta’ 74 000 t għall-ipproċessar organiku u faċilità għall-immaniġġar tal-iskipps biex l-iskart goff jiġi ddevjat mir-rimi fil-landfills ().
Skart muniċipali
Il-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali f’Malta staġnat matul dawn l-aħħar ftit snin (Illustrazzjoni 5). Fl-2022, il-pajjiż iġġenera 618 kg per capita fi skart muniċipali, li huwa ferm ogħla mill-medja stmata tal-EU-27 ta’ 513 kg per capita fl-istess sena.
Illustrazzjoni 5: Immaniġġar u riċiklaġġ tal-iskart muniċipali (inkluża l-preparazzjoni għal użu mill-ġdid), 2010–2022
NB: Mis-sena ta’ referenza 2020, japplikaw regoli ġodda ta’ rapportar għall-kalkolu tal-iskart muniċipali riċiklat skont il-miri stabbiliti fl-Artikolu 11.2 (c–e) tad-Direttiva 2008/98/KE. Minkejja l-isforzi tagħha biex timplimenta r-regoli l-ġodda ta’ rapportar, Malta qed issibha partikolarment diffiċli li tikseb data preċiża dwar l-ammont reali ta’ skart li jidħol fil-proċess tar-riċiklaġġ minħabba d-dipendenza tagħha fuq l-esportazzjoni tal-iskart għar-riċiklaġġ
Sors: Eurostat, “Municipal waste by waste management operations”, env_wasmun, aċċessat fit-22 ta’ Ottubru 2024,
https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/ENV_WASMUN/default/table
.
Illustrazzjoni 6: Riċiklaġġ (inkluża l-preparazzjoni għal użu mill-ġdid) u r-rati tal-landfill (%), 2010–2022
NB: Mis-sena ta’ referenza 2020, japplikaw regoli ġodda ta’ rapportar għall-kalkolu tal-iskart muniċipali riċiklat skont il-miri stabbiliti fl-Artikolu 11.2 (c–e) tad-Direttiva 2008/98/KE. Minkejja l-isforzi tagħha biex timplimenta r-regoli l-ġodda ta’ rapportar, Malta qed issibha partikolarment diffiċli li tikseb data preċiża dwar l-ammont reali ta’ skart li jidħol fil-proċess ta’ riċiklaġġ minħabba d-dipendenza tagħha fuq l-esportazzjoni tal-iskart għar-riċiklaġġ.
Sors: Eurostat, “Municipal waste by waste management operations”, env_wasmun, aċċessat fit-22 ta’ Ottubru 2024,
https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/ENV_WASMUN/default/table
.
Malta wriet rati baxxi ħafna ta’ preparazzjoni għal użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart muniċipali matul dawn l-aħħar ftit snin (Illustrazzjoni 6). Fl-2022, ir-rata ta’ preparazzjoni għal użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ għall-iskart muniċipali kienet 13 %, li hija ferm taħt il-medja stmata tal-EU-27 ta’ 49 % fl-istess sena, u li ma tjiebitx fl-aħħar deċennju. Din ir-rata ta’ riċiklaġġ hija kompletament xprunata mir-riċiklaġġ tal-materjali, peress li l-bijoskart wara t-trattament jintuża għall-immaniġġar tal-pajsaġġ u għar-rimedju tal-landfills u għalhekk jiġi rrapportat bħala mormi f’landfill.
L-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali għandha rwol minuri f’Malta; fl-2022 ġie inċinerat 1.3 % biss tal-iskart muniċipali ġġenerat. Ir-rimi fil-landfills huwa l-metodu ta’ trattament dominanti f’Malta u r-rata tar-rimi fil-landfills baqgħet relattivament stabbli.
Skart mill-imballaġġ
Il-ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ ta’ Malta żdiedet bejn l-2010 u l-2022 (Illustrazzjoni 7). Fl-2022, il-pajjiż iġġenera 167 kg per capita ta’ skart mill-imballaġġ, li huwa kemxejn inqas mill-medja Ewropea stmata ta’ 186 kg per capita fl-istess sena.
Illustrazzjoni 7: Ġenerazzjoni tal-iskart mill-imballaġġ, 2010–2022
NB: Mis-sena ta’ referenza 2020, ir-regoli għall-kalkolu tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat inbidlu, skont l-Artikolu 6a tad-Direttiva 94/62/KE. Malta applikat ir-regoli l-ġodda ta’ rapportar mis-sena ta’ referenza 2020 (Eurostat, 2024a). Madankollu, minkejja l-isforzi tagħha biex timplimenta r-regoli l-ġodda ta’ rapportar, Malta qed issibha partikolarment diffiċli li tikseb data preċiża dwar l-ammont reali ta’ skart li jidħol fil-proċess tar-riċiklaġġ minħabba d-dipendenza tagħha fuq l-esportazzjoni tal-iskart għar-riċiklaġġ.
Sors: Eurostat, “Packaging waste by waste management operations”, env_waspac, aġġornat l-aħħar fit-23 ta’ Ottubru 2024, aċċessat fit-28 ta’ Ottubru 2024,
https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/ENV_WASPAC__custom_842634/default/table?lang=en
.
Illustrazzjoni 8: Rati tar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ (%), 2010–2022
NB: Mis-sena ta’ referenza 2020, ir-regoli għall-kalkolu tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat inbidlu, skont l-Artikolu 6a tad-Direttiva 94/62/KE. Malta applikat ir-regoli l-ġodda ta’ rapportar mis-sena ta’ referenza 2020 (Eurostat, 2024a). Madankollu, minkejja l-isforzi tagħha biex timplimenta r-regoli l-ġodda ta’ rapportar, Malta qed issibha partikolarment diffiċli li tikseb data preċiża dwar l-ammont reali ta’ skart li jidħol fil-proċess tar-riċiklaġġ minħabba d-dipendenza tagħha fuq l-esportazzjoni tal-iskart għar-riċiklaġġ.
Sors: Eurostat, “Packaging waste by waste management operations”, env_waspac, aġġornat l-aħħar fit-23 ta’ Ottubru 2024, aċċessat fit-28 ta’ Ottubru 2024,
https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/ENV_WASPAC__custom_842634/default/table?lang=en
.
Ir-rata ġenerali ta’ riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ ta’ Malta varjat matul is-snin. Fl-2022 kienet 32 % (Illustrazzjoni 8), u b’mod ġenerali ma tjiebitx f’dan l-aħħar deċennju. Dawn il-fluttwazzjonijiet annwali huma influwenzati mill-fatt li Malta tiddependi mill-esportazzjonijiet għar-riċiklaġġ u żżomm l-iskart isseparat f’ħażna temporanja sakemm ikun hemm biżżejjed għall-esportazzjoni. Ir-rata ġenerali tar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ hija prinċipalment xprunata mill-iskart mill-imballaġġ tal-karti u tal-kartun, peress li dan jikkostitwixxi l-akbar fluss tal-iskart kollu mill-imballaġġ iġġenerat. Madankollu, ir-rata ta’ riċiklaġġ għall-karti u l-kartun naqset matul dawn l-aħħar ftit snin, għalkemm dan pattiet għalih iż-żieda sinifikanti fir-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ tal-ħġieġ. Mis-sena ta’ referenza 2020 ’il quddiem, huwa obbligatorju li l-imballaġġ tal-azzar u tal-aluminju jiġi rrapportat separatament. Fl-2022, ir-rati ta’ riċiklaġġ taż-żewġ tipi ta’ imballaġġ kienu inqas mill-mira tal-2025.
Politiki li jħeġġu l-prevenzjoni tal-iskart
Il-pjanijiet għall-immaniġġar tal-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni tal-iskart huma strumentali għall-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart. Huma jistabbilixxu dispożizzjonijiet u investimenti ewlenin biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti legali eżistenti u ġodda (eż. dwar il-prevenzjoni tal-iskart, dwar il-ġbir separat għal ċerti flussi ta’ skart, dwar ir-riċiklaġġ u dwar il-miri tal-landfills).
Il-pjan nazzjonali għall-immaniġġar tal-iskart ta’ Malta, imsejjaħ il-pjan fit-tul għall-immaniġġar tal-iskart 2021–2030 (), ikopri t-territorju ta’ Malta u jinkludi l-programm il-ġdid għall-prevenzjoni tal-iskart. Din ġie ppubblikat f’Settembru 2021. L-objettivi tal-programm il-ġdid għall-prevenzjoni tal-iskart u l-MECP huma li:
·jippromwovi l-effiċjenza fir-riżorsi u jnaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart fis-setturi kollha;
·joħloq opportunitajiet ċirkolari permezz ta’ servizzi ta’ tiswija u swieq sekondarji;
·jipprovdi inċentivi ekonomiċi biex jinkoraġġixxi inizjattivi ta’ prevenzjoni u użu mill-ġdid tal-iskart.
Il-flussi tal-iskart prijoritarji għall-prevenzjoni huma l-iskart tal-ikel, l-iskart mill-imballaġġ, l-iskart tal-karti, il-plastik li jintuża darba biss, l-iskart tat-tessuti, l-iskart tat-tagħmir elettriku u elettroniku, u l-iskart mill-kostruzzjoni u d-demolizzjoni (). Il-miżuri ta’ prevenzjoni tal-iskart għall-flussi tal-iskart prijoritari se jiffokaw fuq kampanji ta’ sensibilizzazzjoni pubblika u l-introduzzjoni ta’ inċentivi ekonomiċi ().
Politiki li jħeġġu l-ġbir separat u r-riċiklaġġ
Mill-1 ta’ Jannar 2023, il-ġbir tal-iskart ġie organizzat fil-livell reġjonali aktar milli fil-livell tal-kunsill lokali. Il-kunsilli reġjonali jridu jippubblikaw l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tar-riċiklaġġ tagħhom, il-proċeduri tal-għażla għall-operaturi tal-iskart u l-kostijiet imposti fuq l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi. L-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi joffru wkoll servizz ta’ ġbir speċifiku lill-produtturi li jintroduċu fis-suq l-imballaġġ għat-trasport (). Malta għandha kopertura għolja ta’ ġbir separat bieb bieb ikkomplementat minn punti ta’ riċiklaġġ b’densità baxxa u faċilitajiet għall-iskart goff immirati prinċipalment għall-iskart mill-imballaġġ muniċipali. Minkejja li l-bijoskart inġabar separatament bieb bieb mill-2018 () u l-iskart tal-ġnien jista’ jittieħed f’faċilitajiet għall-iskart goff, it-trattament tal-iskart organiku f’Malta ma jikkwalifikax bħala riċiklaġġ ().
F’Novembru 2022, Malta nediet sistema nazzjonali ta’ rifużjoni tad-depożitu għal ċerti kontenituri tax-xorb magħmula mill-polietilentereftalat, l-aluminju, l-azzar u l-ħġieġ skont ir-Regolamenti nazzjonali dwar ir-Riċiklaġġ tal-Kontenituri tax-Xorb (). Id-data għall-2023 tindika li 78 % tal-kontenituri tax-xorb introdotti fis-suq inġabru permezz tas-sistema ta’ rifużjoni tad-depożitu, filwaqt li r-rata ta’ riċiklaġġ kienet ta’ 74 % meta mqabbla mal-għadd totali ta’ kontenituri introdotti fis-suq ().
F’Malta, hemm sistema EPR li tkopri l-iskart mill-imballaġġ kemm minn sorsi domestiċi kif ukoll minn sorsi mhux domestiċi għall-materjali kollha tal-imballaġġ mingħajr modulazzjoni avvanzata tat-tariffi bbażata fuq ir-riċiklabbiltà. M'hemm l-ebda taxxa fuq l-imballaġġ fis-seħħ ().
Politiki li jiskoraġġixxu r-rimi fil-landfills jew l-inċinerazzjoni
Malta la għandha taxxa fuq il-landfills u lanqas taxxa fuq l-inċinerazzjoni (), peress li għażlet li tistabbilixxi tariffi għad-dħul differenzjati għal flussi differenti ta’ skart. It-tariffi għad-dħul fil-landfill għal tunnellata ta’ skart imħallat iddepożitat fil-landfills qed jiżdied progressivament minn EUR 40 għal EUR 120 bejn l-2023 u l-2027.
Malta m’għamlitx progress fl-iżvilupp ta’ infrastruttura suffiċjenti għar-riċiklaġġ tal-iskart, b’mod partikolari l-bijoskart. Għalhekk, jittennew ir-rakkomandazzjonijiet mir-Rapport ta’ Twissija Bikrija dwar l-Iskart tal-2023.
Azzjonijiet prijoritarji għall-2025
·It-titjib tal-ġbir separat fis-sors eż. permezz ta’ strumenti ekonomiċi, l-investiment fl-infrastruttura għall-ġbir separat, is-separazzjoni u r-riċiklaġġ, u ż-żieda fis-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku.
·It-titjib tal-preparazzjoni tal-iskart muniċipali għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ. Iż-żieda fir-rati ta’ riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ.
·Iż-żieda fir-rata ta’ ġbir u riċiklaġġ tal-iskart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE, waste electrical and electronic equipment).
·L-investiment f’miżuri ta’ prevenzjoni tal-iskart biex jitnaqqas l-ammont totali ta’ skart iġġenerat.
·L-implimentazzjoni u l-espansjoni tal-iskema ta’ “ħallas skont kemm tarmi” għan-negozji u għall-unitajiet domestiċi. L-iżgurar tal-kisba tal-miri tal-iskart għall-2025, wara r-rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni fir-Rapporti ta’ Twissija Bikrija meta applikabbli.
2. Bijodiversità u kapital naturali
Oqfsa tal-bijodiversità globali u tal-UE
Id-diversità bijoloġika u l-ekosistemi b’saħħithom huma kritiċi għas-soċjetajiet tagħna, jirfdu l-ekonomiji u l-benesseri tagħna u huma essenzjali għall-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Il-qafas globali tal-bijodiversità (GBF, Global Biodiversity Framework) ta’ Kunming-Montreal, adottat f’Diċembru 2022, jistabbilixxi miri komprensivi u li jistgħu jitkejlu biex jiġi indirizzat it-telf tal-bijodiversità sal-2030. Biex timplimenta dan il-qafas globali u tintegra l-kunsiderazzjonijiet tal-bijodiversità fit-teħid tad-deċiżjonijiet nazzjonali, l-UE, kif ukoll l-Istati Membri kollha, kellhom jippreżentaw strateġiji u pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali għall-bijodiversità (NBSAPs, national biodiversity strategies and action plans), jew jikkomunikaw miri nazzjonali allinjati mal-miri globali, sa tmiem l-2024. L-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030 (BDS, Biodiversty Strategy) għandha l-għan li tpoġġi l-bijodiversità tal-UE fit-triq għall-irkupru sal-2030. Din tistabbilixxi miri kwantifikati maħsuba biex jipproteġu u jirrestawraw in-natura u jimmaniġġaw l-ekosistemi b’mod sostenibbli, kif ukoll miżuri li jippermettu l-implimentazzjoni u l-impenji biex tiġi appoġġata l-bijodiversità globali. Traċċatur tal-azzjonijiet tal-BDS (
) u dashboard ta’ indikaturi (
) jipprovdu informazzjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni.
Ir-Regolament tal-UE dwar ir-Restawr tan-Natura li ġie adottat dan l-aħħar(
) huwa l-ewwel liġi komprensiva fl-UE kollha tat-tip tagħha u strument ewlieni għall-UE biex tilħaq il-miri globali tal-bijodiversità għall-2030. Dan jistabbilixxi objettiv ġenerali fil-livell tal-UE li jiġu stabbiliti miżuri effettivi ta’ restawr fuq 20 % tal-art u tal-baħar tal-UE sal-2030 u għall-ekosistemi kollha li jeħtieġu restawr sal-2050. Biex jinkiseb dan, huwa jistabbilixxi miri vinkolanti għall-Istati Membri biex jirrestawraw u jżommu l-ekosistemi, kif ukoll qafas ta’ implimentazzjoni effettiv ibbażat fuq pjanijiet nazzjonali ta’ restawr.
Il-BDS huwa l-istrument ewlieni użat mill-UE biex twettaq l-obbligu tagħha skont il-GBF. Il-Kummissjoni ppreżentat lill-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika r-rapport tagħha dwar il-miri tal-UE allinjati mal-GBF li jirriżultaw mill-BDS u minn strumenti oħra ta’ politika skont il-Patt Ekoloġiku Ewropew.
Abbażi ta’ rieżami tal-ewwel NBSAP tagħha sal-2020, il-miri tal-bijodiversità tal-UE u globali għall-2030 u approċċ tas-soċjetà kollha u tal-gvern kollu, Malta adottat l-NBSAP rivedut tagħha għal 2030 fid-19 ta’ Settembru 2024. Jistabbilixxi qafas strateġiku ta’ 22 mira u 79 azzjoni li għandhom jitwettqu sal-2030 f’ħames oqsma ta’ politika: (i) il-konservazzjoni u r-restawr tan-natura; (ii) l-indirizzar tal-fatturi ewlenin tat-telf tal-bijodiversità; (iii) l-użu sostenibbli tal-bijodiversità; (iv) l-integrazzjoni u s-sensibilizzazzjoni; u (v) it-tisħiħ tal-implimentazzjoni u l-kooperazzjoni. Il-miri nazzjonali huma stabbiliti fir-rigward taż-żoni protetti, ir-restawr tal-ekosistema, id-diversità ġenetika, l-ispeċijiet aljeni invażivi (IAS, Invasive Alien Species), it-tibdil fil-klima, it-tniġġis, l-agrikoltura u s-sajd sostenibbli, il-bijoteknoloġija, l-integrazzjoni tal-bijodiversità fis-setturi pubbliċi u privati, u l-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, fost affarijiet oħra. Malta tellgħet ukoll il-miri nazzjonali tagħha fl-għodda ta’ rapportar online tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika ().
Għall-objettivi tal-bijodiversità, l-UE għandha l-għan li talloka mill-inqas 7.5 % tal-infiq annwali taħt il-baġit tal-UE fl-2024, li jiżdied għal 10 % fl-2026 u l-2027. Għal dettalji dwar il-finanzjament u l-investimenti tal-bijodiversità f’Malta, ara l-Kapitolu 5.
Fil-livell internazzjonali, Malta la ffirmat u lanqas irratifikat il-Protokoll Supplimentari ta’ Nagoya-Kuala Lumpur għall-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza. Lanqas ma rratifikat il-Konvenzjoni Internazzjonali għar-Regolamentazzjoni tal-Kaċċa għall-Balieni.
Protezzjoni u restawr tan-natura – Natura 2000
Natura 2000 (
), l-akbar network ikkoordinat ta’ żoni protetti fid-dinja, huwa kruċjali għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fid-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats. Dawn l-objettivi jiżguraw il-protezzjoni, il-konservazzjoni u s-sopravivenza fit-tul tal-ispeċijiet u tal-ħabitats l-aktar ta’ valur u mhedda tal-Ewropa u tal-ekosistemi li jsostnu. L-istadji ewlenin għall-ilħuq tal-objettivi tad-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats huma (i) l-istabbiliment ta’ network Natura 2000 komplut u koerenti; (ii) id-deżinjazzjoni tas-siti ta’ importanza komunitarja(SIK) bħalażoni speċjali ta’ konservazzjoni (ŻSK) (
); u (iii) il-ġestjoni effettiva tas-siti kollha ta’ Natura 2000 permezz tal-istabbiliment ta’ objettivi u miżuri ta’ konservazzjoni speċifiċi għas-sit.
It-twaqqif ta’ network komplut u koerenti ta’ siti ta’ Natura 2000
L-istabbiliment ta’ network komplut u koerenti ta’ siti ta’ Natura 2000 huwa pedament tal-impenji internazzjonali tal-UE, skont il-BDS u l-GBF, biex tipproteġi legalment minimu ta’ 30 % taż-żona tal-art tagħha u 30 % taż-żona tal-baħar tagħha.
L-issodisfar ta’ dawn l-impenji jeħtieġ l-implimentazzjoni sħiħa tal-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats. In-network Natura 2000 għandu jirrappreżenta network ekoloġiku komplut u koerenti magħmul minn siti li jospitaw tipi ta’ ħabitats naturali u speċijiet ta’ interess komunitarju. In-network Natura 2000 jippermetti li t-tipi ta’ ħabitats naturali u l-ħabitats tal-ispeċijiet ikkonċernati jinżammu jew, meta xieraq, jiġu restawrati għal status ta’ konservazzjoni favorevoli fil-firxa naturali tagħhom.
Malta tilqa’ 29 tip ta’ ħabitat u 66 speċijiet koperti mid-Direttiva dwar il-Ħabitats. Il-pajjiż jospita wkoll popolazzjonijiet ta’ 31 grupp tassonomiku ta’ għasafar elenkati fl-Anness I tad-Direttiva dwar l-Għasafar.
Kif muri fl-Illustrazzjoni 9, fl-2023, 13.3 % tat-territorju terrestri ta’ Malta kien kopert mis-siti ta’ Natura 2000 (medja tal-UE: 18.6 %), b’żoni ta’ protezzjoni speċjali (ŻPS) ikklassifikati skont id-Direttiva dwar l-Għasafar li jkopru 5.1 % (medja tal-UE: 12.8 %), u SIK skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats li jkopru 13 % (medja tal-UE: 14.3 %) tat-territorju ta’ Malta.
L-aħħar valutazzjoni tal-parti tas-SIK tan-network Natura 2000 turi li hemm nuqqasijiet fid-deżinjazzjoni Maltija ta’ siti protetti għal tipi ta’ ħabitats tal-baħar. Jeħtieġ isiru aktar studji xjentifiċi dwar mill-inqas żewġ tipi ta’ ħabitatsbiex tinkiseb l-informazzjoni xjentifika rilevanti, inkluż fuq il-blata kontinentali li testendi aktar minn 25 mil nawtiku mill-kosta Maltija. Dan jippermetti li ssir għażla informata dwar jekk Malta għandhiex tipproponi SIK addizzjonali. Malta rrappurtat li l-istudji xjentifiċi meħtieġa li qed isiru bħalissa, bis-sejħiet pubbliċi li għadhom għaddejjin. Sadanittant, hemm każ ta’ ksur miftuħ dwar din il-kwistjoni .
Meta jitqiesu kemm iż-żoni koperti minn Natura 2000 kif ukoll żoni protetti oħra ddeżinjati fil-livell nazzjonali, Malta tipproteġi legalment 28.7 % taż-żoni terrestri tagħha (medja tal-EU-27: 26.1 %) u 5.5 % taż-żoni tal-baħar (EU-27: medja ta’ 12.3 %) (
). Fl-2020, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti ta’ ksur kontra Malta talli naqset milli tlesti d-deżinjazzjoni tas-siti ta’ Natura 2000 fil-gżejjer tagħha.
Illustrazzjoni 9: Kopertura taż-żona terrestri protetta ta’ Natura 2000 għal kull Stat Membru (%), 2023
Sors: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), “Natura 2000 Barometer”, data tal-2023, aċċessata f’Marzu 2025,
https://www.eea.europa.eu/data-and-maps/dashboards/natura-2000-barometer
.
Id-deżinjazzjoni ta’ żoni speċjali ta’ konservazzjoni u l-istabbiliment ta’ objettivi u miżuri ta’ konservazzjoni speċifiċi għas-sit
Sabiex jiġi żgurat li s-SIK jikkontribwixxu għall-objettivi tad-Direttiva dwar il-Ħabitats, l-Istati Membri jridu jiddeżinjawhom bħala ŻSK, filwaqt li jistabbilixxu objettivi ta’ konservazzjoni speċifiċi għas-sit ibbażati fuq il-ħtiġijiet ekoloġiċi tal-ispeċijiet u l-ħabitats preżenti fis-siti. Tali objettivi ta’ konservazzjoni speċifiċi għas-sit għandhom jiddefinixxu l-attributi u l-miri li jiddeskrivu l-kundizzjoni tal-ħabitats jew tal-ispeċijiet bħala favorevoli jew mhux favorevoli. Skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats, l-Istati Membri jridu jistabbilixxu u jimplimentaw miżuri biex jintlaħqu dawn l-objettivi.
Inħatru s-siti kollha soġġetti għall-iskadenza ta’ 6 snin stabbilita mid-Direttiva dwar il-Ħabitats biex jintgħażlu SIK bħala ŻSK u jitfasslu objettivi u miżuri ta’ konservazzjoni. Tfasslu objettivi u miżuri ta’ konservazzjoni speċifiċi għas-sit għal 34 sit terrestri u 18-il sit tal-baħar Natura 2000 (27 ŻSK terrestri u 14 ŻPS bi pjanijiet ta’ mmaniġġar/ordnijiet ta’ konservazzjoni, u 10 ŻSK tal-baħar u 8 ŻPS tal-baħar stabbiliti f’dokument bl-isem “Conservation objectives and measures for Malta’s marine Natura 2000 sites”). Xi ŻSK u SIK jikkoinċidu kompletament jew parzjalment maż-ŻPS.
Għas-siti terrestri ta’ Natura 2000, il-kwalità tal-objettivi ta’ konservazzjoni stabbiliti mhijiex biżżejjed. L-objettivi ta’ konservazzjoni li tfasslu jidhru ġeneriċi wisq u, għalhekk, mhumiex xierqa biex iservu bħala l-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa. Kultant dawn il-miżuri ta’ konservazzjoni ma jkunux deskritti b’livell suffiċjenti ta’ dettall u ma jkoprux il-ħabitats u l-ispeċijiet kollha li għalihom ikunu ġew iddeżinjati s-siti. Il-pjanijiet ta’ ġestjoni għal 19 mis-siti terrestri ġew adottati fl-2016 u kellhom perjodu ta’ żmien ta’ 5 snin. Malta bħalissa tinsab fil-proċess li tirrevedi l-objettivi u l-miżuri eżistenti, filwaqt li tiżgura li dawn ikunu bbażati fuq il-mudell “speċifiku, li jista’ jitkejjel, li jista’ jinkiseb, rilevanti u marbut biż-żmien” f’konformità mal-gwida pprovduta mill-Kummissjoni.
Ġew stabbiliti objettivi u miżuri ta’ konservazzjoni speċifiċi għas-sit għas-siti tal-baħar ta’ Natura 2000. Il-Kummissjoni bħalissa qed tivvaluta l-objettivi u l-miżuri ta’ konservazzjoni għaż-ŻSK u ż-ŻPS tal-baħar.
Azzjonijiet prijoritarji għall-2025
·It-tlestija tal-proċess ta’ deżinjazzjoni tas-sit ta’ Natura 2000.
·L-iżgurar tal-implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet ta’ ġestjoni ta’ Natura 2000 u ta’ kapaċità amministrattiva u finanzjament suffiċjenti kemm għal Natura 2000 kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament dwar ir-Restawr tan-Natura. L-iżgurar tal-implimentazzjoni tal-Qafas ta’ Azzjonijiet Prijoritizzati 2021–2027 (PAFs).
Irkupru tal-ispeċijiet
Objettiv wieħed stabbilit mill-BDS huwa li sal-2030, m'għandu jkun hemm l-ebda deterjorament ulterjuri fix-xejriet ta’ konservazzjoni jew fl-istatus ta’ xi speċi protetta. Il-BDS tiddikjara wkoll li sal-2030 l-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-inqas 30 % tal-ispeċijiet li bħalissa mhumiex fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli jiksbu dak l-istatus jew juru progress biex isir dan (eż. billi juru dinamika pożittiva tal-popolazzjoni jew firxa u daqs tal-ħabitat stabbli jew li qed jiżdiedu). Skont l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), abbażi tar-rapportar meħtieġ skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats, kwart tal-ispeċijiet fl-UE kellhom status ta’ konservazzjoni tajjeb sal-2018 ().
Wieħed mill-objettivi primarji tad-Direttiva dwar il-Ħabitats huwa ż-żamma jew ir-restawr għal stat ta’ konservazzjoni favorevoli tal-ispeċijiet kollha ta’ interess komunitarju. Barra minn hekk, id-Direttiva dwar l-Għasafar għandha wkoll l-għan li tiżgura li l-għasafar selvaġġi kollha fl-UE jgawdu minn status sigur. Biex jintlaħqu dawn l-objettivi, se jkun meħtieġ li jiġu indirizzati l-pressjonijiet u t-theddid ewlenin. Id-Direttiva dwar l-Għasafar u d-Direttiva dwar il-Ħabitats jistabbilixxu qafas ta’ regoli dwar il-protezzjoni tal-ispeċijiet u regoli dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats u tal-ispeċijiet biex jiġi miġġieled dan it-theddid.
Skont ir-rapport tad-Direttiva tal-2019 ippreżentat minn Malta dwar l-istatus ta’ konservazzjoni tal-ħabitats u tal-ispeċijiet koperti mid-Direttiva dwar il-Ħabitats f’konformità mal-Artikolu 17 tagħha, is-sehem tal-ispeċijiet ivvalutati li għandhom status ta’ konservazzjoni tajjeb fl-2019 kien 53.33 %, meta mqabbel ma’ 40.38 % fir-rapport preċedenti tal-2013 li jkopri l-2007–2012. Għall-għasafar, 74 % tal-ispeċijiet tat-tnissil urew xejriet tal-popolazzjoni stabbli jew li qed tiżdied tul it-terminu qasir (għall-ispeċijiet li jistkennu fix-xitwa din iċ-ċifra kienet 50 %). 85 % tal-ispeċijiet tat-tnissil urew xejriet tal-popolazzjoni stabbli jew li qed tiżdied fit-tul (għall-ispeċijiet li jistkennu fix-xitwa din iċ-ċifra kienet 56 %).
Fl-istess ħin, is-sehem tal-ispeċijiet vvalutati li għandhom status ta’ konservazzjoni ħażin żdied bi ftit minn 7.69 % għal 8.89 %.
Il-pressjonijiet ewlenin li jikkawżaw dan l-istatus ħażin għall-ispeċijiet huma (i) l-iżvilupp, il-kostruzzjoni u l-użu ta’ infrastruttura residenzjali, kummerċjali, industrijali u rikreattiva; u (ii) speċijiet aljeni u problematiċi
Skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats, l-Istati Membri jridu jirrapportaw dwar l-istat ta’ konservazzjoni tal-ħabitats u tal-ispeċijiet kull 6 snin. Iċ-ċiklu ta’ rapportar attwali, li jkopri s-snin mill-2019 sal-2024, għandu jiġi ppreżentat f’Lulju 2025.
Illustrazzjoni 10: Valutazzjonijiet tal-istatus ta’ konservazzjoni tal-ħabitats għall-perjodi ta’ rapportar 2007–2012 u 2013–2018
NB: Il-valuri murija għall-2007–2012 u l-2013–2018 mhumiex neċessarjament direttament komparabbli minħabba li bidliet fl-istatus ta’ konservazzjoni taż-żona fi Stat Membru jistgħu jirriżultaw minn bidliet fil-metodi jew l-użu ta’ data aħjar, aktar milli jirriflettu bidliet ġenwini.
EEA, “Conservation status and trends of habitats and species”, , id-19 ta’ Diċembru 2019, aċċessat f’Diċembru 2021,
https://www.eea.europa.eu/en/analysis/maps-and-charts/conservation-status-and-trends-article-17-national-summary-dashboards-archived
.
Illustrazzjoni 11: Valutazzjonijiet tal-istatus ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet għall-perjodi 2007–2012 u 2013–2018
NB: Il-valuri murija għall-2007–2012 u l-2013–2018 mhumiex neċessarjament direttament komparabbli minħabba li bidliet fl-istatus ta’ konservazzjoni taż-żona fi Stat Membru jistgħu jirriżultaw minn bidliet fil-metodi jew l-użu ta’ data aħjar, aktar milli jirriflettu bidliet ġenwini.
EEA, “Conservation status and trends of habitats and species”,, id-19 ta’ Diċembru 2019, aċċessat f’Diċembru 2021,
https://www.eea.europa.eu/en/analysis/maps-and-charts/conservation-status-and-trends-article-17-national-summary-dashboards-archived
.
Fir-rigward tal-ispeċijiet, kien hemm żieda fl-għadd ta’ speċijiet bi status ta’ konservazzjoni favorevoli u tnaqqis fl-għadd ta’ speċijiet bi status mhux favorevoli.
Filwaqt li meħtieġ aktar sforz biex tiġi żgurata ġestjoni effettiva tas-siti ta’ Natura 2000, qed jiġu allokati riżorsi addizzjonali kontinwi kif meħtieġ, u qed jiġu implimentati miżuri ta’ konservazzjoni. Dan jinkiseb permezz ta’ kollaborazzjoni bejn diversi entitajiet governattivi u mhux governattivi. Jidher li hemm nuqqas ta’ progress f’Malta fir-rigward taż-żamma jew ir-restawr tal-istatus ta’ konservazzjoni favorevoli tal-ispeċijiet u l-ħabitats protetti skont id-Direttivi dwar in-Natura. Hemm ukoll nuqqas ta’ progress fl-immaniġġar effettiv tas-siti ta’ Natura 2000 tal-pajjiż.
L-insib u l-qtil illegali ta’ speċijiet protetti għadhom waħda mill-isfidi ewlenin f’Malta u kwistjoni ta’ tħassib. Fl-2018, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet kontra d-deroga ta’ Malta għall-insib tal-għasafar tal-għana, u għalhekk Malta temmet l-insib tal-għasafar tal-għana. Madankollu, fl-2020 u fl-2021, Malta introduċiet prattiki ġodda tal-insib tal-għasafar tal-għana taħt skema ta’ deroga għar-riċerka. F’Novembru 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li tkompli l-proċeduri ta’ ksur talli naqset milli tapplika b’mod korrett id-Direttiva dwar l-Għasafar. Madankollu, Malta nediet derogi għall-insib tal-għsafar tal-għana għall-2022 u l-2023 ukoll. Il-Qorti tat is-sentenza tagħha fid-19 ta’ Settembru 2024 li fiha kkundannat id-deroga. Il-Kummissjoni għadha mħassba ħafna dwar id-deċiżjoni tal-gvern Malti li jawtorizza skema ġdida ta’ deroga għall-2024 u tistieden lil Malta biex twaqqaf il-prattiki tagħha tal-insib tal-għasafar tal-għana, li mhumiex ġustifikati skont id-Direttiva dwar l-Għasafar.
Fl-2020, il-Kummissjoni nediet proċedura oħra ta’ ksur kontra Malta għad-derogi tagħha mid-Direttiva dwar l-Għasafar fir-rigward tal-kaċċa fir-rebbiegħa tas-summien u l-insib fil-ħarifa tal-malvizz u l-pluviera (
). Dawn id-derogi ma jissodisfawx b’mod sistematiku r-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva dwar l-Għasafar, minħabba s-superviżjoni fqira ta’ Malta tal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-derogi, li tirriżulta fi speċijiet oħrajn għajr dawk fil-mira li jiġu affettwati. Fl-2022, Malta daħħlet mill-ġdid (wara sospensjoni temporanja) deroga li tippermetti l-kaċċa rikreattiva tal-gamiem matul il-perjodu ta’ migrazzjoni tagħhom fir-rebbiegħa. Il-Kummissjoni tqis li jidher ċar mill-aħħar data disponibbli li l-popolazzjoni ta’ din l-ispeċi bħalissa hija taħt il-livell sodisfaċenti u li għalhekk, l-ebda deroga għall-kaċċa fir-rebbiegħa ma tista’ tiġi awtorizzata legalment. Għaldaqstant, id-deċiżjoni ta’ deroga ma tistax tikkostitwixxi “użu meqjus” fis-sens tal-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva dwar l-habitats. Għal din ir-raġuni, fl-2023 il-Kummissjoni estendiet il-proċedura ta’ ksur kontra Malta biex tkopri l-kaċċa tal-gamiem fir-rebbiegħa.
Malta ma ffirmatx jew ma rratifikatx il-Ftehim dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar tal-Ilma Migratorji Afro-Ewroasjatiċi.
Fl-EIR tal-2022, il-Kummissjoni wettqet l-azzjonijiet ta’ prijorità li ġejjin lil Malta, filwaqt li ħeġġet lill-pajjiż iżid l-isforzi dwar (i) il-proċess tad-deżinjazzjoni tas-siti ta’ Natura 2000; (ii) it-tlestija tal-pjanijiet ta’ ġestjoni għas-siti tal-baħar b’objettivi ta’ konservazzjoni definiti b’mod ċar; (iii) l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa għas-siti kollha ta’ Natura 2000; u (iv) il-forniment ta’ riżorsi xierqa għall-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar in-Natura fl-oqsma tal-ispeċijiet u tal-ħabitats ta’ interess komunitarju. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni talbet lil Malta tieħu azzjoni urġenti fil-ġlieda kontra l-prattiki illegali tal-kaċċa u tal-insib tal-għasafar.
Il-Kummissjoni tinnota progress limitat ħafna f’dawn l-oqsma kollha. Fil-fatt, ir-riżultati tal-implimentazzjoni f’xi wħud minn dawn l-oqsma marru għall-agħar mill-aħħar rapport ’l hawn. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni tħeġġeġ lil Malta timplimenta azzjonijiet ta’ prijorità simili għall-2025 u lil hinn.
Azzjonijiet prijoritarji għall-2025
·It-tisħiħ tal-implimentazzjoni ta’ miżuri nazzjonali kontra l-kaċċa illegali.
·It-tisħiħ tal-azzjoni għall-ħabitats u għall-ispeċijiet fi stat ta’ konservazzjoni mhux favorevoli, pereżempju permezz ta’ miżuri ta’ restawr, konnettività akbar, koordinazzjoni u integrazzjoni aħjar tal-politika, u aktar finanzjament.
Irkupru tal-ekosistemi
Ekosistemi agrikoli
Il-BDS taħdem flimkien mal-politika agrikola komuni (PAK) biex tappoġġa t-tranżizzjoni lejn agrikoltura sostenibbli.
L-istrateġija stabbiliet ħames miri komuni relatati mal-agrikoltura għall-2030, jiġifieri:
—it-tnaqqis b’50 % tal-użu globali tal-pestiċidi kimiċi u r-riskju minnhom;
—it-tnaqqis b’50 % tal-użu ta’ pestiċidi aktar perikolużi;
—it-tnaqqis b’50 % tat-telf ta’ nutrijenti mill-fertilizzanti (li se jirriżulta fi tnaqqis ta’ 20 % fl-użu tal-fertilizzanti) filwaqt li jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda deterjorament tal-fertilità tal-ħamrija;
—ir-restawr ta’ mill-inqas 10 % taż-żona agrikola biex ikollha karatteristiċi tal-pajsaġġ ta’ diversità kbira; u
—iż-żieda taż-żona b’biedja organika għal mill-inqas 25 %.
Il-“Viżjoni għall-agrikoltura u l-ikel” (
) adottata mill-Kummissjoni Ewropea fi Frar 2025, tistabbilixxi pjan direzzjonali għal sistema agroalimentari attraenti, kompetittiva, sostenibbli u ġusta għall-ġenerazzjonijiet attwali u futuri. Sabiex jiġi żgurat futur sostenibbli għall-agrikoltura tal-UE, huwa kruċjali li dawn l-erba’ oqsma prijoritarji jiġu segwiti flimkien, u li l-appoġġ pubbliku u privat ikun immirat b’mod adegwat għal dan l-objettiv.
Il-PAK u l-pjanijiet strateġiċi nazzjonali tal-PAK (SPs, Strategic Plans) huma strumenti ewlenin biex jiffaċilitaw u jsaħħu l-isforzi tal-bdiewa Ewropej ħalli jipproteġu l-bijodiversità u l-ambjent b’mod ġenerali. Il-Kummissjoni approvat l-SPs tal-PAK tal-Istati Membri fl-2022 għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2023–2027. Il-PAK hija l-akbar sors ta’ finanzjament għall-implimentazzjoni tal-politika ambjentali tal-UE, u dan huwa partikolarment minnu fir-rigward tal-bijodiversità. L-SPs għandu jkompli jkollhom rwol ewlieni fil-protezzjoni tal-ħamrija, tal-ilma, tal-kwalità tal-arja u tal-bijodiversità.
Filwaqt li ċerti indikaturi tar-riżultati jiffukaw fuq firxa ta’ interventi li jiffavorixxu prattiki agrikoli sostenibbli li jirriġeneraw l-ekosistemi, l-impatt ta’ dawn il-miżuri huwa diffiċli biex jiġi vvalutat. L-adozzjoni tal-ekoskemi hija volontarja għall-bdiewa.
Iż-żona agrikola utilizzata f’Malta żdiedet minn 10 250 ettaru fl-2005 għal 11 580 ettaru fl-2016 u naqset għal 10 730 ettaru fl-2022 (
). Il-biċċa l-kbira tal-azjendi agrikoli fil-pajjiż ikopru inqas minn ettaru.
Il-karatteristiċi tal-pajsaġġ huma frammenti ta’ veġetazzjoni mhux produttiva u tipikament, iżda mhux esklussivament, seminaturali preżenti fl-art agrikola jew maġenbha. Dawn jipprovdu servizzi tal-ekosistema u appoġġ għall-bijodiversità. L-indikatur “sehem ta’ art agrikola koperta b’karatteristiċi tal-pajsaġġ” huwa l-proporzjon bejn iż-żona koperta minn karatteristiċi tal-pajsaġġ mhux produttivi u ż-żona koperta minn art agrikola. Abbażi tal-istimi tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ tal-Istħarriġ Qafas tal-Użu tal-Art taż-Żona Koperta, is-sehem tal-art agrikola koperta minn karatteristiċi tal-pajsaġġ mhux produttivi f’Malta huwa 27.7 %, li hu ogħla mill-medja tal-UE. Fil-livell tal-UE, il-karatteristiċi tal-pajsaġġ ikopru 5.6 % tal-art agrikola.
Fl-2024, ir-regolamenti bażiċi tal-PAK ġew emendati (
) biex jissimplifikaw ċerti regoli, fost l-oħrajn, l-istandards għal kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) tal-art. Dawn il-bidliet neħħew l-obbligu għall-bdiewa li jibbenefikaw mill-appoġġ relatat maż-żona tal-PAK li jkollhom sehem minimu ta’ 3–4 % taż-żona mhux produttiva jew tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ fl-azjendi agrikoli tagħhom. Madankollu, ir-Regolament emendat ma jneħħix l-obbligu skont il-KAAT 8 li jinżammu l-karatteristiċi tal-pajsaġġ eżistenti. Jistabbilixxi wkoll obbligu għall-Istati Membri li jistabbilixxu u jipprovdu appoġġ għall-ekoskemi li jkopru prattiki għaż-żamma ta’ żoni mhux produttivi, bħal raba’ mistrieħa, u għall-istabbiliment ta’ karatteristiċi ġodda tal-pajsaġġ fuq raba’ li jinħadem.
Ir-Regolament dwar ir-Restawr tan-Natura (
) li ġie adottat dan l-aħħar jiffoka fuq ir-restawr tal-ekosistemi agrikoli u jirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu miżuri li għandhom l-għan li jiksbu xejra li qed tiżdied fil-livell nazzjonali ta’ mill-inqas tnejn mit-tliet indikaturi għall-ekosistemi agrikoli. Wieħed minn dawn l-indikaturi huwa s-“sehem ta’ art agrikola b’karatteristiċi tal-pajsaġġ b’diversità kbira”.
Il-prattiki tal-biedja organika huma ta’ benefiċċju kbir għall-bijodiversità. Kif muri fl-Illustrazzjoni 12, huwa stmat li 0.62 % taż-żona tal-art ta’ Malta tintuża għall-biedja organika. Dan huwa l-agħar riżultat fl-UE u ’l bogħod mill-medja tal-UE ta’ 10.50 % (
). Il-kontribut ta’ Malta hu taħt il-medja biex tintlaħaq il-mira li 25 % tal-art agrikola tal-UE tintuża għall-biedja organika sal-2030. Il-pjan ta’ azzjoni ta’ Malta għall-ikel organiku 2023–2030 jispeċifika mira nazzjonali ta’ 5 % taż-żona agrikola utilizzata li tiġi kkonvertita għall-produzzjoni organika sal-2030 u għandu l-għan li jżid l-akkwakultura organika sal-istess sena. Waħda mill-isfidi attwali li tista’ tinbidel f’opportunità hija li l-biedja organika f’Malta hija kkaratterizzata minn azjendi tal-art żgħar, frammentati u mxerrda.
Illustrazzjoni 12: Sehem taż-żona agrikola totali utilizzata okkupata mill-biedja organika għal kull Stat Membru (%), 2022
Sors: Eurostat, “Area under organic farming”, sdg_02_40, aċċessat fil-5 ta’ Diċembru 2024,
https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/sdg_02_40/default/table?lang=en
Azzjonijiet prijoritarji għall-2025
·L-implimentazzjoni tal-ekoskemi u l-miżuri u l-prattiki agroambjentali biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ambjentali ta’ Malta.
·L-implimentazzjoni u ż-żieda fl-użu tal-prattiki tal-biedja organika.
Ekosistemi tal-ħamrija
Il-ħamrija hija riżorsa essenzjali, finita u estremament fraġli. Id-degradazzjoni dejjem akbar tagħha toħloq theddida għas-sigurtà tal-ikel tal-UE u r-reżiljenza, l-adattament u l-mitigazzjoni għat-tibdil fil-klima.
L-istrateġija tal-UE dwar il-ħamrija, adottata f’Novembru 2021, għandha l-għan li tappoġġa l-protezzjoni tal-ħamrija, il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija u r-restawr tal-ħamrija degradata biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku kif ukoll in-newtralità tad-degradazzjoni tal-art sal-2030.
Dan jinvolvi:
—il-prevenzjoni ta’ aktar degradazzjoni tal-ħamrija;
—il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija ssir in-normalità l-ġdida;
—it-teħid ta’ azzjoni għar-restawr tal-ekosistema.
Id-Direttiva proposta dwar il-monitoraġġ u r-reżiljenza tal-ħamrija (
) għandha l-għan li tintroduċi l-ewwel leġiżlazzjoni komprensiva dwar il-protezzjoni tal-ħamrija kollha fl-UE. Jekk id-Direttiva tiġi adottata, l-Istati Membri se jkollhom jittrasponuha fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u jimplimentawha, billi jibdew bl-istabbiliment tas-sistemi ta’ governanza u qafas ta’ monitoraġġ sod li jibbaża fuq oqfsa nazzjonali eżistenti ta’ monitoraġġ tal-ħamrija. L-objettiv tad-Direttiva proposta huwa li tipprovdi data aħjar u aktar komparabbli dwar is-saħħa tal-ħamrija bil-ħsieb li tinkiseb ħamrija f’saħħitha sal-2050.
Id-degradazzjoni tal-ekosistemi tal-ħamrija tinkludi diversi aspetti. Id-Direttiva proposta tirrikjedi li l-Istati Membri jivvalutaw is-saħħa tal-ħamrija skont sett ta’ indikaturi komuni u jiddefinixxu l-miżuri ta’ riġenerazzjoni meħtieġa. Iż-żona tal-ħamrija li hija ssiġillata hija fattur importanti fil-monitoraġġ tat-tibdil fl-użu tal-art u tirrappreżenta pressjoni importanti fuq in-natura u l-bijodiversità. Kwistjonijiet oħra tal-ħamrija relatati mad-degradazzjoni tal-art huma l-erożjoni tal-ħamrija, il-kompattazzjoni tal-ħamrija, it-telf tal-karbonju organiku fil-ħamrija, il-kontaminazzjoni tal-ħamrija, is-salinizzazzjoni tal-ħamrija u l-preżenza żejda tan-nitroġenu u tal-fosforu fil-ħamrija. Il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta, li tibbaża fuq id-data disponibbli fl-Osservatorju tal-Ħamrija tal-UE, tindika l-kwistjonijiet ta’ degradazzjoni tal-ħamrija f’Malta li ġejjin (
).
L-inċertezza dwar id-data għal Malta hija kbira minħabba d-disponibbiltà baxxa tad-data. Abbażi tad-data disponibbli, l-akbar kontributur għall-ħamrija mhux f’saħħitha ta’ Malta huwa l-erożjoni mhux sostenibbli tal-ħamrija mill-ilma, mir-riħ, mill-ħdim tar-raba’ u mill-ħsad, li taffettwa 97 % taż-żona tal-art tal-għelejjel. 18 % tal-pajjiż jesperjenza ssiġillar tal-ħamrija ’l fuq minn 50 % ta’ impermeabbiltà.
Fl-EIR tal-2022, Malta ngħatat azzjoni prijoritarja fuq il-ħamrija ssiġillata u mmodifikata b’mod artifiċjali. Minn dak iż-żmien ’l hawn ma ġie rreġistrat l-ebda progress. Għalhekk l-azzjoni ta’ prijorità tittenna f’dan ir-rapport.
Azzjoni prijoritarja għall-2025
·It-tnaqqis taż-żona eċċessiva ta’ ħamrija ssiġillata u artifiċjali u r-rimedju ta’ żoni degradati tal-ħamrija. Jekk xieraq, irid jitqies li formalment timpenja ruħha għal miri għan-newtralità tad-degradazzjoni tal-art skont il-ftehim rilevanti tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni.
Art bil-ħaxix
L-art bil-ħaxix hija fost l-aktar ekosistemi diversi fl-UE; jista’ jkun fiha sa 80 speċi ta’ pjanti differenti għal kull metru kwadru u tospita varjetà kbira ta’ annimali, li jvarjaw minn insetti żgħar, għasafar u rodituri sa erbivori kbar. L-art bil-ħaxix hija essenzjali għall-agrikoltura u t-trobbija tal-bhejjem. L-art bil-ħaxix naturali għandha wkoll rwol importanti fil-ħżin tal-karbonju. Madankollu, il-bidliet fil-prattiki agrikoli u fl-użi tal-art wasslu biex l-art bil-ħaxix tisparixxi b’rata allarmanti, u b’hekk saret waħda mill-aktar ekosistemi mhedda tal-Ewropa. L-art bil-ħaxix ġestita b’mod estensiv tinkludi mergħat, mergħat tal-muntanji, art bil-ħaxix kalkarja niexfa u art bil-ħaxix steppika.
Skont l-aktar rapport reċenti tal-Artikolu 17 minn Malta (
), 100 % tat-tipi ta’ ħabitats tal-art bil-ħaxix marru għall-agħar għal status ta’ konservazzjoni mhux favorevoli – ħażin (U2), li juri wkoll xejra negattiva prospettiva. Il-pressjonijiet ewlenin huma l-estrazzjoni tar-riżorsi; l-iżvilupp u t-tħaddim tas-sistemi tat-trasport; l-iżvilupp, il-kostruzzjoni u l-użu ta’ infrastruttura residenzjali, kummerċjali, industrijali u rikreattiva; u speċijiet aljeni u problematiċi (
).
Ekosistemi tal-foresti
Il-foresti huma bjar tal-karbonju importanti u l-konservazzjoni tagħhom hija vitali jekk l-UE trid tikseb in-newtralità klimatika sal-2050. L-istrateġija tal-UE għall-foresti għall-2030, adottata f’Lulju 2021, hija pjan ta’ azzjonijiet għall-promozzjoni tal-ħafna servizzi li jipprovdu l-foresti. L-objettiv ewlieni tagħha huwa li tiżgura foresti tal-UE b’saħħithom, diversi u reżiljenti li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-kisba tal-ambizzjonijiet tal-UE dwar il-bijodiversità u l-klima. Madwar 27 % taż-żona tal-foresti fl-UE hija koperta mit-tipi ta’ ħabitats elenkati fl-Anness I tad-Direttiva dwar il-Ħabitats. Barra minn hekk, il-foresti jospitaw diversi speċijiet protetti skont id-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats, inklużi dawk li għalihom hemm rekwiżit li jiġu deżinjati siti ta’ Natura 2000 u li jiġu protetti s-siti tat-tnissil u l-postijiet ta’ mistrieħ.
Diversi linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni tal-forestrija ġew ippubblikati fl-2023. Dawn koprew l-afforestazzjoni, ir-riforestazzjoni u t-tħawwil tas-siġar li ma jagħmlux ħsara lill-bijodiversità; il-ġestjoni tal-foresti eqreb lejn in-natura; u d-definizzjoni, l-immappjar, il-monitoraġġ u l-protezzjoni stretta tal-foresti primarji u antiki. Ġiet ippubblikata wkoll gwida ulterjuri dwar l-iskemi ta’ pagament għas-servizzi tal-ekosistemi.
Fl-2023, il-Kummissjoni pproponiet liġi ġdida dwar il-monitoraġġ tal-foresti () li għandha l-għan li toħloq bażi komprensiva ta’ għarfien dwar il-foresti, tindirizza l-lakuni fl-informazzjoni, u tippermetti rispons aħjar għall-pressjonijiet dejjem akbar fuq il-foresti.
Fl-2020, il-foresti kienu jkopru biss 1.4 % tat-territorju Malti (medja tal-UE: 36.44 %), u s-sitwazzjoni tagħhom hija partikolarment inkwetanti, peress li ftit biss (17 %) minnhom juru status ta’ konservazzjoni favorevoli, filwaqt li l-bqija għad għandhom status inadegwat jew ħażin, u f’xi każijiet saħansitra qed jiddeterjoraw. L-istatus ta’ Malta bħala żona insulari żgħira esposta u baxxa, il-kunsiderazzjonijiet ġeoklimatiċi, u l-klima niexfa semiarida kollha jikkontribwixxu għal din is-sitwazzjoni, li tiffavorixxi aktar ħabitats kserofitiċi baxxi reżistenti għan-nixfa. Il-pressjonijiet u t-theddid ewlenin għall-ħabitats tal-foresti huma prinċipalment l-ispeċijiet aljeni u problematiċi, segwiti mill-agrikoltura u l-proċessi naturali. L-iżvilupp, il-kostruzzjoni u l-użu ta’ infrastruttura residenzjali, kummerċjali, industrijali u rikreattiva u bidliet ikkawżati mill-bniedem fir-reġimi tal-ilma joħolqu pressjonijiet żgħar.
Illustrazzjoni 13: Status ta’ konservazzjoni tal-foresti protetti skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats għal kull Stat Membru (% tal-valutazzjonijiet), 2013–2018
Sors:
Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni – Strateġija tal-UE għall-Foresti għall-2030, SWD(2021) 652 final tas-16 ta’ Lulju 2021, p. 24,
eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:52021SC0652
.
.
Ir-Regolament tal-UE dwar l-Injam (EUTR, EU Timber Regulation) () jipprojbixxi l-introduzzjoni fis-suq tal-UE ta’ injam maħsud illegalment.
Fid-29 ta’ Ġunju 2023, daħal fis-seħħ () ir-Regolament dwar il-Prodotti Assoċjati mad-Deforestazzjoni (EUDR). L-għan tar-Regolament hu li jiggarantixxi li l-prodotti fl-UE li jsiru bl-użu ta’ kwalunkwe waħda mis-seba’ komoditajiet elenkati, ma jkollhom l-ebda rabta mad-deforestazzjoni. L-EUDR iħassar l-EUTR.
Malta ma ssodisfatx l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 14(1) u (2) tal-EUDR biex “jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar responsabbli mill-issodisfar tal-obbligi li joriġinaw minn dan ir-Regolament” u jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Diċembru 2023. Din id-data tibqa’ l-istess, u mhuwa previst l-ebda żmien addizzjonali, peress li hija element ewlieni biex jitħejja d-dħul fis-seħħ bla xkiel tal-EUDR.
Azzjonijiet prijoritarji għall-2025
·Il-ħatra tal-awtorità kompetenti responsabbli għat-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mill-EUDR u l-informazzjoni lill-Kummissjoni bl-ismijiet, l-indirizzi u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ din l-awtorità kompetenti.
·It-titjib tal-istatus ta’ konservazzjoni tal-foresti billi tiġi promossa l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u l-iżgurar tal-konformità mad-Direttiva dwar il-Ħabitats qabel ma jingħataw/jiġġeddu l-permessi għall-qtugħ tas-siġar tal-foresti.
Ekosistemi tal-baħar
Id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (MSFD, Marine Strategy Framework Directive) tirrikjedi li l-Istati Membri jiksbu status ambjentali tajjeb (GES, Good Environmental Status) għall-ilmijiet tal-baħar tagħhom. Għal dak l-għan, l-Istati Membri jridu jfasslu strateġiji tal-baħar għall-ilmijiet tal-baħar tagħhom u jikkooperaw ma’ Stati Membri oħra li jikkondividu l-istess reġjun jew sottoreġjun tal-baħar. Dawn l-istrateġiji marini jinkludu passi differenti li għandhom jiġu żviluppati u implimentati fuq ċikli ta’ sitt snin.
Mir-rapport tal-EIR tal-2022, ma saret disponibbli l-ebda data addizzjonali dwar is-sett ta’ karatteristiċi tal-GES tal-Istati Membri għal kull deskrittur fl-MSFD. Madankollu, l-Istati Membri kellhom jirrapportaw aġġornamenti sa Ottubru 2024, u dawn qed jiġu vvalutati mill-Kummissjoni. Fil-kuntest ta’ dan iċ-ċiklu ta’ rapportar, f’konformità mal-MSFD u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-GES (), l-Istati Membri jridu jinkludu bħala parti mis-sett ta’ karatteristiċi tal-GES tagħhom kwalunkwe valur ta’ limitu għad-deskritturi fl-MSFD li setgħu ġew stabbiliti f’kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra fil-livell tal-UE jew reġjonali ().
Il-Kummissjoni vvalutat il-programm ta’ monitoraġġ aġġornat irrappurtat mill-Istati Membri fl-2020 (). Dak iż-żmien, l-aġġornamenti tagħhom dwar l-elementi, il-karatteristiċi u l-parametri identifikaw lakuni fil-monitoraġġ. Il-Kummissjoni rrakkomandat li l-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw il-ħidma biex jindirizzaw dawk il-lakuni fil-livelli kollha ta’ implimentazzjoni tal-MSFD.
L-Istati Membri rrapportaw ukoll il-programmi ta’ miżuri aġġornati tagħhom, li huma meħtieġa skont l-Artikolu 13 tal-MSFD u li jridu jiġu aġġornati kull 6 snin. Il-Kummissjoni vvalutat il-programmi ta’ miżuri tal-Istati Membri.
Madankollu, Malta rrappurtat il-programm ta’ miżuri tagħha b’wisq dewmien biex jiġi inkluż fil-valutazzjoni ġenerali tal-Kummissjoni tal-programmi ta’ miżuri tal-Istati Membri.
Malta ma rratifikatx il-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Baħar Mediterran mit-tniġġis ikkaġunat mill-esplorazzjoni u l-isfruttament tal-Blata Kontinentali, Qiegħ il-Baħar u s-Sottoswol tiegħu (Protokoll dwar l-Offshore għall-Konvenzjoni ta’ Barċellona).
Azzjoni prijoritarja għall-2025
·Ir-rappurtar tal-aġġornamenti tiegħu dwar l-istat tal-ilmijiet tal-baħar tiegħu, il-miri tiegħu u d-determinazzjonijiet tiegħu tal-GES (
) li huma mistennija jinkludu kwalunkwe valur ta’ limitu għad-deskritturi fl-MSFD li seta’ ġie stabbilit f’kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra fil-livell tal-UE jew reġjonali.
Prevenzjoni tal-ispeċijiet aljeni invażivi
L-IAS huma kawża ewlenija tat-telf tal-bijodiversità fl-UE. Minbarra li jikkawżaw ħsara diretta u indiretta fuq in-natura u l-ekonomija, xi IAS iġorru u jxerrdu wkoll mard infettiv, li huwa ta’ theddida għall-bnedmin u għall-organiżmi selvaġġi. Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 (ir-Regolament IAS) għandu l-għan li jipprevjeni, jimminimizza u jimmitiga l-impatti negattivi tal-IAS fuq il-bijodiversità. Jiffoka l-azzjoni fuq lista ta’ IAS li huma sors ta’ tħassib għall-UE (il-“lista tal-Unjoni”), li tiġi aġġornata regolarment ().
It-tielet aġġornament tal-lista tal-Unjoni (
) daħal fis-seħħ fit-2 ta’ Awwissu 2022. Qed jitħejja r-raba’ aġġornament.
Ir-Regolament IAS () bħalissa jelenka 88 speċi soġġetti għal restrizzjonijiet fuq iż-żamma, l-importazzjoni, il-bejgħ, it-tnissil, it-tkabbir u r-rilaxx fl-ambjent. L-Istati Membri huma meħtieġa jieħdu miżuri biex (i) jipprevjenu l-introduzzjoni tal-IAS, (ii) jiżguraw id-detezzjoni bikrija u l-qerda rapida tal-IAS u (iii) jimmaniġġaw speċijiet diġà mifruxa fit-territorju tagħhom.
Dan jallinja mal-mira 6 tal-GBF biex titnaqqas l-introduzzjoni tal-IAS b’mill-inqas 50 % sal-2030 u jiġi minimizzat l-impatt tagħhom.
Il-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid tal-IAS, u l-ġestjoni tagħhom, inkluż permezz tal-qerda u l-kontroll, jistgħu jirriżultaw f’iffrankar sostanzjali tal-kostijiet. L-istudji jistmaw li l-kost totali tal-IAS fl-Ewropa (danni u ġestjoni) ammonta għal EUR 116.61 biljun bejn l-1960 u l-2020 (). Studji aktar reċenti stmaw dan il-kost għal USD 28 biljun fis-sena fl-UE, li żdied għal USD 148.2 biljun sal-2040 (), u għal USD 423 biljun fis-sena fil-livell globali ().
Permezz ta’ miżuri ta’ kontroll b’suċċess, l-għadd totali ta’ IAS li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni f’Malta baqa’ disgħa. Dan jinkludi speċijiet irreġistrati fl-EIR preċedenti (2021) mingħajr żidiet ġodda. It-tifrix tal-IAS jista’ jiġi osservat fl-Illustrazzjoni 14.
L-immappjar tal-IAS huwa meqjus bħala l-ewwel pass importanti biex jiġu indirizzati l-pressjonijiet tal-IAS fuq il-ħabitats naturali. F’dan ir-rigward, ittieħdu għadd ta’ inizjattivi, inkluż l-immappjar dettaljat tas-siti ta’ Natura 2000 bl-użu ta’ stħarriġ fuq il-post kif ukoll stħarriġ bid-droni meta l-aċċess kien limitat, u x-xjenza taċ-ċittadini, li tinkludi applikazzjoni bbażata fuq l-ismartphone li permezz tagħha jiġu rrapportat l-ilmiħ.
L-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ ġestjoni għall-kontroll jew l-eradikazzjoni tal-IAS qed tiġi kkoordinata mill-ERA permezz tal-kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra tal-gvern, maniġers tas-siti u organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs). Il-metodoloġiji użati jvarjaw u jinkludu interventi manwali, mekkaniċi u kimiċi, iżda dawn jiġu deċiżi wara valutazzjoni bir-reqqa tal-kuntest tas-sit u tal-ispeċijiet involuti biex jiġi żgurat li l-ħabitats tal-madwar jiġu salvagwardjati kif xieraq.
L-ERA flimkien ma’ entitajiet oħra bdew kampanja ta’ sensibilizzazzjoni li kienet tinkludi avvenimenti bħal żjarat fl-iskejjel, il-pubblikazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ ktejjeb dwar il-ħabitats lokali u l-IAS li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni, bosta attivitajiet pubbliċi, posts fil-midja soċjali u programmi televiżivi.
L-ERA ħarġet dikjarazzjoni ta’ intenzjoni u objettivi għall-pubblikazzjoni fl-2024 ta’ pjan ta’ azzjoni għall-ġestjoni tal-IAS li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni. Għall-mandat tal-pjan ta’ azzjoni, l-ERA beħsiebha tinkludi l-ġestjoni ta’ ħames IAS addizzjonali li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni, u, fost l-oħrajn, tfittex it-tneħħija, il-kontroll jew it-trażżin tal-popolazzjonijiet tal-IAS li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni u tippromwovi u ssaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti.
Illustrazzjoni 14: Total tal-IAS li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni, abbażi tal-informazzjoni ġeoreferenzjata disponibbli għal Malta, 2024
Fl-2022, kien hemm azzjoni prijoritarja indirizzata lil Malta dwar it-tisħiħ tal-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-IAS u t-teħid ta’ aktar miżuri għall-ġlieda kontra l-IAS. Sar xi progress f’dan ir-rigward; madankollu, dawn l-inizjattivi l-ġodda jridu jiġu solidifikati fl-implimentazzjoni u l-infurzar.
Azzjoni prijoritarja għall-2025
·It-titjib tal-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-IAS, inkluż fir-rigward tal-infurzar u l-kapaċità tal-awtoritajiet ta’ spezzjoni.
Valutazzjoni u kontabilità tal-ekosistemi
Il-BDS tistieden lill-Istati Membri jintegraw aħjar il-kunsiderazzjonijiet tal-bijodiversità fit-teħid tad-deċiżjonijiet pubbliċi u tan-negozju fil-livelli kollha u jiżviluppaw kontabbiltà tal-kapital naturali.
Bl-istess mod, il-mira 14 tal-GBF () għandha l-għan li tiżgura l-integrazzjoni sħiħa tal-bijodiversità u l-valuri multipli tagħha fil-politika u l-ippjanar u, kif xieraq, il-kontabbiltà nazzjonali. Dan jeħtieġ osservazzjoni tal-bijodiversità u rappurtar dwar il-kundizzjoni tal-ekosistema fl-UE li jkunu effettivi u koerenti (
).
Ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 emendat dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej () jintroduċi rekwiżiti ġodda għall-Istati Membri biex jirrapportaw dwar il-kundizzjoni tal-ekosistemi inklużi l-ekosistemi urbani, l-art tal-għelejjel, l-art bil-ħaxix, il-foresti u l-imsaġar, il-bajjiet kostali, id-duni u l-artijiet mistagħdra. Id-data rrapportata mill-Istati Membri se tikkontribwixxi għat-tieni valutazzjoni tal-ekosistema Ewropea, mistennija fl-2027, u tista’ tintuża wkoll biex tappoġġa d-deċiżjonijiet ta’ politika.
Valutazzjoni tal-ekosistema hija analiżi tal-kundizzjoni tal-ekosistemi u l-pressjonijiet li jaġixxu fuqhom, kif ukoll il-benefiċċji li jipprovdu lin-nies, direttament jew indirettament permezz tal-ekonomija.
L-immappjar u l-valutazzjoni nazzjonali ta’ Malta tal-ekosistemi u s-servizzi tagħhom huma bbażati fuq il-klassifikazzjoni tat-tip tal-ekosistema. Biex tkompli ttejjeb il-ħiliet fl-immappjar tal-ekosistemi, Malta investiet f’taħriġ iddedikat fis-sistema ta’ informazzjoni ġeografika biex tibni l-kapaċità tagħha. Permezz ta’ dan, Malta kisbet aktar għarfien f’oqsma relatati mal-identifikazzjoni tas-servizzi tal-ekosistema, inkluż permezz ta’ proġetti nazzjonali (eż. Esmeralda, EnRoute u ReNature).
Għadd dejjem akbar ta’ pjattaformi, networks u komunitajiet ta’ prattika jinvolvu lin-negozji fil-protezzjoni tal-bijodiversità, inkluża l-Pjattaforma tal-UE għan-Negozju u l-Bijodiversità (). Dawn il-pjattaformi u l-komunitajiet huma għodod ewlenin għall-promozzjoni u l-iffaċilitar tal-valutazzjonijiet tal-kapital naturali fost in-negozji u l-fornituri tas-servizzi finanzjarji.
Il-valutazzjonijiet tal-kapital naturali jgħinu lin-negozji privati jifhmu aħjar kemm l-impatti negattivi kif ukoll dawk pożittivi li għandhom fuq in-natura, u japprezzaw kif in-natura tikkontribwixxi għas-suċċess tagħhom. Tali fehim jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-BDS tal-UE.
M’hemm l-ebda membru tan-network Malti tan-negozju u tal-bijodiversità tal-Pjattaforma tan-Negozju u l-Bijodiversità tal-UE.
Fl-EIR tal-2022, Malta ngħatat l-azzjonijiet prijoritarji li ġejjin: (i) it-tkomplija tal-appoġġ tal-immappjar u l-valutazzjoni tal-ekosistemi u s-servizzi tagħhom, u l-iżvilupp tal-kontabbiltà tal-ekosistema, permezz ta’ indikaturi xierqa għall-integrazzjoni tal-informazzjoni dwar il-firxa, il-kundizzjoni u s-servizzi tal-ekosistema (inklużi xi valuri monetarji) fil-kontijiet nazzjonali; u (ii) t-tkomplija tal-appoġġ tal-iżvilupp ta’ pjattaformi nazzjonali tan-negozju u tal-bijodiversità, inklużi sistemi ta’ kontabbiltà tal-kapital naturali biex jimmonitorjaw u jivvalutaw l-impatt tan-negozju fuq il-bijodiversità. Ma ġie rreġistrat l-ebda progress fl-iżvilupp ta’ network Malti tan-negozju u tal-bijodiversità, għalhekk dan jittenna f’dan ir-rapport.
Azzjoni prijoritarja għall-2025
·L-appoġġ għall-iżvilupp tan-network nazzjonali tan-negozju u tal-bijodiversità.
3. Tniġġis żero
Arja nadifa
Il-politiki u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-arja nadifa rnexxielhom inaqqsu l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa tal-arja ewlenin u tejbu b’mod sinifikanti l-kwalità tal-arja, li issa qed tersaq għal-livelli rakkomandati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). Dan irriżulta f’benefiċċji ċari għas-saħħa u inqas impatti negattivi fuq l-ekosistemi u l-bijodiversità. Madankollu, biex jinkisbu l-livelli rakkomandati mid-WHO, meħtieġa aktar sforzi, inkluża konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni tal-UE. Biex jiggwida dawn l-isforzi, il-pjan ta’ azzjoni tal-UE għal tniġġis żero jistabbilixxi miri għall-2030 meta mqabbla mal-2005. Dawn għandhom inaqqsu l-impatti tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa b’55 % u jnaqqsu l-ekosistemi tal-UE mhedda mit-tniġġis tal-arja b’25 %.
L-UE żviluppat sett komprensiv ta’ politiki dwar il-kwalità tal-arja. Dawn jistabbilixxu standards tal-kwalità tal-arja tal-UE bbażati fuq is-saħħa u jistipulaw l-impenji nazzjonali tal-Istati Membri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għal diversi sustanzi niġġiesa tal-arja.
Il-kwalità tal-arja f’Malta hija ġeneralment tajba, b’xi eċċezzjonijiet.
L-aħħar stimi annwali disponibbli (għall-2022) mill-EEA għal Malta jattribwixxu 170 mewta kull sena (jew 1 900 snin ta’ ħajja mitlufa (YLL, years of life lost)) minħabba l-materja partikolata fina (PM2.5); 20 mewta kull sena (jew 190 YLL) minħabba d-diossidu tan-nitroġenu (NO2); u 60 mewta kull sena (jew 710 YLL) minħabba l-ożonu.
L-emissjonijiet ta’ diversi sustanzi niġġiesa tal-arja naqsu b’mod sinifikanti f’Malta mill-2005, filwaqt li t-tkabbir tal-PDG kompla (ara l-Illustrazzjoni 15). Skont l-inventarji ppreżentati fl-2024 skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva dwar l-Impenji nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet (Direttiva NEC), Malta ssodisfat l-impenji tagħha għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2020–2029 għas-sustanzi niġġiesa tal-arja fosthom l-ossidi tan-nitroġenu (NOx), il-komposti volatili organiċi mhux metaniċi (NMVOC), id-diossidu tal-kubrit (SO2), l-ammonijaka (NH3) u l-PM2.5. Skont l-aħħar projezzjonijiet ippreżentati skont l-Artikolu 10(2) tal-NECD, Malta mbassra li tissodisfa l-impenji tagħha għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030 ’il quddiem għall-NMVOC, l-SO2 u l-PM2.5, iżda mhux għall-NOx u l-NH3.
Fit-18 ta’ Marzu 2020, Malta ppreżentat lill-Kummissjoni l-ewwel programm nazzjonali tagħha għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja (NAPCP). Kellu jsir aġġornament 4 snin wara. Malta trid ukoll taġġorna l-politiki u l-miżuri tagħha biex tnaqqas l-emissjonijiet fl-arja.
Illustrazzjoni 15: Xejriet tal-emissjonijiet tas-sustanzi niġġiesa ewlenin / PDG f’Malta (%), 2005–2022
Sors: EEA, “National air pollutant emissions data viewer 2005–2022”, il-25 ta’ Ġunju 2024,
https://www.eea.europa.eu/en/topics/in-depth/air-pollution/national-air-pollutant-emissions-data-viewer-2005-2022
.
Illustrazzjoni 16: Emissjonijiet ta’ PM2.5 u NOx skont is-settur f’Malta (%), 2022
Sors: EEA, “National air pollutant emissions data viewer 2005–2022”, il-25 ta’ Ġunju 2024,
https://www.eea.europa.eu/en/topics/in-depth/air-pollution/national-air-pollutant-emissions-data-viewer-2005-2022
.
Fl-2023, qabżiet ogħla mill-valuri ta’ limitu stabbiliti mid-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja fl-Ambjent (AAQD, Ambient Air Quality Directive) ġew irreġistrati għall-PM10 f’żona waħda tal-kwalità tal-arja f’Malta. Barra minn hekk, f’żona waħda tal-kwalità tal-arja, il-valuri fil-mira għall-konċentrazzjonijiet tal-ożonu lanqas ma ntlaħqu.
Malta għadha ma rratifikatx il-Protokoll dwar il-Metalli tqal u l-Protokoll rigward il-Materjal organiku persistenti li jniġġes skont il-Konvenzjoni dwar l-Arja tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti.
Fl-EIR tal-2022, Malta rċeviet tliet azzjonijiet prijoritarji. L-ewwel waħda kienet li jitnaqqsu aktar l-emissjonijiet fil-kuntest tal-NAPCP. Malta għamlet xi progress f’dan ir-rigward. Filwaqt li l-aħħar data turi konformità mal-impenji għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-2020–2029, Malta għadha mbassra li ma tilħaqx l-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030 ’il quddiem għall-NOx u l-NH3. It-tieni azzjoni prijoritarja kienet li tiġi żgurata konformità sħiħa mal-istandards tal-kwalità tal-arja tal-UE u li jinżammu x-xejriet ’l isfel tal-emissjonijiet. Abbażi tal-aħħar data, Malta għamlet xi progress f’dan ir-rigward. Madankollu, għad hemm qabżiet ogħla mill-valuri ta’ limitu u l-valuri fil-mira għall-PM10 u l-ożonu, li jeħtieġu azzjoni ulterjuri. Barra minn hekk, mill-2019, ix-xejriet ’l isfel tal-emissjonijiet ġew irrapportati biss għall-SO2, li jeħtieġu azzjoni ulterjuri għas-sustanzi niġġiesa NOx, NH3, PM2.5 u NMVOC. It-tielet azzjoni prijoritarja li rċeviet Malta kienet li tirratifika l-Protokoll dwar il-Metalli tqal u l-Protokoll dwar rigward Materjal organiku persistenti li jniġġes. Malta għamlet xi progress, iżda għadha ma rratifikatx iż-żewġ protokolli msemmija.
Azzjonijiet prijoritarja għall-2025
·Bħala parti mill-NAPCP, trid tieħu azzjoni biex tnaqqas l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa tal-arja.
·Tiżgura konformità sħiħa mal-istandards attwali tal-AAQD, anke fid-dawl ta’ rekwiżiti futuri aktar stretti skont l-AAQD riveduta.
·Tħaffef ir-ratifika tal-konvenzjonijiet u l-protokolli internazzjonali rilevanti.
Emissjonijiet tal-industrija
L-objettivi prinċipali tal-politika tal-UE dwar l-emissjonijiet industrijali huma:
(i)
il-protezzjoni tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija u l-prevenzjoni ta’ effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent;
(ii)
il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-iskart;
(iii)
it-titjib tal-effiċjenza enerġetika u tar-riżorsi, inkluż l-ilma;
(iv)
il-kontribuzzjoni għad-dekarbonizzazzjoni.
Il-pedament tal-politika huwa d-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (IED), li ġiet riveduta fl-2024. Ir-reviżjoni ttejjeb il-kontribut tad-Direttiva għall-objettiv ta’ tniġġis żero. Tiffoka ħafna fuq l-innovazzjoni, u tibni rabtiet sodi bejn it-tindif mit-tniġġis, id-dekarbonizzazzjoni u ċ-ċirkolarità, u b’hekk hija għodda regolatorja ewlenija li takkumpanja t-trasformazzjoni ekoloġika tal-industrija tal-UE sal-2050.
Il-ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet industrijali rregolati mill-IED hawn taħt hija bbażata fuq data rrapportata lir-Reġistru tal-UE fl-2022(
).
F’Malta, kien hemm 20 installazzjoni koperti mill-IED fl-2022, u aktar minn nofshom (12) kienu installazzjonijiet għall-immaniġġar tal-iskart. Is-setturi l-oħra huma s-settur tal-enerġija (4) u s-settur tal-kimika (4).
L-Illustrazzjoni 17 turi l-ħsara għas-saħħa u għall-ambjent minħabba s-sustanzi niġġiesa tal-arja industrijali ewlenin. Peress li dan jiddependi, fost fatturi oħra, fuq id-daqs tas-settur industrijali f’kull Stat Membru, iċ-ċifra turi wkoll il-proporzjon bejn il-ħsara u l-attività industrijali (espress f’valur miżjud gross (GVA, gross value added)), li jindika l-“intensità” tal-emissjonijiet. Malta għandha l-inqas ħsara fl-UE u l-inqas intensità tal-emissjonijiet (EUR 1.7/EUR 1 000 GVA), ferm taħt il-medja tal-UE ta’ EUR 27.5/EUR 1 000 GVA. Is-settur tal-enerġija huwa l-kontributur industrijali ewlieni għall-emissjonijiet fl-arja ()(NOX, SO2, trab u emissjonijiet ta’ metalli tqal).
Illustrazzjoni 17: Ħsara u intensità tat-tniġġis tal-arja industrijali għal kull Stat Membru, 2021
Sors: EEA, “Industrial pollution intenity indicators – EU large industry air pollution damage costs intensity”, il-Portal Ewropew dwar l-Emissjonijiet Industrijali, 2024,
https://industry.eea.europa.eu/analyse/industrial-emissions-indicator
.
B’mod ġenerali, l-emissjonijiet industrijali fl-ilma fl-UE naqsu maż-żmien għas-sustanzi niġġiesa ewlenin kollha. Bħala medja fl-UE, dawn jidhru li huma diżakkoppjati mill-attività industrijali li żdiedet matul l-istess perjodu (espress f’GVA), kif muri fl-Illustrazzjoni 18.
Illustrazzjoni 18: Rilaxxi industrijali ta’ sustanzi niġġiesa fl-ilma u fl-attività industrijali fl-EU-27
NB: Cd, il-kadmju; Hg, il-merkurju; Ni, in-nikil; Pb, iċ-ċomb; N totali, in-nitroġenu totali; P totali, il-fosfru totali.
Sors: EEA, “Industrial pollutant releases to water in Europe”, it-30 ta’ Mejju 2024,
https://www.eea.europa.eu/en/analysis/indicators/industrial-pollutant-releases-to-water
.
Fir-rigward ta’ Malta b’mod partikolari, l-Illustrazzjoni 19 turi l-emissjonijiet industrijali ta’ metalli tqal fl-ilma, filwaqt li titqies it-tossiċità umana ta’ kull metall, kif ukoll l-intensità tal-emissjonijiet, abbażi tal-proporzjon tagħha mal-attività industrijali (espressa f’GVA). Malta għandha wieħed mill-aktar ammonti baxxi ta’ emissjonijiet ta’ metalli tqal fl-ilma fl-UE (ponderati skont il-fatturi ta’ tossiċità tal-bniedem) iżda tikklassifika fit-tmien post għall-intensità tal-emissjonijiet (ogħla mill-intensità medja tal-UE ta’ 0.864 kg/EUR 1 biljun GVA). Kif muri fil-Illustrazzjoni 20, il-kontributuri industrijali ewlenin għall-emissjonijiet fl-ilma f’Malta huma s-settur tal-enerġija għall-metalli tqal, u l-bhejjem (installazzjonijiet mhux koperti mill-IED) għan-nitroġenu, il-karbonju organiku totali u l-fosforu.
Illustrazzjoni 19: Rilaxxi industrijali u intensità ta’ metalli tqal fl-ilma għal kull Stat Membru, 2022
Sors: EEA, “Industrial pollution intension indicators – EU big industry water pollution intension”, Portal Ewropew dwar l-Emissjonijiet Industrijali, 2024,
https://industry.eea.europa.eu/analyse/industrial-emissions-indicator
.
Illustrazzjoni 20: Rilaxxi relattivi fl-ilma mill-industrija f’Malta (%), 2019
Sors: EEA, “Industrial Reporting under the Industrial Emissions Directive 2010/75/EU and European Pollutant Release and Transfer Register Regulation (EC) No 166/2006 - ver. 12.0 Sep. 2024 (Tabular data)”, Katalgu tad-Data Ġeospazjali tal-EEA, it-13 ta’ Settembru 2024,
https://doi.org/10.2909/cf5e54c1-be99-4426-bcad-baa26c4f27a0
.
Id-dispożizzjonijiet tal-IED dwar l-informazzjoni u l-parteċipazzjoni pubblika jirrikjedu li l-Istati Membri jadottaw leġiżlazzjoni ta’ traspożizzjoni li tippermetti lill-membri tal-pubbliku jkollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti u jipparteċipaw fil-proċess ta’ approvazzjoni għal installazzjonijiet li potenzjalment iniġġsu. Għalhekk, il-pubbliku u l-NGOs, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti, għandhom rwol fl-iżgurar tal-konformità ta’ dawn il-permessi mal-leġiżlazzjoni tal-UE. L-IED fiha rekwiżiti obbligatorji dwar l-ispezzjonijiet ambjentali, li jirrikjedu li ssir żjara fuq il-post mill-inqas kull sena–3 snin, bl-użu ta’ kriterji bbażati fuq ir-riskju. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet dwar l-infurzar tal-IED jirrikjedu li l-Istati Membri jiddeterminaw penali effettivi, proporzjonati u dissważivi applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali bbażati fuq l-IED. Fid-Direttiva riveduta, id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu li l-agħar ksur jista’ jiġi ssanzjonat b’multi ta’ mill-inqas 3 % tal-fatturat annwali tal-UE tal-persuna ġuridika. L-IED riveduta tintroduċi wkoll dritt għal kumpens għal persuni li saħħithom tkun saritilha ħsara minn tali ksur.
L-iżvilupp tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), id-dokumenti ta’ referenza tal-BAT u l-konklużjonijiet tal-BAT jiżguraw kollaborazzjoni effettiva bejn il-partijiet ikkonċernati u jippermettu implimentazzjoni aħjar tal-IED.
Mill-EIR tal-2022, il-Kummissjoni adottat konklużjonijiet tal-BAT dwar (i) l-ipproċessar tal-metall ferruż, (ii) l-industrija tat-tessuti, (iii) is-sistemi komuni ta’ ġestjoni u trattament tal-gass ta’ skart fis-settur tal-kimika u (iv) il-ferreriji u l-fonderiji.
Il-Kummissjoni tiddependi fuq l-isforzi tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali biex jimplimentaw il-konklużjonijiet tal-BAT legalment vinkolanti u l-livelli ta’ emissjonijiet tal-BAT assoċjati fil-permessi ambjentali. Dan għandu jirriżulta fi tnaqqis konsiderevoli u kontinwu fit-tniġġis.
Fl-2022, Malta rċeviet azzjoni prijoritarja biex tiffirma u tirratifika l-Protokoll ta’ Kiev dwar ir-Reġistri dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti. Malta ssodisfat din l-azzjoni.
Azzjonijiet prijoritarji għall-2025
·L-iżgurar tal-konformità mal-obbligi ta’ rapportar skont l-IED għall-2021–2023 u skont ir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti għall-2020–2022.
·It-tnaqqis tar-rilaxxi industrijali fl-ilma u l-intensità tagħhom.
·L-involviment mal-NGOs tal-industrija u tal-ambjent biex jiġi żgurat kontribut xieraq għall-konklużjonijiet tal-BAT u l-implimentazzjoni tagħhom u jiġu żgurati aġġornamenti f’waqthom għall-permessi wara l-pubblikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-BAT.
·L-iżgurar ta’ parteċipazzjoni pubblika effettiva u aċċess għall-ġustizzja fir-rigward tal-IED.
Prevenzjoni ta’ inċidenti industrijali kbar – Seveso
L-objettivi ewlenin tal-politika tal-UE dwar il-prevenzjoni ta’ inċidenti industrijali kbar huma li:
(i)
tikkontrolla l-perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi, speċjalment sustanzi kimiċi;
(ii)
tillimita l-konsegwenzi ta’ inċidenti bħal dawn għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent;
(iii)
ittejjeb kontinwament il-prevenzjoni ta’ inċidenti kbar, kif ukoll it-tħejjija u r-rispons għalihom.
Il-pedament tal-politika huwa d-Direttiva 2012/18/UE (id-Direttiva Seveso III).).
Il-ħarsa ġenerali ta’ hawn taħt lejn l-impjanti industrijali rregolati mid-Direttiva Seveso III (“stabbilimenti Seveso”) hija bbażata fuq data rrappurtata fuq eSPIRS (Sistemi ta’ Rkupru ta’ Informazzjoni dwar l-Impjanti e-Seveso) għall-2022–2024u r-rapport ta’ Malta dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva Seveso III għall-2019–2022 (
).
Fl-2024, mid-disa’ stabbilimenti Seveso f’Malta, tlieta huma kkategorizzati bħala stabbilimenti tal-livelli aktar baxx u sitta bħala stabbilimenti tal-livelli ogħla (UTEs, upper-tier establishments), abbażi tal-kwantità ta’ sustanzi perikolużi li x’aktarx ikunu preżenti. L-UTEs huma soġġetti għal rekwiżiti aktar stretti. Il-bidla fl-għadd ta’ stabbilimenti Seveso hija ppreżentata fl-Illustrazzjoni 21.
Illustrazzjoni 21: Għadd ta’ stabbilimenti Seveso f’Malta, 2018, 2022 u 2024
NB: LTE, stabbiliment ta’ livelli aktar baxx.
Sorsi: Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent, Assessment and summary of Member States’ implementation reports for Implementing Decision 2014/896/EU (implementing Directive 2012/18/EU on the control of major accident hazards involving dangerous substances) , l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2022,
https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/94d57d74-735b-11ec-9136-01aa75ed71a1/language-en/format-PDF/source-search
; data tal-eSPIRS, estrazzjonijiet mill-2022 u l-2024; Analysis and summary of Member States' reports on implementation of Directive 2012/18/EU on the control of major accident hazards involving dangerous substances according to the format established by Commission Implementing Decision 2014/896/EU - l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE,
https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/9bd73087-e9b8-11ef-b5e9-01aa75ed71a1/language-en
.
L-Istati Membri meħtieġa jfasslu pjanijiet ta’ emerġenza esterni (EEPs, external emergency plans). Dawn l-EEPs huma essenzjali biex jippermettu t-tħejjija xierqa u l-implimentazzjoni effettiva tal-azzjonijiet neċessarji għall-ħarsien tal-ambjent u tal-popolazzjoni f’każ li jseħħ inċident industrijali kbir fi stabbiliment Seveso. Skont Malta, fl-2022 kien meħtieġ EEP għas-seba’ UTEs kollha. F’dik l-istess sena, sitt UTEs kellhom EEP u tnejn minn dawn l-EEPs kienu ġew ittestjati f’dawn l-aħħar 3 snin. Is-sommarju jidher fl-Illustrazzjoni 22.
Illustrazzjoni 22: Sitwazzjoni tal-EEPs f’Malta, 2022
Sorsi: Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent, Assessment and summary of Member States’ implementation reports for Implementing Decision 2014/896/EU (implementing Directive 2012/18/EU on the control of major accident hazards involving dangerous substances) , l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2022,
https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/94d57d74-735b-11ec-9136-01aa75ed71a1/language-en/format-PDF/source-search
; data tal-eSPIRS, estrazzjonijiet mill-2022 u l-2024; Analysis and summary of Member States' reports on implementation of Directive 2012/18/EU on the control of major accident hazards involving dangerous substances according to the format established by Commission Implementing Decision 2014/896/EU - l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE,
https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/9bd73087-e9b8-11ef-b5e9-01aa75ed71a1/language-en
.
It-tipi ta’ informazzjoni li ġejjin huma disponibbli b’mod permanenti għall-UTEs kollha f’Malta: (i) informazzjoni għall-pubbliku msemmija fl-Anness V tad-Direttiva Seveso III, speċjalment dwar kif il-pubbliku kkonċernat se jiġi mwissi jekk ikun hemm inċident kbir; (ii) informazzjoni dwar imġiba xierqa fil-każ ta’ inċident kbir; u (iii) id-data tal-aħħar żjara fuq il-post.
L-ishma tal-UTEs li għalihom l-informazzjoni dwar il-miżuri ta’ sikurezza u l-imġiba meħtieġa tqiegħdet b’mod attiv għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fl-2022 fl-EU-27 huma ppreżentati fl-Illustrazzjoni 23. Din id-dispożizzjoni dwar l-għarfien hija dispożizzjoni importanti tad-Direttiva Seveso III, peress li l-għarfien mill-pubbliku dwar din l-informazzjoni jista’ jtejjeb il-konsegwenzi ta’ inċident industrijali kbir.
Malta ma ffirmatx jew ma rratifikatx il-Konvenzjoni dwar l-effetti transkonfinali tal-inċidenti industrijali (kif emendata fl-2015), li tapplika (i) għall-prevenzjoni ta’ inċidenti industrijali li kapaċi jikkawżaw effetti transkonfinali u t-tħejjija u r-rispons għalihom; u (ii) għall-kooperazzjoni internazzjonali fil-każ ta’ inċidenti industrijali li jikkonċernaw, fost affarijiet oħrajn, l-assistenza reċiproka mill-pajjiżi firmatarji.
Illustrazzjoni 23: Is-sehem tal-UTE li għalih l-informazzjoni dwar il-miżuri ta’ sikurezza u l-imġiba meħtieġa tqiegħdet b’mod attiv għad-dispożizzjoni tal-pubbliku għal kull Stat Membru (%), 2022
NB: Mhi disponobbli l-ebda disponibbli għall-Greċja.
Sorsi: Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent, Assessment and summary of Member States’ implementation reports for Implementing Decision 2014/896/EU (implementing Directive 2012/18/EU on the control of major accident hazards involving dangerous substances) , l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2022,
https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/94d57d74-735b-11ec-9136-01aa75ed71a1/language-en/format-PDF/source-search
; data tal-eSPIRS, estrazzjonijiet mill-2022 u l-2024; Analysis and summary of Member States' reports on implementation of Directive 2012/18/EU on the control of major accident hazards involving dangerous substances according to the format established by Commission Implementing Decision 2014/896/EU - l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE,
https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/9bd73087-e9b8-11ef-b5e9-01aa75ed71a1/language-en
.
Fl-EIR tal-2022, l-azzjonijiet prijoritarji li ġejjin twasslu lil Malta: (i) it-tisħiħ tal-kontroll u l-infurzar biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli tad-Direttiva Seveso III, speċjalment dawk dwar l-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku u dwar l-EEPs; u (ii) l-iffirmar u r-ratifikar tal-Konvenzjoni dwar l-effetti transkonfini tal-Inċidenti Industrijali. Sar xi progress fl-istabbiliment ta’ EEPs għall-UTEs kif meħtieġ u biex l-informazzjoni tkun disponibbli għall-pubbliku. Madankollu, ma sar l-ebda progress dwar l-iffirmar u r-ratifika tal-konvenzjoni, u għalhekk din l-azzjoni tittenna f’dan ir-rapport.
Azzjoni prijoritarja għall-2025
·L-iffirmar u r-ratifikar tal-Konvenzjoni dwar l-effetti transkonfini tal-Inċidenti Industrijali.
Regolament dwar il-Merkurju
Ir-Regolament dwar il-Merkurju jistabbilixxi miżuri u kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu u l-ħżin u l-kummerċ tal-merkurju, tal-komposti tal-merkurju u tat-taħlitiet tal-merkurju, il-manifattura u l-użu ta’ prodotti miżjudin bil-merkurju u l-kummerċ tagħhom u l-ġestjoni tal-iskart tal-merkurju, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent mill-emissjonijiet antropoġeniċi u mir-rilaxxi tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju. Ir-reviżjoni tar-Regolament dwar il-Merkurju adottata fl-2024 tistabbilixxi regoli biex jiġu indirizzati l-aħħar użi intenzjonali tal-merkurju fl-UE bl-eliminazzjoni gradwali tal-użu tal-amalgama dentali sal-1 ta’ Jannar 2025 ħlief meta jitqies strettament meħtieġ mill-prattikant dentali abbażi tal-ħtiġijiet mediċi speċifiċi tal-pazjent, u l-projbizzjoni tal-manifattura u l-esportazzjoni ta’ lampi addizzjonali li fihom il-merkurju mill-1 ta’ Jannar 2026 jew mill-1 ta’ Jannar 2027 (skont il-kategorija tal-lampi).
Fl-2019, 43 % tat-trattamenti dentali kienu għadhom qed jużaw l-amalgama dentali, li rrappreżentat sfida għal Malta biex telimina gradwalment l-użu tagħha sal-1 ta’ Jannar 2025. Madankollu, kellhom jiġu stabbiliti miżuri biex tiġi żgurata eliminazzjoni gradwali soċjalment u ekonomikament soda, inkluż rimborż adegwat tal-alternattivi għall-amalgama dentali permezz tal-iskema tal-assigurazzjoni tas-saħħa u t-taħriġ tal-prattikanti tad-dentistrija. Il-Kummissjoni qed timmonitorja jekk it-tneħħija gradwali seħħitx skont it-termini u l-kundizzjonijiet tar-regolament. Malta se jkollha tiżgura wkoll li l-manifattura u l-esportazzjoni ta’ lampi li fihom il-merkurju jkunu pprojbiti sal-iskadenzi stabbiliti fir-Regolament dwar il-Merkurju.
Storbju
Id-Direttiva dwar l-Istorbju Ambjentali teħtieġ approċċ komuni biex jiġu evitati u mnaqqsa l-effetti ta’ ħsara tal-istorbju. L-awtoritajiet maħtura huma responsabbli għat-tfassil u l-approvazzjoni tal-mapep tal-ħsejjes u l-pjanijiet ta’ azzjoni għall-agglomerazzjonijiet, it-toroq ewlenin, il-ferroviji ewlenin u l-ajruporti ewlenin. L-Istati Membri jiddeċiedu dwar il-limiti tal-istorbju li mhumiex stabbiliti fil-livell tal-UE. Madankollu, il-pjan ta’ azzjoni ta’ tniġġis żero jistabbilixxi bħala mira għall-2030 tnaqqis ta’ 30 % meta mqabbel mal-2017 fis-sehem ta’ persuni li huma kronikament disturbati mill-istorbju tat-trasport.
L-istorbju eċċessiv mill-inġenji tal-ajru, mill-ferroviji u mit-toroq huwa wieħed mill-kawżi ewlenin ta’ problemi ambjentali relatati mas-saħħa fl-UE. Jista’ jikkawża mard iskemiku tal-qalb, puplesija, irqad interrott, indeboliment konjittiv u stress (
).
F’Malta, l-istorbju ambjentali huwa stmat li jikkawża mill-inqas madwar 5 każi ta’ mard iskemiku tal-qalb kull sena (
), u madwar 2 100 persuna ma jorqdux sew (
).
Abbażi tal-aħħar sett ta’ informazzjoni analizzata, Malta lestiet l-immappjar tal-istorbju tagħha tal-agglomerazzjonijiet, it-toroq u l-ajruporti.
Il-pjanijiet ta’ azzjoni għall-ġestjoni tal-istorbju għall-agglomerazzjonijiet, it-toroq, il-ferroviji u l-ajruporti jridu jiġu aġġornati u ppreżentati lill-Kummissjoni kull 5 snin. L-iskadenza għar-rapportar tal-pjanijiet ta’ azzjoni dwar l-istorbju skont iċ-ċiklu ta’ rapportar l-aktar reċenti kienet it-18 ta’ Jannar 2025; dawn il-pjanijiet għadhom ma ġewx ivvalutati.
Azzjoni prijoritarji għall-2025
·L-ikkompletar u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni dwar il-ġestjoni tal-istorbju.
Kwalità u ġestjoni tal-ilma
Il-leġiżlazzjoni u l-politika tal-UE jirrikjedu li l-impatt tal-pressjonijiet fuq l-ilmijiet tranżizzjonali, l-ilmijiet kostali u l-ilma ħelu (inklużi l-ilmijiet tal-wiċċ u l-ilma ta’ taħt l-art) jitnaqqas b’mod sinifikanti. Il-kisba, iż-żamma jew it-titjib ta’ status tajjeb tal-korpi tal-ilma kif definit mid-Direttiva Qafas dwar l-Ilma se jiżguraw li ċ-ċittadini tal-UE jibbenefikaw minn ilma tax-xorb u għall-għawm ta’ kwalità tajba u sikur. Jiżgura wkoll li ċ-ċiklu tan-nutrijenti (nitroġenu u fosforu) jiġi mmaniġġat b’mod aktar sostenibbli u effiċjenti fir-riżorsi.
Direttiva Qafas dwar l-Ilma
Id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (
) hija l-pedament tal-politika tal-UE dwar l-ilma fis-seklu 21 (
). Id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u direttivi oħra relatati mal-ilma (
) jiffurmaw il-bażi ta’ ġestjoni sostenibbli u integrata tal-ilma fl-UE. L-għan tagħhom hu il-kisba ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma, il-prevenzjoni ta’ deterjorament ulterjuri u r-restawr għal status tajjeb. Dawn l-objettivi huma importanti ħafna għall-kompetittività, l-awtonomija strateġika u s-sigurtà tal-UE, iżda saru saħansitra aktar diffiċli fid-dawl tat-tibdil fil-klima li jaffettwa r-riżorsi prezzjużi tal-ilma tagħna.
Id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma tistabbilixxi qafas proċedurali biex jintlaħaq stat ekoloġiku u kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ u stat kwantitattiv u kimiku tajjeb tal-ilma ta’ taħt l-art. Dan jimplika l-monitoraġġ u l-klassifikazzjoni tal-korpi tal-ilma kollha, il-valutazzjoni tal-pressjonijiet u l-impatti u l-identifikazzjoni tal-aktar miżuri kosteffettivi biex jintlaħqu l-objettivi tad-direttiva. Id-Direttiva tmur lura għall-2000 u stabbiliet skadenza inizjali sal-2015 biex jintlaħqu l-objettivi tagħha, bl-għażla li l-iskadenza tiġi estiża sa tmiem l-2027. Kull 6 snin, l-Istati Membri jridu jirrapportaw il-pjanijiet ta’ mmaniġġar tal-baċin tax-xmara (RBMPs, river basin management plans) tagħhom lill-Kummissjoni. Dawn għandhom ikopru d-distretti tal-baċiri tax-xmajjar fil-pajjiżi tagħhom, li wħud minnhom jistgħu jiġu kondiviżi ma’ pajjiżi oħra. Il-Kummissjoni vvalutat it-tielet ċiklu tal-RBMPs, li kellhom jiġu ppreżentati sa Marzu 2022, u rrapportat is-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-4 ta’ Frar 2025.
Malta qed tiffaċċja skarsezza tal-ilma, kif muri mill-Indiċi tal-Isfruttament tal-Ilma Staġjonali +. Fl-2022, dan l-indiċi jilħaq 60.8 % li huwa ferm ogħla mill-20 % ġeneralment ikkunsidrat bħala sinjal ta’ skarsezza fit-tielet kwart tas-sena. ’Il fuq minn 40 %, dan ikun sinjal ta’ skarsezza kbira.
Direttiva dwar l-Għargħar
Kull 6 snin, wara l-istess ċiklu ta’ rapportar bħall-RBMPs, l-Istati Membri kollha jirrapportaw ukoll il-pjanijiet tagħhom ta’ immaniġġar tar-riskju ta’ għargħar (FRMPs), abbażi tal-mapep tal-periklu u tar-riskju ta’ għargħar u l-valutazzjonijiet preliminari tar-riskju ta’ għargħar imfassla matul it-tieni ċiklu (2016–2021).
Malta ma ssottomettietx it-tielet RBMPs u t-tieni FRMPs sa Marzu 2022, kif meħtieġ skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u d-Direttiva dwar l-Għargħar. Il-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ ksur għal rappurtar tard. Fl-aħħar, Malta rrapportat it-tieni FRMP tagħha fi Frar 2024 u t-tielet RBMP tagħha f’Marzu 2024. Madankollu, minħabba dan ir-rappurtar tard, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta l-pjanijiet u tinkludi l-valutazzjoni fir-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Konsegwentement, dan ir-rapport ma jistax jiġi aġġornat għal Malta u qed issir referenza għall-EIR tal-2022 għall-aktar sitwazzjoni attwali (
).
Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb
L-objettivi tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb huma li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem billi tiżgura l-kwalità maħsuba għall-konsum mill-bniedem, u li ttejjeb l-aċċess għall-ilma tax-xorb. Ir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb issa hija applikabbli, u l-Istati Membri kienu meħtieġa jittrasponu d-dispożizzjonijiet tagħha fis-sistemi legali nazzjonali tagħhom sat-12 ta’ Jannar 2023. Mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva riformulata, il-Kummissjoni adottat diversi atti delegati u ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu (i) lista ta’ sorveljanza ta’ sustanzi u komposti ta’ tħassib għall-ilma tax-xorb (
), (ii) metodoloġija għall-kejl tal-mikroplastiċi fl-ilma tax-xorb (
) u (iii) sistema tal-UE għall-ittestjar u l-approvazzjoni ta’ materjali li se jitħallew jiġu f’kuntatt mal-ilma tax-xorb (
). L-Istati Membri se jkollhom iqisu dawn id-diversi atti tal-Kummissjoni meta jimplimentaw id-Direttiva riformulata.
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni issa rċeviet data mill-Istati Membri dwar il-kwalità tal-ilma tax-xorb fl-2017–2019. Il-kwalità tal-ilma tax-xorb (fornut minn fornituri kbar tal-ilma) f’Malta ma tqajjimx tħassib (
).
Minn Jannar 2026, se japplikaw l-istandards Ewropej tal-kwalità għas-sustanzi per- u polifluworoalkilati (PFAS) fl-ilma tax-xorb, li jiżguraw ir-rapportar armonizzat mill-Istati Membri tad-data ta’ monitoraġġ tal-PFAS fil-futur.
Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm
Id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm tirrikjedi li l-Istati Membri jimmonitorjaw u jivvalutaw l-ilma għall-għawm. Din teħtieġ li matul l-istaġun tal-għawm, l-Istati Membri jinfurmaw lill-pubbliku dwar il-kwalità tal-ilma għall-għawm b’mod attiv u fil-pront. Avviżi li jipprojbixxu jew jagħtu pariri kontra l-għawm għandhom ikunu identifikabbli malajr u faċilment.
L-Illustrazzjoni 24 turi li fl-2023, mis-87 ilma għall-għawm f’Malta, 80 (92 %) kienu ta’ kwalità eċċellenti, 3 (3.4 %) kienu ta’ kwalità tajba u 4 (4.6 %) kienu ta’ kwalità suffiċjenti. L-ebda ilma għall-għawm ma nstab li kien ta’ kwalità fqira.
Illustrazzjoni 24: Il-kwalità tal-ilma għall-għawm għal kull Stat Membru, l-Albanija u l-Iżvizzera (%), 2023.
Sors: EEA, European Bathing Water Quality in 2023, briefing Nru 04/2024, Copenhagen, 2024,
https://www.eea.europa.eu/publications/european-bathing-water-quality-in-2023/
.
Direttiva dwar in-Nitrati
Id-Direttiva dwar in-Nitrati (
) għandha l-għan li tipproteġi l-kwalità tal-ilma fl-Ewropa billi tipprevjeni n-nitrati minn sorsi agrikoli li jistgħu jniġġsu l-ilma ta’ taħt l-art u l-ilmijiet tal-wiċċ u billi tippromwovi l-użu ta’ prattiki agrikoli tajbin.
L-aħħar rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar in-Nitrati (), li jmur lura għall-2021, iwissi li n-nitrati għadhom qed jikkawżaw tniġġis dannuż għall-ilma fl-UE. Nitrati eċċessivi fl-ilma huma dannużi kemm għas-saħħa tal-bniedem kif ukoll għall-ekosistemi, u jikkawżaw tnaqqis tal-ossiġenu u ewtrofikazzjoni. Fejn sar, it-tindif tal-ilmijiet mill-awtoritajiet nazzjonali jew mill-bdiewa kellu impatt pożittiv fuq il-provvista tal-ilma tax-xorb u fuq il-bijodiversità. Dan kien ta’ benefiċċju wkoll għas-setturi, bħas-sajd u t-turiżmu, li jiddependu fuq il-bijodiversità u fuq provvista tajba ta’ ilma tajjeb għax-xorb. Madankollu, il-fertilizzazzjoni eċċessiva għadha problema f’ħafna partijiet tal-UE. Ir-rapport rigward l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar in-Nitrati li jkopri l-2020–2023 se jkun disponibbli fl-2025.
L-analiżi tal-RBMPs ta’ Malta identifikat nutrijenti mill-agrikultura bħala pressjoni importanti fuq l-ilma ta’ taħt l-art / tal-wiċċ li qed taffettwa l-istatus tajjeb ta’ dawn l-ilmijiet u bħala wieħed mill-fatturi ewlenin biex ma jintlaħqux l-objettivi tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma.
Azzjoni prijoritarja għall-2025
·L-indirizzar tat-tniġġis min-nutrijenti, speċjalment in-nitrati mill-agrikultura, permezz tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar in-Nitrati.
Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi
Id-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi (UWWTD, Urban Wastewater Treatment Directive) għandha l-għan li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mill-effetti tal-ilma mormi urban mhux ittrattat. Għalhekk, dan jirrikjedi li l-Istati Membri jiġbru u jittrattaw l-ilma mormi (trattament sekondarju jew bijoloġiku) fiż-żoni urbani kollha ta’ aktar minn 2 000 persuna, u japplikaw trattament aktar strett minn dak sekondarju, bit-tneħħija tan-nitroġenu u/jew tal-fosforu, għall-ilma mormi ġġenerat f’żoni urbani, magħrufa wkoll bħala agglomerazzjonijiet, ta’ aktar minn 10 000 persuna, qabel ma jintremew fl-ilmijiet u fl-iskular tagħhom, meta jkunu sensittivi għan-nitroġenu u/jew għall-fosforu (jiġifieri ewtrofiċi jew li għandhom it-tendenza li jsiru ewtrofiċi).
Malta għandha tliet agglomerazzjonijiet koperti mill-UWWTD, li tnejn minnhom għad għandhom kwistjonijiet ta’ konformità:
·agglomerazzjoni waħda (Ewlenija f'Għawdex) li tiġġenera 6 % tal-ilma urban mormi, konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva;
·żewġ agglomerazzjonijiet (Tramuntana ta’ Malta u Nofsinhar ta' Malta) li jiġġeneraw il-bqija tal-ilma urban mormi, li mhumiex konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva (trattament sekondarju u aktar strett).
Illustrazzjoni 25: Proporzjon ta’ ilma mormi urban li jikkonforma bis-sħiħ mal-UWWTD (%), 2020
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent, Fribourg-Blanc, B., Dhuygelaere, N., Berland, J. and Imbert, F., 12th technical assessment of UWWTD implementation – Final version, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024,
https://data.europa.eu/doi/10.2779/318637
Fis-17 ta’ Ottubru 2024, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kkundannat lil Malta talli naqset milli tiżgura l-konformità mal-UWWTD fl-agglomerazzjonijiet tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar ta’ Malta. Huwa essenzjali li Malta tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkonforma bis-sħiħ mar-rekwiżiti tad-Direttiva.
Id-Direttiva ġiet riveduta (
). Id-Direttiva riveduta tibni fuq l-acquis attwali, issaħħaħ l-istandards eżistenti tat-trattament u tistabbilixxi trattament addizzjonali tal-mikrosustanzi niġġiesa fl-ilma mormi urban. Rekwiżiti ġodda oħra huma relatati mal-mixja lejn in-newtralità enerġetika tas-settur, l-istabbiliment ta’ sistema EPR biex jiġi żgurat finanzjament sostenibbli tat-trattament tal-mikrosustanzi niġġiesa mill-industriji li jniġġsu l-aktar u l-iżgurar tal-aċċess għas-sanità, speċjalment għal gruppi vulnerabbli u emarġinati. Malta għandha sal-31 ta’ Lulju 2027 biex tittrasponi d-Direttiva l-ġdida fis-sistema legali nazzjonali tagħha.
Fl-EIR tal-2022, Malta rċeviet azzjonijiet prijoritarja biex (i) tivvaluta modifiki fiżiċi ġodda tal-korpi tal-ilma f’konformità mal-Artikolu 4(7) tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u tikkunsidra f’dawn il-valutazzjonijiet għażliet alternattivi u miżuri ta’ mitigazzjoni adegwati biex jitlesta l-monitoraġġ tal-istatus kwantitattiv tal-ilma ta’ taħt l-art; (ii) tinfurza miżuri għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tat-tniġġis min-nitrati; u (iii) tlesti l-implimentazzjoni tal-UWWTD għall-agglomerazzjonijiet kollha, billi tibni l-infrastruttura meħtieġa biex tiżgura s-separazzjoni tal-iskart tal-irziezet. Il-Kummissjoni nnutat progress limitat f’dawn l-oqsma. B’mod partikolari, l-implimentazzjoni tal-UWWTD iqajjem tħassib serju. Għalhekk, dawn l-azzjonijiet prijoritarji jittennew f’dan ir-rapport.
Azzjonijiet prijoritarji għall-2025
·Jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva attwali dwar it-trattament tal-ilma mormi urban, filwaqt li jitqiesu ir-rekwiżiti l-ġodda tad-Direttiva riformulata.
Sustanzi Kimiċi
L-UE tfittex li tiżgura li s-sustanzi kimiċi jiġu prodotti u jintużaw b’mod li jimminimizza kwalunkwe effett avvers sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent. F’Ottubru 2020, il-Kummissjoni ppubblikat l-istrateġija tagħha dwar is-sustanzi kimiċi għas-sostenibbiltà lejn ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi (
), li wasslet għal xi bidliet sistemiċi fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi. L-istrateġija hija parti mill-ambizzjoni ta’ tniġġis żero tal-UE – impenn ewlieni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.
Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi (
) tipprovdi protezzjoni bażika għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Tiżgura wkoll l-istabbiltà u l-prevedibbiltà għan-negozji li joperaw fis-suq intern.
Mill-2007, il-Kummissjoni ġabret informazzjoni dwar l-infurzar tar-Regolament dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) u r-Regolament dwar il-Klassifikazzjoni, l-Ittikkettar u l-Imballaġġ (CLP, Classification, Labelling and Packaging). F’Diċembru 2020, il-Kummissjoni vvalutat ir-rapporti tal-Istati Membri (
) dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ dawn ir-regolamenti. Mir-rapport tal-Kummissjoni jidher li għad hemm ħafna diskrepanzi fl-implimentazzjoni tar-Regolamenti REACH u CLP, b’mod partikolari fil-qasam tal-infurzar tal-liġi. Il-livelli ta’ konformità rreġistrati fl-Istati Membri, ġeneralment pjuttost stabbli maż-żmien, jidhru li qed imorru kemxejn għall-agħar. Dan jista’ jkun minħabba li (i) l-awtoritajiet tal-infurzar qed isiru aktar effettivi fl-identifikazzjoni ta’ prodotti/kumpaniji mhux konformi; u (ii) qed jiġu introdotti fis-suq tal-UE aktar prodotti mhux konformi.
F’Awwissu 2021, il-Kummissjoni ppubblikat valutazzjoni li tista’ titkejjel tal-infurzar taż-żewġ regolamenti ewlenin tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi bl-użu ta’ sett ta’ indikaturi dwar aspetti differenti tal-infurzar. Mill-2021, il-lista ta’ sustanzi kimiċi soġġetti għal restrizzjonijiet ġiet estiża hekk kif ġew miżjuda entrati ġodda fl-Anness XVII tar-Regolament REACH.
Fl-2023, żdiedu klassijiet ġodda ta’ periklu mar-Regolament CLP, u tressqet ir-reviżjoni tar-Regolament (ippubblikata fl-20 ta’ Novembru 2024) . Il-klassijiet il-ġodda ta’ periklu jkopru l-interferenti endokrinali u l-perikli relatati mal-persistenza filwaqt li r-reviżjoni tar-Regolament tinkludi regoli ġodda dwar il-bejgħ online biex jiġu indirizzati aħjar in-nuqqasijiet ta’ konformità osservati matul is-snin. Fl-2023 ukoll, il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma (COP) iddeċidiet li fl-Anness A tagħha (li jelenka sustanzi pprojbiti), tinkludi tliet sustanzi kimiċi ġodda. Il-Kummissjoni qed taħdem fuq l-atti delegati biex tinkludi dawn is-sustanzi fl-Anness I tar-Regolament dwar Materjal organiku persistenti li jniġġes mhux aktar tard mill-2025.
F’Malta, ir-responsabbiltà għall-kontroll tal-konformità kemm mar-Regolamenti REACH kif ukoll mas-CLP hija tal-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (
).
Fl-2020, twettaq proġett ta’ infurzar ikkoordinat mill-UE dwar prodotti mibjugħa online, imsejjaħ il-proġett REACH-EN-FORCE (REF)-8. Ir-rapport tal-proġett inħareġ f’Novembru 2021, u għalhekk ma setax jiġi kkunsidrat fl-EIR tal-2022.
Fl-2022, l-EIR semma li żewġ membri tal-persunal biss mill-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur ġew allokati għall-infurzar tar-Regolamenti REACH u CLP. Malta kienet implimentat parzjalment strateġija ta’ infurzar tar-Regolament REACH iżda ma kinitx indikat jekk segwietx l-istrateġija mfassla mill-Forum għall-Iskambju ta’ Informazzjoni dwar l-Infurzar.
Fl-2023, ġiet stabbilita Unità tal-Investigazzjonijiet Diġitali f’Malta. Permezz ta’ din l-unità, jiġu identifikati s-sustanzi kimiċi u l-prodotti relatati mas-sustanzi kimiċi msejħa lura ppubblikati fuq ir-RAPEX (Sistema ta’ Skambju Rapidu ta’ Informazzjoni) u li jkunu għadhom offruti għall-bejgħ fuq pjattaformi online, u mbagħad jittieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex dawk il-prodotti jiġu rtirati mis-suq.
Peress li l-eżerċizzju ta’ rapportar tal-Istati Membri stabbilit fl-Artikolu 117 tar-Regolament REACH u fl-Artikolu 46 tar-Regolament CLP jitwettaq kull 5 snin u r-riżultati ta’ dak li jmiss mistennija fl-2025, ma ġie rrapportat l-ebda progress.
Illustrazzjoni 26: Konformità tal-prodotti importati – riżultati tal-proġett REF-8 (%)
Intuża approċċ ta’ riskju għall-immirar tal-miżuri ta’ kontroll biex jiġu massimizzati l-possibbiltajiet li jiġi identifikat in-nuqqas ta’ konformità. Għalhekk, ir-rati ta’ nuqqas ta’ konformità ppreżentati hawn fuq ma jistgħux jitqiesu bħala r-rati medji ta’ nuqqas ta’ konformità tal-prodotti fl-UE. Madankollu, il-proporzjon ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità li nstabu fil-proġett REF-8 huma ta’ tħassib.
Illustrazzjoni 27: Għadd ta’ verifiki REF-8 imwettqa għal kull 100 000 abitant (medja tal-UE = 1.24)
Malta ma pparteċipatx fil-proġett ta’ infurzar ikkoordinat REF-8, għalkemm ġie ppruvat li l-bejgħ online jikkorrispondi b’mod konsistenti għal rati ogħla ta’ nuqqas ta’ konformità fil-kontrolli mwettqa madwar l-UE, b’mod partikolari meta jkunu relatati ma’ prodotti importati.
Fl-2022, Malta ingħatatl-azzjonijiet prijoritarji li ġejjin: (i) l-aġġornament tal-kapaċitajiet amministrattivi fl-implimentazzjoni u l-infurzar biex nersqu lejn politika ta’ tolleranza żero għan-nuqqas ta’ konformità; u (ii) t-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji biex jiġu infurzati r-Regolamenti REACH u CLP. Minn dak iż-żmien ’l hawn, Malta pparteċipat fi proġetti kkoordinati ta’ infurzar immexxija mill-Forum għall-Iskambju ta’ Informazzjoni dwar l-Infurzar.
Azzjonijiet prijoritarji għall-2025
·L-aġġornament tal-kapaċitajiet amministrattivi fl-implimentazzjoni u l-infurzar għal politika ta’ tolleranza żero għan-nuqqas ta’ konformità.
·Iż-żieda ta l-involviment fl-attivitajiet tal-Forum għall-Iskambju ta’ Informazzjoni dwar l-Infurzar tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, inkluż fil-proġetti kkoordinati ta’ infurzar, imsejħa REFs.
·Iż-żieda fil-kontrolli doganali u l-kontrolli tal-prodotti mibjugħa online fir-rigward tal-konformità mal-leġiżlazzjonijiet dwar is-sustanzi kimiċi.
4. Azzjoni klimatika
L-impatti tat-tibdil fil-klima komplew jiżdiedu f’dawn l-aħħar snin, u kkawżaw ħsara u tbatija fl-UE u madwar id-dinja. Globalment, l-2023 kienet l-aktar sena sħuna rreġistrata, filwaqt li l-Ewropa qed tisħon darbtejn aktar mill-medja globali, u issa hija l-kontinent li qed jisħon l-aktar malajr. Il-frekwenza u s-severità tal-avvenimenti klimatiċi estremi qed jiżdiedu wkoll. F’dan l-isfond, l-UE wriet id-determinazzjoni tagħha li timplimenta l-Patt Ekoloġiku Ewropew u li ssir newtrali għall-klima u reżiljenti sal-2050, filwaqt li tiżgura kompetittività sostenibbli u tappoġġa lill-industrija tal-UE fit-tranżizzjoni lejn emissjonijiet żero netti. Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima hija r-rispons tal-UE għall-ħtieġa ta’ azzjoni. Din tistabbilixxi l-objettiv li tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050 u mira ta’ nofs it-terminu ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG, greenhouse gas) ta’ mill-inqas 55 % sal-2030, u tiddeskrivi l-isforzi ta’ adattament meħtieġa biex isir aġġustament għall-impatti attwali u futuri tat-tibdil fil-klima. Kważi l-proposti kollha “Lesti għall-mira ta’ 55 %” stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew ġew miftiehma fil-liġi, u l-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat mira klimatika intermedja ġdida ta’ tnaqqis ta’ 90 % fl-emissjonijiet sal-2040. Fl-2024, l-Istati Membri ppreżentaw pjanijiet nazzjonali aġġornati għall-enerġija u l-klima għall-2021–2030, li jirriflettu l-ambizzjoni akbar tal-leġiżlazzjoni riveduta tal-UE. Fl-2024, flimkien mal-EEA, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet ukoll l-ewwel valutazzjoni Ewropea tar-riskju klimatiku li qatt saret.
Matul dawn l-aħħar tliet deċennji, mill-1990, l-UE kisbet tnaqqis kostanti fl-emissjonijiet tagħha, u laħqet total operattiv fl-2022 ta’ –32.5 % (
). Madankollu, jeħtieġ li l-UE u l-Istati Membri tagħha jżidu l-isforzi ta’ implimentazzjoni tagħhom u jaċċelleraw it-tnaqqis tal-emissjonijiet biex jibqgħu fit-triq it-tajba biex jilħqu l-miri tagħhom ta’ tnaqqis ta’ 55 % fl-emissjonijiet netti ta’ GHG sal-2030 u n-newtralità klimatika sal-2050. Bejn l-1990 u l-2022, l-emissjonijiet netti ta’ GHG ta’ Malta naqsu bi 13 %, li jagħmluh wieħed mill-pajjiżi bi tnaqqis taħt il-medja.
Il-pakkett leġiżlattiv “Lesti għall-mira ta’ 55 %” jirrifletti l-ħtieġa li titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika. Dan jinkludi (i) it-tisħiħ u l-espansjoni tas-sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS), bil-ħolqien ta’ ETS ġdida, it-tieni waħda, għat-trasport u l-bini flimkien ma’ Fond Soċjali għall-Klima ddedikat biex jgħin liċ-ċittadini matul it-tranżizzjoni; (ii) iż-żieda tal-miri skont ir-regolament dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi; u (iii) regolament rivedut għall-Użu tal-Art, Tibdil fl-Użu tal-Art u l-Forestrija (). Il-pakkett ġie adottat bis-sħiħ, u l-Istati Membri qed jimplimentaw il-leġiżlazzjoni.
Id-dokument strateġiku ewlieni fil-livell tal-pajjiż huwa l-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima (NECP) (). Malta ppreżentat il-pjan aġġornat tagħha f’Jannar 2025 wara l-iskadenza stabbilita mir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika
. Il-Kummissjoni Ewropea vvalutat il-pjan u kemm Malta segwiet ir-rakkomandazzjonijiet għall-verżjoni tal-abbozz. Is-sejbiet mill-valutazzjoni huma:
·L-emissjonijiet skont ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESR, Effort Sharing Regulation) se jiżdiedu b’29 % fl-2030 meta mqabbla mal-2005. Dan ifisser li Malta tinsab fit-triq il-ħażina u ma tistax tilħaq il-mira tagħha mingħajr miżuri addizzjonali. Malta hija l-uniku Stat Membru li qed ibassar żieda fl-emissjonijiet tal-ESR.
·L-aħħar projezzjonijiet juru distakk għall-mira tar-Regolament dwar l-Użu tal-Art, Tibdil fl-Użu tal-Art u l-Forestrija (LULUCF), li jfisser li l-livelli attwali ta’ assorbimenti ma kinux biżżejjed.
·Għad hemm lakuni fil-mira għas-sehem tal-enerġija rinnovabbli u l-miri tal-effiċjenza enerġetika li jridu jinkisbu.
Biex jiġu minimizzati l-impatti tal-politiki klimatiċi fuq il-persuni u s-setturi vulnerabbli, Malta qed tuża il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u se tuża l-Fond Soċjali għall-Klima mill-2026 (għal aktar informazzjoni, ara l-Kapitolu 5 hawn taħt).
Illustrazzjoni 28: Emissjonijiet totali ta’ GHG (minbarra l-avjazzjoni internazzjonali) (%), 1990–2022
Is-sistema tal-UE ta’ skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet
Is-sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (EU ETS) hija l-għodda ewlenija għat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ GHG b’mod kosteffettiv fl-Istati Membri kollha. Hija l-akbar suq tal-karbonju fid-dinja, li tkopri madwar40 % tal-emissjonijiet totali ta’ GHG tal-UE mill-ġenerazzjoni tal-elettriku u tas-sħana, l-industrija tal-manifattura, l-avjazzjoni fl-Ewropa () u, mill-2024, it-trasport marittimu wkoll.
Is-sistema tistabbilixxi limitu jew massimu fuq l-ammont totali ta’ GHG li jistgħu jiġu emessi fil-livell tal-UE. F’dan il-limitu, il-kumpaniji jixtru kwoti tal-emissjonijiet (kwota waħda tagħti d-dritt li tiġi emessa tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 (ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju)), fl-irkantijiet jew permezz tan-negozjar ta’ kwoti ma’ oħrajn. Il-massimu jitnaqqas kull sena biex jiġi żgurat li l-emissjonijiet ġenerali fis-setturi koperti jonqsu maż-żmien.
L-emissjonijiet taħt l-ETS żdiedu b’6 % mill-2005 sal-2023.
Iż-żieda hija kkawżata miż-żieda qawwija fl-emissjonijiet tal-avjazzjoni, li għandha rwol kruċjali fl-emissjonijiet ta’ Malta.
Mingħajr ma jitqies it-trasport bl-ajru, l-emissjonijiet kollha ta’ gassijiet serra ta’ Malta koperti mis-sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS) jiġu mill-ġenerazzjoni tal-enerġija. Is-settur tal-enerġija ta’ Malta rreġistra tnaqqis sinifikanti ta’ gassijiet serra fl-2013–2018, b’59 %, iżda l-emissjonijiet tiegħu ilhom jiżdiedu kemxejn minn hemm’ ’il quddiem. Fl-2023, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ Malta mill-ġenerazzjoni tal-enerġija kienu 8 % ogħla mil-livelli tal-2018.
Mill-2027, sistema ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, imsejħa ETS2, għas-setturi tal-bini, tat-trasport bit-triq u setturi oħrajn addizzjonali (prinċipalment l-industrija mhux koperta mill-ETS attwali) se ssir kompletament operattiva (). L-Istati Membri kellhom jinnotifikaw it-traspożizzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva riveduta tal-EU ETS relatati mal-ETS2 il-ġdida fil-liġi nazzjonali sat-30 ta’ Ġunju 2024. Malta ma kkomunikatx it-traspożizzjoni sħiħa fil-liġi nazzjonali mal-iskadenza. Għal din ir-raġuni, fil-25 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni fetħet proċeduri ta’ ksur kontra Malta
Minn dakinhar ’l hawn, Malta nnotifikat it-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva ETS2 lill-Kummissjoni. Ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u rapportar, u l-obbligu li wieħed ikollu permess biex jitwettqu attivitajiet skont l-ETS2 bdew fl-1 ta’ Jannar 2025.
Il-Kummissjoni fetħet ukoll proċeduri ta’ ksur kontra Malta fil-25 ta’ Jannar 2024, billi bagħtet ittra ta’ intimazzjoni talli naqset milli tittrasponi bis-sħiħ ir-reviżjonijiet preċedenti tad-Direttiva dwar l-ETS (
) fil-liġi nazzjonali. Minn dak iż-żmien ’l hawn, Malta nnotifikat it-traspożizzjonijiet sħaħ tad-Direttivi msemmija hawn fuq lill-Kummissjoni.
Kondiviżjoni tal-isforzi
Ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESR) () ikopri l-emissjonijiet ta’ GHG mit-trasport domestiku (esklużi l-emissjonijiet tas-CO₂ mill-avjazzjoni), il-bini, l-agrikoltura, l-industrija żgħira u l-iskart. L-emissjonijiet minn dawn is-setturi jammontaw għal madwar 60 % tal-emissjonijiet domestiċi tal-UE. Ir-Regolament jistabbilixxi l-mira għall-UE kollha li l-emissjonijiet mis-setturi tal-kondiviżjoni tal-isforzi jitnaqqsu b’40 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-2005. Din il-mira ġenerali għall-UE tissarraf f’miri nazzjonali vinkolanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru. Il-mira ta’ Maltahija ta’ –19 %.
Minbarra l-miri tal-2030, l-Istati Membri għandhom limiti annwali tal-emissjonijiet tal-GHG (allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet), li jonqsu kull sena sal-2030.
Hemm xi flessibbiltà biex jitqiesu l-fluttwazzjonijiet annwali fl-emissjonijiet, bl-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet u t-trasferimenti mill-ETS u mil-LULUCF.
Abbażi tal-emissjonijiet storiċi u l-aktar projezzjonijiet aġġornati, il-Projezzjonijiet ta’ Malta se jeħtiġilha timplimenta miżuri ġodda u/jew tuża il-flessibilitajiet disponibbli biex tikseb il-mira tal-ESR tagħha għall-2030. juru żieda totali fl-emissjonijiet b’29.4 %. Dan ifisser li d-distakk għall-mira huwa ta’ 48.4 punti perċentwali. Huwa l-akbar distakk fl-UE.
L-akbar kontributur huwa s-settur tat-trasport domestiku, li ammonta għal 49 % tal-emissjonijiet kollha tal-kondiviżjoni tal-isforzi fl-2022. Filwaqt li l-projezzjonijiet juru tnaqqis kostanti fil-futur, l-emissjonijiet tat-trasport żdiedu b’37 % mil-livelli tal-2005 u l-azzjonijiet ta’ Malta biex trażżan iż-żieda fl-emissjonijiet ma kinux biżżejjed. Il-karozzi tal-passiġġieri jammontaw għal 86 % tad-distanza vvjaġġata u l-użu tal-vetturi bil-batterija għadu kajman.
Is-settur tal-bini huwa ta’ tħassib sinifikanti għal Malta wkoll. L-emissjonijiet tiegħu żdiedu bi 30 % mill-2005.
Illustrazzjoni 29: Emissjonijiet tal-kondiviżjoni tal-isforzi skont is-settur (%), 2022
L-użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija
Is-settur tal-Użu tal-Art, Tibdil fl-Użu tal-Art u l-Forestrija (LULUCF) għandu rwol sinifikanti fil-kisba tal-għan tan-newtralità klimatika tal-UE. Fl-UE, dan is-settur jassorbi aktar GHGs milli jemetti, filwaqt li jneħħi volumi sinifikanti ta’ karbonju mill-atmosfera. Għalhekk, huwa l-uniku settur b’emissjonijiet negattivi.
Madankollu, dan mhuwiex il-każ f’Malta. L-emissjonijiet tal-LULUCF huma kemxejn ogħla minn żero mingħajr ebda xejra ċara f’dawn l-aħħar 5 snin.
Il-mira ta’ Malta sal-2030 hija li ttejjeb l-assorbimenti tal-art b’ekwivalenti addizzjonali ta’ –2 kt ta’ CO2 meta mqabbla mal-medja annwali tal-perjodu 2016–2018. L-aħħar projezzjonijiet disponibbli juru diskrepanza fil-mira ta’ 3 kt ta’ ekwivalenti ta’ CO2 fl-2030. Għalhekk, Malta jeħtiġilha tapplika miżuri addizzjonali biex tilħaq il-mira tagħha għall-2030.
Adattament għat-tibdil fil-klima
It-twaqqif tal-emissjonijiet kollha ta’ gassijiet serra xorta waħda ma jipprevjenix l-impatti klimatiċi li diġà qed iseħħu. Għalhekk, l-adattament għat-tibdil fil-klima huwa wkoll komponent ewlieni tal-politika dwar il-klima.
Malta tinsab fi tnejn minn tliet reġjuni identifikati bħala hotspots ta’ riskji klimatiċi l-aktar affettwati mit-tibdil fil-klima – in-Nofsinhar tal-Ewropa u r-reġjuni kostali li jinsabu fil-baxx. Malta għadha vulnerabbli għal għargħar urban għall-għarrieda, l-iskarsezza tal-ilma u l-mewġiet ta’ sħana, b’diskrepanza baxxa iżda li tista’ tittejjeb fil-protezzjoni tal-klima. Malta identifikat diversi setturi kritiċi li jeħtieġu adattament. Dawn jinkludu l-ġestjoni tal-ilma, l-infrastrutturi u t-trasport, l-użu tal-art u l-bini, l-agrikoltura, u s-sajd.
Malta aġġornat l-istrateġija nazzjonali ta’ adattament tagħha fl-2021 u bħalissa qed tfassal valutazzjoni tar-riskju tal-vulnerabbiltà, biex twitti t-triq għall-integrazzjoni tar-reżiljenza għall-klima fil-politiki settorjali.
Minkejja l-progress li sar dan l-aħħar, għad fadal xogħol sinifikanti xi jsir biex l-oqfsa ta’ adattament, il-politiki, l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ Malta jilħqu l-livell meħtieġ ta’ maturità.
Malta rċeviet sitt azzjonijiet prijoritarji rigward l-azzjoni klimatika fl-EIR tal-2022. Ma sar l-ebda progress fl-elettrifikazzjoni tal-flotta tal-karozzi u fl-użu tat-trasport pubbliku. Is-sehem globali tal-enerġija rinnovabbli huwa t-tieni l-aktar baxx fl-UE u l-progress huwa limitat ħafna. L-emissjonijiet mill-iskart u l-agrikoltura qed jiżdiedu. Fl-aħħar nett, il-qafas ta’ adattament ta’ Malta jeħtieġ xogħol sinifikanti minkejja l-progress reċenti.
Azzjoni prijoritarja għall-2025
·Jiġu implimentati l-politiki u l-miżuri kollha meħtieġa biex jintlaħqu l-miri stabbiliti fir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESR) u r-Regolament dwar l-Użu tal-Art u Tibdil fl-Użu tal-Art u l-Forestrija (LULUCF). Azzjonijiet prijoritarji aktar dettaljati huma stabbiliti fil-valutazzjoni tal-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima (NECP) finali (
).
Parti II: Qafas ta’ abilitazzjoni – għodod ta’ implimentazzjoni
5. Finanzjament
Il-baġit tal-UE jappoġġa l-investiment fil-klima f’Malta b’ammonti sinifikanti fil-perjodu 2021–2027, bid-dħul mill-ETS jikkontribwixxi wkoll għall-baġit nazzjonali. Matul l-2020–2022, id-dħul ta’ Malta mill-irkantar laħaq EUR 87 miljun b’kollox, u kollha kemm huma ntefqu fuq il-klima u l-enerġija.
Barra minn hekk, l-investiment annwali meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali tagħha fl-oqsma tal-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, l-ekonomija ċirkolari u l-iskart, il-protezzjoni u l-ġestjoni tal-ilma, u l-bijodiversità u l-ekosistemi huwa stmat li hu EUR 370 miljun fis-sena f’Malta.
Filwaqt li dawn l-erba’ oqsma ambjentali bħalissa jirċievu finanzjament totali ta’ madwar EUR 357 miljun fis-sena, minħabba xi diskrepanza mal-ħtiġijiet, id-diskrepanza tvarja sa EUR 90 miljun fis-sena.
Id-diskrepanza annwali fl-investiment ambjentali hija fil-biċċa l-kbira relatata mal-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis u l-ekonomija ċirkolari.
Sorsi ta’ finanzjament importanti għall-klima
Finanzjament tal-UE għall-azzjoni klimatika
Il-baġit tal-UE jappoġġa l-azzjoni klimatika fl-EU-27 b’EUR 657.8 biljun fil-perjodu baġitarju 2021–2027 fid-diversi programmi u fondi, li jirrappreżentaw livell globali ta’ kontribuzzjoni ta’ 34.3 %. Minn dan, il-politika ta’ koeżjoni tipprovdi EUR 120 biljun (aktar minn nofshom permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)), il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF, Recovery and Resilience Facility) tipprovdi EUR 275.7 biljun, u l-PAK 145.9 biljun (
).
F’Malta, il-politika ta’ koeżjoni tal-UE (meta jitqies l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-UE) tipprovdi EUR 243 miljun għall-azzjoni klimatika fl-2021–2027 (b’madwar nofshom permezz tal-FEŻR), bi EUR 13.6 miljun oħra mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (
).
L-RRF tikkontribwixxi għall-finanzjament għall-klima f’Malta b’EUR 0.23 biljun sal-2026, li jirrappreżentaw 68.8 % tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza.
Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) ipprovda finanzjament ta’ EUR 109.9 biljun fl-EU-27 bejn l-2021 u nofs l-2024 biex jappoġġa proġetti tal-enerġija, tat-trasport u tal-industrija li huma allinjati mal-objettivi klimatiċi tal-UE.
Finanzjament nazzjonali, inkluż id-dħul mis-sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet
Id-dħul mill-irkantar tal-kwoti tal-emissjonijiet taħt l-EU ETS, li jikkontribwixxi direttament għall-baġits nazzjonali, ammonta għal EUR 16 miljun fl-2020, EUR 31 miljun fl-2021 u EUR 40 miljun fl-2022 f’Malta, li jammontaw għal EUR 87 miljun fil-perjodu ta’ 3 snin. F’Malta, id-dħul kollu jmur għal fond għal proġetti dwar il-klima u l-enerġija, li huwa wkoll kofinanzjat mill-baġit ġenerali (
).
Mill-bqija tad-dħul tal-EU ETS li jikkontribwixxi għall-Fond għall-Innovazzjoni u l-Fond għall-Modernizzazzjoni, hemm aktar appoġġ disponibbli għall-azzjoni klimatika fil-livell tal-UE().
Ta’ min jinnota li l-investiment fl-azzjoni klimatika jappoġġa wkoll l-ambjent u, għalhekk, l-investimenti ambjentali deskritti fit-taqsimiet li ġejjin ma jistgħux jitqiesu bħala kompletament addizzjonali għall-investiment fil-klima.
Finanzjament u investimenti ambjentali
Din it-taqsima tiddeskrivi l-ħtiġijiet ta’ investiment ta’ Malta, il-finanzjament attwali u l-lakuni peress li huma relatati mal-erba’ objettivi ambjentali lil hinn mill-objettivi klimatiċi, jiġifieri l-indirizzar tat-tniġġis, l-ekonomija ċirkolari u l-iskart, il-protezzjoni u l-ġestjoni tal-ilma, u l-bijodiversità u l-ekosistemi.
L-ambjent b’mod ġenerali
Ħtiġijiet tal-investiment
L-investiment ambjentali ġenerali jeħtieġ li jkun biżżejjed biex Malta tkun tista’ tilħaq l-objettivi tagħha fl-oqsma tal-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, l-ekonomija ċirkolari u l-iskart, il-protezzjoni u l-ġestjoni tal-ilma, u l-bijodiversità u l-ekosistemi. L-investiment meħtieġ huwa stmat għal EUR 370 miljun fis-sena (fi prezzijiet tal-2022).
Parti sinifikanti tar-rekwiżit stmat, madwar EUR 248 miljun fis-sena, tista’ tiġi attribwita għall-ħtieġa li tiġi appoġġata l-ekonomija ċirkolari. Għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis u l-ilma, il-ħtiġijiet annwali huma madwar EUR 60 miljun fis-sena (kull wieħed), u għall-bijodiversità u l-ekosistemi huma mill-inqas EUR 5 miljuni fis-sena (fi prezzijiet tal-2022).
Investimenti attwali
Biex jiġu implimentati l-investimenti ambjentali meħtieġa, il-finanzjament disponibbli bħalissa huwa stmat li jilħaq it-EUR 357 miljun fis-sena f’Malta minn sorsi tal-UE u nazzjonali kkombinati (fi prezzijiet tal-2022).
Il-finanzjament ambjentali totali mill-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) huwa stmat li jilħaq madwar it-EUR 313.1 miljun għal Malta b’kollox, matul l-2021–2027 (jew EUR 44.7 miljun fis-sena).
Tabella 1: Allokazzjonijiet ambjentali ewlenin mill-fondi tal-UE lil Malta (f’miljuni ta’ EUR), 2021–2027
|
Strument
|
Allokazzjonijiet
|
|
Politka ta’ koeżjoni
FEŻR
Fond ta’ Koeżjoni
Fond għal Tranżizzjoni Ġusta
|
219.5 (a)
104.9
105.3
9.3
|
|
PAK
Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija
Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali
|
38.4 (b)
11.0
27.4
|
|
Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura
|
8.6
|
|
Sorsi oħra tal-QFP
|
46.6 (c)
|
|
RRFd (2021–2026)
|
93.7
|
(a)
Il-Kummissjoni Ewropea, allokazzjonijiet (ippjanati) mill-politika ta' koeżjoni 2021-2027 f'ammont tal-UE eskluż il-kofinanzjament nazzjonali, abbażi tat-traċċar fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (RDK, 2021) l-Anness I. Innota l-bdil potenzjali fid-data li seta’ rriżulta bejn id-data limitu tat-tħejjija tal-EIR (il-31 ta’ Ottubru 2024) u d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu. Sors u aktar informazzjoni:
https://cohesiondata.ec.europa.eu/2021-2027-Categorisation/2021-2027-Planned-finances-detailed-categorisation/hgyj-gyin/about_data
.
(b)
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1), l-Anness XI,
https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2021/2115
.
Innota li l-perjodu 2021–2027 jgħaqqad id-data fattwali għall-2021 u l-2022 u n-nefqa skont l-objettivi speċifiċi (SOs, specific objectives) rilevanti tal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK mill-2023, bl-użu tal-metodoloġija tal-UE għat-traċċar tal-bijodiversità (https://commission.europa.eu/system/files/2023-06/Biodiversity%20tracking%20methodology%20for%20each%20programme%202023.pdf). Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.
(c)
Il-Fond Spazjali, Orizzont Ewropa, l-istrument finanzjarju għall-ambjent u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.
(d)
Barra mill-QFP. Innota li l-RRF tapplika skema ta’ traċċar ambjentali simili (stabbilita fir-Regolament RRF, l-Anness VI) bħall-politika ta’ koeżjoni tal-UE. Il-verżjoni tas-sett tad-data tal-RRF użata: Lulju 2024, qabel ir-reviżjonijiet tal-2025. Sors tad-data: Il-Kummissjoni Ewropea.
Malta, minbarra li tirċievi fondi tal-UE allokati speċifikament għaliha fl-2021–2027, tista’ tibbenefika wkoll minn programmi ta’ finanzjament li jistgħu jiġu aċċessati fil-livell tal-UE u li huma miftuħa għall-Istati Membri kollha. Dawn jinkludu l-istrument ta’ finanzjament għall-programm għall-ambjent (LIFE) (EUR 5.4 biljun), Orizzont Ewropa (EUR 95.5 biljun), il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (EUR 33.7 biljun) u fondi li jistgħu jiġu mobilizzati permezz tal-programm InvestEU.
Il-pjan ta’ Malta għall-irkupru u r-reżiljenza jappoġġa l-objettivi klimatiċi permezz ta’ finanzjament ta’ EUR 0.23 biljun (68.8 % tat-total), mingħajr ebda ammont addizzjonali għall-ambjent.
In-nefqa nazzjonali totali tal-UE fuq il-protezzjoni ambjentali (nefqa operattiva flimkien ma’ nefqa kapitali) kienet EUR 298 biljun fl-2020 u EUR 321 biljun fl-2021, li tirrappreżenta madwar 2.2 % tal-PDG tal-EU-27. F’Malta, in-nefqa nazzjonali totali għall-protezzjoni ambjentali kienet EUR 331 miljun fl-2020 u EUR 327 miljun fl-2021, li jirrappreżentaw 2.5 % u 2.1 % tal-PDG, rispettivament.
In-nefqa kapitali nazzjonali (investiment) fuq il-protezzjoni ambjentali fl-EU-27 ammontat għal EUR 54.5 biljun fl-2020 u EUR 59.9 biljun fl-2021, li jirrappreżentaw madwar 0.4 % tal-PDG tal-UE. F’Malta, l-investiment nazzjonali għall-protezzjoni ambjentali laħaq EUR 58 miljun fl-2020, u naqas għal EUR 49 miljun fl-2021, li jirrappreżenta madwar 0.3–0.4 % tal-PDG.
Meta jiġi diżaggregat skont is-settur istituzzjonali, 19 % tal-investiment nazzjonali ta’ Malta għall-protezzjoni ambjentali (nefqa kapitali) ġej mill-baġit ġenerali tal-gvern, bi 72 % ġej minn produtturi speċjalizzati fis-settur privat (ta’ servizzi ta’ protezzjoni ambjentali, bħal kumpaniji tal-iskart u tal-ilma) u 9 % mis-settur tan-negozju, li l-attivitajiet ambjentali tiegħu huma normalment anċillari għall-attivitajiet ewlenin tiegħu. Fil-livell tal-UE, 38 % tal-investiment għall-protezzjoni ambjentali ġej mill-gvernijiet, 40 % minn produtturi speċjalizzati fis-settur privat u 22 % mis-settur tan-negozju ġenerali.
Il-finanzjament totali ta’ Malta għall-investiment ambjentali jilħaq madwar EUR 357 miljun fis-sena (fi prezzijiet tal-2022), inkluż il-finanzjament tal-UE u n-nefqa pubblika u privata nazzjonali. Mit-total, is-sehem tal-fondi tal-UE (inklużi l-fondi tal-BEI) jilħaq 15 %, b’madwar 85 % tal-finanzjament nazzjonali. Il-finanzjament pubbliku totali (l-UE flimkien mal-pubbliku nazzjonali) jirrappreżenta 31 % tat-total.
Id-diskrepanza
Biex tilħaq l-erba’ objettivi ambjentali tagħha lil hinn mit-tibdil fil-klima, il-ħtieġa ta’ investiment addizzjonali fuq il-livelli attwali (jiġifieri d-diskrepanza) tilħaq stima ta’ EUR 90 miljun fis-sena f’Malta, li tirrappreżenta madwar 0.53 % tal-PDG nazzjonali, li hija inqas mill-medja tal-UE (0.77 %).
Illustrazzjoni 30: Finanzjament, ħtiġijiet u lakuni ambjentali għal kull Stat Membru (% tal-PDG)
Sors: Analiżi tad-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent.
It-tabella li ġejja tipprovdi d-distribuzzjonijiet tad-diskrepanza fl-investiment ambjentali ta’ Malta (espressa f’diversi forom) skont l-objettiv ambjentali.
Tabella 2: Sommarju tad-diskrepanzi fl-investiment ambjentali f’Malta fis-sena, 2021–2027
|
Objettiv ambjentali
|
Diskrepanza fl-investiment kull sena
|
|
|
Miljuni ta’ EUR (prezzijiet tal-2022)
|
% tat-total
|
% tal-PDG
|
|
Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis
|
32
|
36.1
|
0.2
|
|
Ekonomija ċirkolari u skart
|
31
|
34.6
|
0.2
|
|
Ġestjoni tal-ilma u industriji tal-ilma
|
26
|
29.3
|
0.2
|
|
Bijodiversità u ekosistemi
|
–
|
–
|
–
|
|
Totali
|
90
|
100.0
|
0.53
|
NB: Għall-bijodiversità, il-konsistenza tad-data għandha tiġi vverifikata aktar.
Sors: Analiżi tad-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent.
Prevenzjoni u kontroll tat-tniġġis
Ħtiġijiet tal-investiment
Fil-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, il-ħtiġijiet ta’ investiment ta’ Malta huma stmati li jilħqu EUR 57 miljun fis-sena (inklużi l-investimenti tal-linja bażi) fl-2021–2027. Il-biċċa l-kbira tagħhom, EUR 49 miljun, huma relatati mal-kontroll tat-tniġġis tal-arja, biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-arja nadifa għall-ħames sustanzi niġġiesa tal-arja ewlenin skont l-NECD sal-2030. Il-ħtiġijiet stmati biex jitnaqqas l-istorbju ambjentali jilħqu EUR 26 miljun fis-sena, li l-biċċa l-kbira minnhom jitwasslu permezz ta’ (l-istess) investimenti fl-enerġija u t-trasport sostenibbli li jservu wkoll b’risq arja nadifa. Ir-rimedju tas-siti industrijali jeħtieġ madwar EUR 3 miljun fis-sena. It-tniġġis mill-mikroplastiċi u l-istrateġija dwar is-sustanzi kimiċi jeħtieġu madwar EUR 2 miljun fis-sena (kull wieħed).
Investimenti attwali
Il-livelli ta’ investiment attwali li jappoġġaw il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis jilħqu madwar EUR 24 miljun fis-sena f’Malta fl-2021–2027. Il-biċċa l-kbira tal-finanzjament huwa ta’ benefiċċju għall-arja nadifa u għall-istorbju.
F’Malta, il-QFP tal-UE jipprovdi madwar 46 % tal-finanzjament għal arja nadifa (l-aktar permezz tal-politika ta’ koeżjoni), bi 52 % oħra mill-RRF, li jammontaw għal 98 % tat-total. Is-sorsi nazzjonali jilħqu it-2 %.
Id-diskrepanza
Sabiex tilħaq l-objettivi ambjentali tagħha dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis (lejn tniġġis żero), Malta jeħtieġ li tipprovdi EUR 32 miljun addizzjonali fis-sena (0.19 % tal-PDG), l-aktar relatati mal-arja nadifa u mal-istorbju. L-implimentazzjoni adegwata tal-NECP bl-investimenti inklużi għall-enerġija u t-trasport sostenibbli fil-biċċa l-kbira twassal dan, filwaqt li f’ħafna Stati Membri jistgħu jkunu meħtieġa miżuri u investimenti addizzjonali biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-tnaqqis fl-ammonijaka.
Skont l-aħħar rapport ta’ rieżami (2023) tal-NAPCP (), Malta kkonformat mar-rekwiżiti tat-tnaqqis fl-ammonijaka fl-2020 u fl-2021, u lanqas mhija f’riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mal-ammonijaka fir-rigward tal-impenji tal-NECD għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-2030, abbażi tal-politiki u l-miżuri fl-NAPCP tagħha li jqisu l-pjanijiet u l-linji bażi dwar il-klima, l-enerġija u l-PAK u l-finanzjament.
Ekonomija ċirkolari u skart
Ħtiġijiet tal-investiment
Il-ħtiġijiet ta’ investiment ta’ Malta fl-ekonomija ċirkolari u l-iskart jilħqu EUR 248 biljun fis-sena (inklużi l-investimenti tal-linja bażi). Il-biċċa l-kbira ta’ dawn, madwar EUR 212 miljun fis-sena, huma relatati ma’ miżuri tal-ekonomija ċirkolari fis-sistemi tal-mobbiltà, tal-ikel u tal-ambjent mibni, b’EUR 35 miljun oħra meħtieġa għall-immaniġġar tal-iskart (skart muniċipali u mill-imballaġġ), li jkopru l-ġbir tal-iskart, it-trattament tal-bijoskart, ir-riproċessuri tar-riċiklaġġ, il-faċilitajiet tas-separazzjoni tal-iskart, u d-diġitalizzazzjoni tar-reġistru tal-iskart. L-ammont għall-iskart jeskludi l-investimenti meħtieġa għall-adozzjoni taċ-ċirkolarità u l-prevenzjoni tal-iskart fl-ekonomija kollha.
Investimenti attwali
L-investimenti fl-ekonomija ċirkolari fl-ekonomija kollha jilħqu madwar EUR 187 miljun fis-sena f’Malta fl-2021–2027, b’EUR 29 miljun oħra pprovduti għall-immaniġġar tal-iskart li ma jikkostitwixxix ekonomija ċirkolari.
Madwar 2.4 % ta’ dan il-finanzjament ikkombinat għaċ-ċirkolarità u l-iskart jiġi mill-QFP tal-UE, mingħajr ebda kontribuzzjoni ulterjuri mill-RRF. Is-sehem tas-sorsi nazzjonali jilħaq 97.6 % tal-finanzjament totali.
Id-diskrepanza
Biex tilħaq l-objettivi ambjentali tagħha dwar l-ekonomija ċirkolari u l-iskart, Malta jeħtieġ li żżid l-investimenti fl-ekonomija ċirkolari b’madwar EUR 25 miljun fis-sena, b’EUR 6 miljun addizzjonali li jikkonċernaw l-azzjoni tal-immaniġġar tal-iskart, li ma jappartjenux għall-ekonomija ċirkolari. Flimkien, dan jammonta għal EUR 31 miljun fis-sena, li jirrappreżentaw 0.18 % tal-PDG ta’ Malta.
Mid-diskrepanza fl-ekonomija ċirkolari, EUR 7 miljun huma relatati ma’ inizjattivi reċenti, bħall-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, it-tikkettar u l-għodod diġitali, ir-riċiklaġġ tas-CRM, u l-miżuri proposti skont l-emenda tad-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, u EUR 19 miljun jikkostitwixxu ħtieġa ulterjuri ta’ investiment biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-ekonomija ċirkolari ta’ Malta.
Protezzjoni u ġestjoni tal-ilma
Il-ħtiġijiet tal-investiment
Il-ħtiġijiet annwali ta’ investiment fl-ilma jilħqu madwar EUR 61 miljun (fi prezzijiet tal-2022) f’Malta. Dan jinkludi kemm il-ħtiġijiet ta’ investiment għall-industrija tal-ilma kif ukoll dawk għall-protezzjoni u l-ġestjoni tal-ilma. Mill-ħtieġa annwali totali, EUR 13-il miljun huma relatati mal-ġestjoni tal-ilma mormi (inklużi wkoll il-kostijiet addizzjonali assoċjati mal-UWWTD riveduta). EUR 25 miljun oħra huma meħtieġa għal investimenti relatati mal-ilma tax-xorb u madwar EUR 23 miljun għall-protezzjoni u l-ġestjoni tal-ilma.
Investimenti attwali
L-investimenti fl-ilma f’Malta huma stmati għal madwar EUR 60 miljun fis-sena (fi prezzijiet tal-2022) fl-2021–2027. Minn dawn, EUR 39 miljun jappoġġaw il-ġestjoni tal-ilma mormi u EUR 21 miljun l-ilma tax-xorb.
Mill-finanzjament totali, 19.7 % huwa pprovdut mill-QFP tal-UE (l-aktar permezz tal-politika ta’ koeżjoni), mingħajr aktar appoġġ mill-RRF. Il-biċċa l-kbira tal-finanzjament ġej minn sorsi nazzjonali (80.3 %).
Id-diskrepanza
Minkejja li l-livell attwali ta’ finanzjament tal-ilma ta’ Malta jidher li huwa konformi ma’ dak tal-ħtiġijiet, hemm diskrepanza ta’ EUR 26 miljun fl-investiment fl-ilma biex jintlaħqu d-diversi miri ambjentali skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u d-Direttiva dwar l-Għargħar, li tirriżulta minn diskrepanza strutturali fil-finanzjament u l-ħtiġijiet: filwaqt li l-finanzjament fil-ġestjoni tal-ilma mormi jidher li huwa biżżejjed, jidher li hemm lakuna fil-finanzjament fir-rigward tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma b’mod ġenerali.
Bijodiversità u ekosistemi
Il-ħtiġijiet tal-investiment
Il-ħtiġijiet ta’ investiment għall-bijodiversità u l-ekosistemi huma stmati għal EUR 5 miljun fis-sena (fi prezzijiet tal-2022) f’Malta fl-2021–2027. Dan jinkludi l-ħtiġijiet ta’ finanzjament li ġejjin:
·Il-qafas ta’ azzjoni prijoritizzat ta’ Malta dwar iż-żoni tan-Natura 2000: EUR 26 miljun fis-sena, fil-biċċa l-kbira kostijiet operazzjonali;
·kostijiet addizzjonali tal-BDS (jista’ jkun hemm kostijiet addizzjonali, iżda l-kost annwali tal-istrateġija huwa aktar baxx mill-kostijiet tal-qafas);
·kostijiet ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija: EUR 1.3 miljun fis-sena.
Investimenti attwali
Il-livell attwali ta’ finanzjament tal-bijodiversità huwa stmat għal EUR 56 miljun fis-sena (fi prezzijiet tal-2022) fl-2021–2027. 90 % ta’ dan jitqies bħala finanzjament dirett għall-bijodiversità u l-ekosistemi, b’koeffiċjent ta’ 100 % fl-iskemi ta’ traċċar.
4.5 % tal-finanzjament totali huwa stmat li ġej mill-politika ta’ koeżjoni tal-UE, 9.2 % mill-PAK, 5,79 % minn Orizzont Ewropa, madwar 2.2 % minn LIFE u 1.9 % mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura. Il-QFP tal-UE flimkien jammonta għal 24.3 % tal-finanzjament. Il-bqija, 76 %, jiġi minn sorsi nazzjonali.
Malta hija l-Istat Membru bit-tieni l-ogħla sehem ta’ finanzjament tal-bijodiversità pprogrammat taħt il-PAK: 25.7 % tal-baġit kollu tal-PAK għal Malta huwa stmat li jikkontribwixxi għall-bijodiversità. Madankollu, 5 % biss tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni fl-2021–2027 (mingħajr ma jitqies l-FSE+) huma previsti li jappoġġaw il-bijodiversità, u l-ebda fond tal-RRF ma ġie pprogrammat għal investimenti fil-bijodiversità f’Malta.
Illustrazzjoni 31: kontribuzzjonijiet tal-2021–2027 għall-bijodiversità mill-istrumenti ewlenin tal-UE għal kull Stat Membru (% tat-total tal-politika)
NB: L-FSE+, il-Fond Soċjali Ewropew Plus.
Id-diskrepanza
Sabiex jintlaħqu l-objettivi ambjentali li jikkonċernaw il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi u miżuri trażversali rilevanti oħra, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, ma tistax tiġi osservata diskrepanza sinifikanti fl-investiment fil-każ ta’ Malta.
Ġestjoni tal-finanzi pubbliċi
Prattiki tal-ibbaġitjar ekoloġiku
L-ibbaġitjar ekoloġiku jirreferi għall-użu ta’ għodod baġitarji biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi u ambjentali. Xi Stati Membri diġà jużaw għodod ta’ bbaġitjar ekoloġiku biex jidentifikaw u jittraċċaw l-infiq u/jew id-dħul ekoloġiku (
). Il-prattiki tal-ibbaġitjar ekoloġiku jipprovdu aktar trasparenza dwar l-implikazzjonijiet ambjentali tal-politiki baġitarji.
Il-Kummissjoni żviluppat qafas ta’ referenza tal-ibbaġitjar ekoloġiku mhux obbligatorju li jiġbor flimkien metodoloġiji għall-valutazzjoni tal-impatti tal-baġits fuq l-għanijiet klimatiċi u ambjentali ().
Biex tgħin lill-Istati Membri jiżviluppaw ibbaġitjar ekoloġiku nazzjonali u b’hekk ittejjeb il-koerenza tal-politika u tappoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika, il-Kummissjoni ffaċilitat proġett tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (TSI, Technical Support Instrument) dwar l-ibbaġitjar ekoloġiku mill-2021 sal-2024 (), li fih ipparteċipat Malta.
Lil hinn mill-ibbaġitjar ekoloġiku, biex ittejjeb l-eżiti tal-politika, il-Kummissjoni fasslet ukoll gwida dwar il-protezzjoni kontra t-tibdil fil-klima u l-verifika tas-sostenibbiltà (
) bħala għodod biex jiġu vvalutati l-eliġibbiltà tal-proġetti u l-konformità mal-leġiżlazzjoni u l-kriterji ambjentali.
Tassazzjoni ekoloġika u riforma tat-taxxa
It-taxxi ambjentali totali ammontaw għal EUR 287 miljun f’Malta fl-2022, li jirrappreżentaw 1.7 % tal-PDG tagħha (medja tal-UE: 2.0 %). It-taxxi fuq l-enerġija ffurmaw l-akbar komponent tat-taxxi ambjentali, li jammontaw għal 0.8 % tal-PDG, li huwa inqas mill-medja tal-UE ta’ 1.6 %. It-taxxi fuq it-trasport, ta’ 0.63 % tal-PDG, kienu ogħla mill-medja tal-UE (0.4 %), kif ukoll it-taxxi fuq it-tniġġis u r-riżorsi fil-livell ta’ 0.18 % (medja tal-UE: 0.08 %). Fl-2022, it-taxxi ambjentali f’Malta ammontaw għal 5.8 % tad-dħul totali mit-taxxi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (ftit taħt il-medja tal-UE ta’ 5.0 %).
Illustrazzjoni 32: Taxxi ambjentali għal kull Stat Membru, 2022
Il-Patt Ekoloġiku tal-UE jenfasizza r-rwol ta’ riformi tat-taxxa mfassla tajjeb (eż. bidliet mit-tassazzjoni tax-xogħol għall-intaxxar tat-tniġġis) biex tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku u r-reżiljenza, u biex titrawwem soċjetà aktar ġusta u tranżizzjoni ġusta permezz tas-sinjali tal-prezzijiet it-tajba. Il-Patt Ekoloġiku jippromwovi l-“prinċipju ta’ min iniġġes iħallas”, li jġiegħel lil min iniġġes iġarrab il-kostijiet biex jipprevjeni, jikkontrolla u jirrimedja t-tniġġis.
Skont studju tal-2024, Malta tapplika imposta fuq ir-rimi tal-iskart solidu (tariffa għar-rimi fil-landills), imposti fuq il-plastik u t-tajers, taxxa fuq il-kaċċa u s-sajd u imposta volumetrika għar-rimi tal-ilma.
Bonds ekoloġiċi u bonds sostenibbli
Fl-2023, il-valur totali tal-bonds ekoloġiċi maħruġa mill-Istati Membri kien USD 245 biljun (EUR 227 biljun), li jfisser żieda minn USD 234 biljun (EUR 198 biljun) fl-2021.()
F’Awwissu 2023, l-ewwel bond ekoloġiku ta’ Malta nħareġ mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bi kwotazzjoni ta’ EUR 25 miljun. Il-bond ekoloġiku se jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-impjant tal-osmożi inversa mill-aktar avvanzat ta’ Għawdex fil-Bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien; azjendi agrikoli solari li jiġġeneraw enerġija rinnovabbli u jnaqqsu d-dipendenza tas-servizzi tal-ilma fuq il-fjuwils fossili; impjanti tat-trattament tal-ilma mormi li jtejbu l-kwalità tal-ilma u jnaqqsu t-tniġġis; u network tal-ilma msaħħaħ li jnaqqas l-ilma mingħajr dħul u jtejjeb l-effiċjenza.
Matul l-2014–2023, 83 % tal-bonds ekoloġiċi maħruġa mill-pajjiżi Ewropej (esklużi l-entitajiet supranazzjonali) kienu mmirati għall-objettivi fl-enerġija, fil-bini jew fit-trasport, filwaqt li 5 % appoġġaw objettivi fl-ilma, 5.1 % kienu relatati mal-użu tal-art (b’rabtiet man-natura u mal-ekosistemi) u 3.8 % kienu japplikaw għall-immaniġġar tal-iskart. Sal-2023, is-sehem ikkombinat tal-enerġija, tal-bini u tat-trasport kien naqas għal 73 %, is-sehem tal-immaniġġar tal-iskart u tal-użu tal-art kien żdied (għal 5.9 % u 8.4 %, rispettivament) u s-sehem tal-ilma kien baqa’ madwar 5 %.
Fl-2021–2023, 31.7 % tal-bonds ekoloġiċi Ewropej (esklużi dawk maħruġa minn entitajiet supranazzjonali) inħarġu minn korporattivi finanzjarji, 29.1 % minn gvernijiet sovrani u 23.1 % minn korporattivi mhux finanzjarji. 8.3 % tal-ħruġ kien marbut ma’ entitajiet appoġġati mill-gvern, 6.4 % ma’ banek ta’ żvilupp u 1.4 % ma’ gvernijiet lokali.
Illustrazzjoni 33: Valur tal-bonds ekoloġiċi maħruġa għal kull Stat Membru (EUR biljun), 2021, 2022 u 2023
Sors ta’ data: Climatebonds.net, b’xi data addizzjonali minn sorsi nazzjonali (eż. il-Kroazja, is-Slovenja).
Sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent
L-indirizzar u l-eliminazzjoni gradwali tas-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent, b’mod partikolari s-sussidji għall-fjuwils fossili (FFS, fossil fuel subsidy), huma pass ieħor lejn l-ilħuq tal-objettivi tat-tmien programm ta’ azzjoni ambjentali u l-kundizzjonijiet abilitanti (). L-FFS jiswew ħafna flus għall-baġits pubbliċi u jagħmluha diffiċli biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.
Ix-xejra ’l isfel ġenerali tal-FFS imsemmija fl-EIRs tal-passat ġiet imfixkla mill-2022 minħabba r-rispons Ewropew għall-kriżi tal-enerġija tal-2021 u ż-żieda sussegwenti fil-prezzijiet tal-enerġija.
Bħala konsegwenza diretta, l-FFS annwali fl-UE żdiedu għal EUR 109 biljun fl-2023 minn EUR 57 biljun fl-2020. Mill-2021 sal-2023, kien hemm żieda sinifikanti fl-FFS annwali ta’ 72 % fl-UE (
).
Għall-maġġoranza tal-Istati Membri (16), is-sena 2022 rat l-ogħla livell fl-ammont tal-FFS globali. Imbagħad ġie osservat tnaqqis fl-2023 (
). B’mod partikolari, l-FFS għall-faħam u l-linjite, il-gass naturali u ż-żejt żdiedu fl-2022 u ġiet osservata żieda qawwija għas-sussidji għall-gass naturali.
F’Malta, is-sussidji tal-enerġija żdiedu mill-2021, u laħqu EUR 0.7 biljun fl-2023. Il-FFS baqgħet madwar EUR 10–15-il miljun bejn l-2015 u l-2020, u żdiedet għal EUR 0.2 biljun fl-2021 u għal 0.6 biljun fl-2023.
Bħala sehem tal-PDG, l-FFS fl-2022 varja minn 1.8 % fil-Kroazja għal inqas minn 0.1 % fid-Danimarka u fl-Iżvezja. Il-valur ta’ Malta laħaq 1.6 %, ogħla mill-medja tal-UE (0.8 %).
Illustrazzjoni 34: Sussidji tal-enerġija skont it-trasportatur tal-enerġija (f’biljuni ta’ EUR), 2015–2023
NB: Sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (RES, Renewable Energy Source).
Sors: analiżi tad-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija
L-EIR tal-2022 ipprovda azzjonijiet prijoritarji lil Malta biex (i) tfassal strateġija ta’ finanzjament ambjentali biex timmassimizza l-opportunitajiet ħalli jingħalqu l-lakuni fl-implimentazzjoni ambjentali, filwaqt li tlaqqa’ flimkien il-livelli amministrattivi rilevanti kollha; u (ii) tiżgura livell ogħla ta’ finanzjament għall-ambjent, b’mod partikolari minn sorsi privati (li bħalissa huma madwar terz tat-total), biex ikopru l-livell għoli ta’ ħtiġijiet ta’ investiment fl-objettivi ambjentali kollha billi jagħlqu d-diskrepanzi fl-investiment.
Il-livell ġenerali tad-diskrepanza fl-investiment ambjentali ta’ Malta naqas mill-2022 u huwa aktar baxx (0.08 % tal-PDG) mill-medja tal-UE.
Azzjoni prijoritarja għall-2025
·Jintuża aktar finanzjament nazzjonali (pereżempju billi jiżdiedu t-taxxi favur l-ambjent u jitnaqqsu s-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent), il-finanzjament tal-UE u l-finanzjament privat biex jgħinu ħalli titnaqqas id-diskrepanza fl-investiment.
6. Governanza ambjentali
Informazzjoni, parteċipazzjoni pubblika u aċċess għall-ġustizzja
Iċ-ċittadini jistgħu jipproteġu l-ambjent b’mod aktar effettiv jekk jiddependu fuq it-tliet “pilastri” tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus: (i) l-aċċess għall-informazzjoni, (ii) il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet u (iii) l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali. Għall-awtoritajiet pubbliċi, għall-pubbliku u għan-negozji huwa tassew importati li l-informazzjoni ambjentali tinqasam b’mod effiċjenti u effettiv(). Il-parteċipazzjoni pubblika tippermetti lill-awtoritajiet jieħdu deċiżjonijiet li jqisu t-tħassib tal-pubbliku. L-aċċess għall-ġustizzja huwa sett ta’ garanziji li jippermetti liċ-ċittadini u lill-NGOs jużaw il-qrati nazzjonali biex jipproteġu l-ambjent, jissalvagwardjaw id-drittijiet taċ-ċittadini u jiżguraw ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet(). Huwa jinkludi d-dritt li jiġu ppreżentati kontestazzjonijiet legali (“pożizzjoni legali”) ().
Informazzjoni ambjentali
Din it-taqsima tiffoka fuq l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire, Infrastructure for Spatial Information in the European Community). Id-Direttiva Inspire għandha l-għan li tistabbilixxi infrastruttura Ewropea tad-data spazjali għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni spazjali ambjentali bejn l-awtoritajiet pubbliċi madwar l-Ewropa. Mistenni li dan se jgħin fit-tfassil tal-politika bejn il-fruntieri u jiffaċilita l-aċċess pubbliku għal din l-informazzjoni. L-informazzjoni ġeografika hija meħtieġa għal governanza tajba fil-livelli kollha u għandha tkun disponibbli faċilment u b’mod trasparenti.
Il-prestazzjoni ta’ Malta fl-implimentazzjoni tad-Direttiva INSPIRE hija sostanzjali u ġiet rieżaminata abbażi tal-iskeda tal-pajjiż tal-2023 (
) (ara t-Tabella 3).
Tabella 3: Dashboard ta’ Malta dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva Inspire, 2016–2022
|
|
2016
|
2023
|
Didaskalija
|
|
Koordinazzjoni effettiva u kondiviżjoni tad-data
|
■ L-implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni hija sostanzjali jew (kważi) issodisfata. Il-kwistjonijiet pendenti huma minuri u jistgħu jiġu indirizzati faċilment. Perċentwali > 89 %
■ L-implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni bdiet u għamlet xi progress jew progress sostanzjali iżda għadha mhix qrib biex titlesta. Perċentwali = 31–89 %
■ L-implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni qed taqa’ lura b’mod sinifikanti, bi progress limitat jew l-ebda progress. Meħtieġa sforzi serji biex jingħalaq id-distakk fl-implimentazzjoni. Perċentwali < 31 %
|
|
L-iżgurar ta’ koordinazzjoni effettiva
|
■
|
■
|
|
|
Il-kondiviżjoni tad-data mingħajr ostakli
|
■
|
■
|
|
|
Indikaturi tal-prestazzjoni ta’ Inspire
|
|
|
(i) Konformità tal-metadata
|
■
|
■
|
|
|
(ii) Konformità tas-settijiet tad-data spazjali
|
■
|
■
|
|
|
(iii) Aċċessibbiltà ta’ settijiet ta’ data spazjali permezz ta’ servizzi ta’ viżjoni u tniżżil
|
■
|
■
|
|
|
(iv) Konformità tas-servizzi tan-network
|
■
|
■
|
|
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, “Malta”, Inspire Knowledge Base,
https://knowledge-base.inspire.ec.europa.eu/malta_en
.
Parteċipazzjoni pubblika
L-involviment pubbliku kemm fil-fażi tal-ippjanar kif ukoll fil-fażi tal-proġett jimmassimizza t-trasparenza u l-aċċettazzjoni soċjali tal-programmi u l-proġetti. Il-konsultazzjoni mal-pubbliku (inklużi l-NGOs) u l-awtoritajiet ambjentali, lokali u reġjonali hija karatteristika ewlenija ta’ proċedura effettiva ta’ valutazzjoni tal-impatt. Tali konsultazzjoni tipprovdi wkoll opportunità għall-awtoritajiet pubbliċi u għall-promoturi tal-proġetti biex jinvolvu ruħhom mal-pubbliku b’mod attiv u sinifikanti billi jagħmlu l-informazzjoni dwar l-effetti sinifikanti probabbli disponibbli b’mod wiesa’. Jekk jitwettaq bid-diliġenza dovuta u filwaqt li jitqies il-kontribut pubbliku utli, dan il-proċess iwassal għal teħid ta’ deċiżjonijiet infurmat aħjar u jista’ jippromwovi l-aċċettazzjoni pubblika. Id-disponibbiltà tal-informazzjoni żżid l-involviment tal-partijiet ikkonċernati, u b’hekk tnaqqas ir-reżistenza, u tipprevjeni (jew timminimizza) il-litigazzjoni. Min-naħa l-oħra, huwa importanti ħafna li l-proċedura tkun effettiva.
Din it-taqsima teżamina kif l-involviment pubbliku u t-trasparenza huma żgurati taħt żewġ strumenti, jiġifieri d-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali (VIA) u d-Direttiva () dwar il-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika (VAS) ().
Il-liġi tal-UE tipprevedi qafas flessibbli dwar l-EIA. L-għan ta’ dan il-qafas huwa li jiżgura l-applikazzjoni tas-salvagwardji ambjentali meħtieġa, filwaqt li jippermetti l-approvazzjoni rapida tal-proġetti. Il-Kummissjoni kkontribwiet għas-simplifikazzjoni u l-aċċellerazzjoni tal-permessi għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli u tkompli tappoġġa lill-Istati Membri f’dan ir-rigward
. Malta diġà ħadet passi bl-għan li taċċellera l-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi filwaqt li tieħu vantaġġ mill-flessibbiltajiet wiesgħa offruti mill-qafas legali tal-UE, bħall-istabbiliment ta’ punti uniċi ta’ servizz u skadenzi qosra aċċellerati għall-ħruġ ta’ permessi għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli.
Il-veloċità medja fl-UE għall-ħruġ ta’ permessi li jinvolvu proċedura VIA hija ta’ 20.6 xahar, b’durata minima ta’ 11.4-il xahar u durata massima ta’ 75.7 xahar(). It-tul ta’ kull pass fi proċess tal-VIA (skrinjar, ambitu, rapport tal-VIA, konsultazzjoni pubblika, konklużjoni motivata, kunsens għall-iżvilupp) ivarja b’mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri u l-proġetti. Id-data disponibbli għal Malta turi li l-veloċità medja tagħha għall-ħruġ ta’ permessi li jinvolvu proċess ta’ VIA (25.3 xahar) hija aktar bil-mod mill-medja tal-UE. L-użu effettiv tal-proċeduri tal-UE jista’ jinfluwenza b’mod pożittiv l-approvazzjoni f’waqtha tal-attivitajiet li jirfdu d-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija fit-triq lejn emissjonijiet żero netti sal-2050.
Għadu mhux disponibbli rapport ġdid dwar l-applikazzjoni u l-effettività tad-Direttiva VAS fl-UE. Madankollu, ġie ppubblikat studju ta’ appoġġ b’informazzjoni skont l-Istat Membru ().
Kif imsemmi fl-EIR tal-2022, is-sit web tal-ERA ta’ Malta jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar il-proċessi tal-VIA u tal-VAS .
Aċċess għall-ġustizzja
L-aċċess għall-ġustizzja, iggarantit mill-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, huwa dritt fundamentali u parti mill-proċess demokratiku. Huwa vitali li tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa tad-dritt tal-UE fl-Istati Membri kollha u l-protezzjoni legali tad-drittijiet tal-individwi, inkluż fi kwistjonijiet ambjentali. L-aċċess għall-ġustizzja huwa essenzjali biex jippermetti stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi u biex jippermetti l-korrezzjoni ta’ kwalunkwe għemil ħażin imwettaq minn dawn l-awtoritajiet.
Din it-taqsima tipprovdi stampa tas-sitwazzjoni attwali tal-aċċess għall-qrati mill-pubbliku, b’mod partikolari fir-rigward ta’ pjanijiet ta’ sfida, jew in-nuqqas ta’ adozzjoni ta’ pjanijiet, skont id-dritt tal-UE, fl-oqsma tal-ilma, l-iskart, il-kwalità tal-arja u l-istorbju, irrispettivament mill-forma tal-att legali (jiġifieri att regolatorju jew deċiżjoni amministrattiva).
Kif imsemmi fl-EIR tal-2022, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, inklużi l-NGOs, jistgħu jikkontestaw deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet ambjentali quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar. F’ċerti każijiet, biex jappellaw kontra deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar, il-partijiet terzi interessati (inklużi l-NGOs) huma meħtieġa li jkunu ppreżentaw kummenti bil-miktub dwar l-applikazzjoni għall-permess tal-iżvilupp matul it-terminu stabbilit bil-liġi għall-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika. Fir-rigward tad-deċiżjonijiet meħuda mill-ERA, l-Artikolu 47 tal-Att dwar it-Tribunal għar-Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar jipprevedi d-dritt ta’ appell ta’ kwalunkwe vittma kif ukoll ta’ kwalunkwe persuna fir-rigward tal-valutazzjonijiet ambjentali, l-aċċess għall-informazzjoni ambjentali u l-prevenzjoni u r-rimedju tal-ħsara ambjentali. Ċerta leġiżlazzjoni sussidjarja tista’ tipprovdi wkoll għal dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-ġustizzja rigward kwistjonijiet speċifiċi, bħar-Regolamenti dwar il-Libertà tal-Aċċess għall-Informazzjoni dwar l-Ambjent ().
F’Malta, hemm xi diffikultajiet biex jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet dwar il-VAS (jew il-pjan/il-programm jew ir-rapport ambjentali jew it-tnejn) u l-pjanijiet u l-programmi f’oqsma ambjentali oħra.
Barra minn hekk, m’hemm l-ebda dispożizzjoni għal rimedju amministrattiv jekk xi persuna tkun trid tikkontesta att jew ommissjoni fil-proċess tal-VAS ħlief għall-preżentazzjoni ta’ kontestazzjoni legali li titlob rieżami ġudizzjarju quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili. Madankollu, jekk l-awtorizzazzjonijiet (eż. il-kunsens għall-iżvilupp) jieħdu l-forma ta’ leġiżlazzjoni, ma jkun hemm l-ebda possibbiltà ta’ stħarriġ amministrattiv jew stħarriġ ġudizzjarju.
Fl-2024, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti ta’ ksur kontra Malta talli naqset milli tiżgura l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali f’diversi oqsma ta’ politika bħan-natura, l-immaniġġar tal-iskart u l-politika tal-ilma.
Fl-2022, Malta rċeviet azzjonijiet prijoritarji biex (i) tiżgura li l-locus standi biex tikkontesta deċiżjoni ta’ awtorità pubblika ma jkunx ristrett għall-membri tal-pubbliku kkonċernati li pparteċipaw fil-proċedura amministrattiva preċedenti f’każijiet ambjentali; (ii) ittejjeb l-aċċess għall-qrati mill-pubbliku kkonċernat fir-rigward tal-kontestazzjoni ta’ deċiżjonijiet amministrattivi jew regolatorji li jkopru l-ippjanar, b’mod partikolari fir-rigward tal-ilma, in-natura u l-kwalità tal-arja; u (iii) tinforma aħjar lill-pubbliku billi tagħmel referenza għall-iskedi informattivi rilevanti tal-Kummissjoni dwar il-ġustizzja elettronika dwar l-aċċess tagħhom għad-drittijiet tal-ġustizzja. Ma sar l-ebda progress fir-rigward ta’ dawn l-azzjonijiet.
Azzjoni prijoritarja għall-2025
·It-titjib tal-aċċess għall-qrati f’każijiet ambjentali nazzjonali mill-pubbliku kkonċernat u telimina l-ostakli prattiċi, bħat-tul tal-proċedimenti u l-kostijiet eċċessivi f’xi Stati Membri.
Assigurazzjoni tal-konformità
L-assigurazzjoni tal-konformità ambjentali tkopri l-ħidma kollha mwettqa mill-awtoritajiet pubbliċi biex jiġi żgurat li l-industriji, il-bdiewa u oħrajn jissodisfaw l-obbligi tagħhom li jipproteġu l-ilma, l-arja u n-natura, li jimmaniġġaw l-iskart () u li jirrimedjaw kwalunkwe ħsara ambjentali. Dan jinkludi miżuri bħal dan li ġej: (i) il-promozzjoni tal-konformità, (ii) il-monitoraġġ tal-konformità (jiġifieri spezzjonijiet u kontrolli oħra), (iii) l-infurzar, jiġifieri, il-passi meħuda biex jitwaqqaf il-ksur u jiġu imposti sanzjonijiet, u (iv) l-iżgurar tal-prevenzjoni tal-ħsara u tar-rimedju f’konformità mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas.
Promozzjoni, monitoraġġ u nfurzar tal-konformità
In-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi ambjentali jista’ jseħħ għal raġunijiet differenti, inkluż fehim ħażin jew nuqqas ta’ aċċettazzjoni tar-regoli, opportuniżmu jew saħansitra kriminalità. L-attivitajiet ta’ promozzjoni tal-konformità jgħinu lid-detenturi tar-responsabbiltà jikkonformaw billi jipprovdu informazzjoni, gwida u appoġġ ieħor. Dan huwa partikolarment importanti f’oqsma fejn tiġi stabbilita leġiżlazzjoni ġdida u kumplessa.
Meta l-ispezzjonijiet u attivitajiet oħra ta’ kontroll jidentifikaw problemi, tista’ tkun xierqa firxa ta’ reazzjonijiet, inkluż l-użu ta’ għodod ta’ infurzar amministrattiv u kriminali.
Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Maltin, ġew stabbiliti proċeduri operattivi standard u manwal ta’ infurzar flimkien ma’ spezzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju biex jiġi ssimplifikat ix-xogħol tal-assigurazzjoni tal-konformità. Hemm bżonn ta’ kollaborazzjoni addizzjonali u aktar mill-qrib man-Network tal-UE għall-Implimentazzjoni u l-Infurzar tal-Liġi Ambjentali biex jiġi appoġġat it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ kontroll u infurzar. Għalkemm għaddejja xi ħidma, l-awtoritajiet Maltin mħeġġa jipprovdu aktar informazzjoni lill-pubbliku dwar il-ħidma tal-assigurazzjoni tal-konformità u r-riżultati tagħha.
Bejn il-15 ta’ Mejju 2022 u l-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet sitt ilmenti relatati mal-ambjent f’Malta, li nofshom kienu jikkonċernaw in-natura; ilmenti oħra kienu jikkonċernaw allegat ksur tal-liġi tal-UE fl-oqsma tal-arja, is-sustanzi kimiċi, l-istorbju u l-iskart. Mil-lat ta’ lmenti għal kull miljun abitant, jiġifieri 10.64, ferm ogħla mill-medja tal-UE ta’ 3.2, u l-ogħla numru fost l-Istati Membri kollha (illustrazzjonijiet 40 u 41).
Illustrazzjoni 40: Ilmenti tal-UE mill-15 ta’ Mejju 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2024
Sors: Data dwar l-ilmenti tad-DĠ Ambjent.
Illustrazzjoni 41: Ilmenti tal-UE għal kull miljun abitant mill-15 ta’ Mejju 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2024
Sors: Eurostat, “Population” tps00001, aċċessat fit-22 ta’ Jannar 2025,
https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/tps00001/default/table?lang=en
, u data dwar l-ilmenti tad-DĠ Ambjent.
Id-Direttiva l-ġdida tal-UE dwar ir-Reati Ambjentali
Dan l-aħħar, l-UE saħħet il-qafas legali tagħha dwar l-indirizzar tal-aktar ksur serju tal-obbligi ambjentali, b’mod partikolari bl-adozzjoni tad-Direttiva l-ġdida dwar ir-Reati Ambjentali (ECD, Environmental Crime Directive) (id-Direttiva (UE) 2024/1203) u leġiżlazzjoni settorjali ġdida b’dispożizzjonijiet aktar b’saħħithom dwar il-monitoraġġ tal-konformità, l-infurzar u l-penali. Il-kwistjonijiet importanti għat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrumenti l-ġodda rilevanti huma enfasizzati hawn taħt; valutazzjoni dettaljata ta’ dawn is-suġġetti se tiġi inkluża fl-EIR li jmiss ladarba jiġu stabbiliti aktar miżuri ta’ implimentazzjoni u tkun disponibbli informazzjoni aktar sistematika.
L-ECD il-ġdida ssostitwiet l-ECD tal-2008 u introduċiet diversi kategoriji ġodda ta’ reati, bħar-riċiklaġġ illegali tal-bastimenti, l-estrazzjoni illegali tal-ilma, u ksur serju tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi, il-merkurju, il-gassijiet serra fluworurati u l-IAS li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni. Kkopriet ukoll l-istabbiliment ta’ reati kwalifikati, soġġetti għal pieni aktar severi meta wieħed mir-reati definiti fid-Direttiva jwassal għal ħsara jew qerda serja mifruxa u sostanzjali tal-ambjent. Ġew introdotti wkoll dispożizzjonijiet konkreti dwar it-tipi u l-livelli ta’ pieni għal persuni fiżiċi u ġuridiċi li jwettqu reat. Dispożizzjonijiet oħra se jgħinu b’mod konsiderevoli biex tittejjeb l-effettività fil-ġlieda kontra l-kriminalità ambjentali tal-atturi kollha tul il-katina tal-infurzar. Dawn jinkludu obbligi biex jiġu żgurati riżorsi u għodod investigattivi adegwati, taħriġ regolari speċjalizzat u l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni fi ħdan u bejn l-Istati Membri kif ukoll strateġiji nazzjonali dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità ambjentali.
L-Istati Membri meħtieġa jittrasponu l-ECD il-ġdida fil-liġi nazzjonali sal-21 ta’ Mejju 2026 u jieħdu miżuri addizzjonali biex jiġġieldu b’mod aktar effettiv il-kriminalità ambjentali, b’mod partikolari permezz ta’ taħriġ, koordinazzjoni, kooperazzjoni u approċċi strateġiċi. Il-Kummissjoni se tipprovdi appoġġ, inkluż billi tiffaċilita l-identifikazzjoni u l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajba. L-Istati Membri mistennija jiżguraw ir-riżorsi meħtieġa u l-ħiliet speċjalizzati meħtieġa u mistiedna jħeġġu lill-awtoritajiet tagħhom jappoġġaw u jikkooperaw man-networks rikonoxxuti fil-livell tal-UE ta’ prattikanti tal-infurzar ambjentali, bħan-Network tal-UE għall-Implimentazzjoni u l-Infurzar tad-Dritt Ambjentali (), l-EnviCrimeNet (), in-Network Ewropew tal-Prosekuturi għall-Ambjent () u l-Forum tal-UE tal-Imħallfin għall-Ambjent (). Il-mekkaniżmi tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali għall-kooperazzjoni dwar każijiet transfruntiera għandhom jintużaw b’mod aktar sistematiku għal reati ambjentali.
Id-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali
Id-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali (ELD, Environmental Liability Directive) () għandha l-għan li tiżgura li l-ħsara ambjentali tiġi rrimedjata in natura għad-detriment ta’ dawk li kkawżawha, f’konformità mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas. Din tgħin biex jitwaqqaf it-telf nett fil-bijodiversità, kif ukoll biex jitnaqqas l-għadd ta’ siti kkontaminati u biex tiġi protetta l-kwalità ambjentali tal-ilma ta’ taħt l-art u tal-ilma tal-wiċċ. L-ELD hija għodda trasversali u faċilitatur ewlieni għal implimentazzjoni aħjar tal-liġi ambjentali tal-UE.
L-ELD tindirizza każijiet ta’ ħsara ambjentali sinifikanti lil speċijiet protetti u ħabitats naturali, u, meta tiġi kkawżata minn operaturi li jwettqu ċerti attivitajiet potenzjalment perikolużi, tagħmel ukoll ħsara lill-ilma u lill-ħamrija. Il-Kummissjoni għandha l-obbligu legali li tevalwa perjodikament l-ELD. Wara l-obbligu legali, l-ELD għaddiet mit-tieni evalwazzjoni (), li se tiġi ffinalizzata fl-2025, u li kienet appoġġata minn studju estern (), li kien fih, fost affarijiet oħra, evidenza, fehmiet, rapporti u informazzjoni rilevanti oħra miġbura minn gruppi differenti ta’ partijiet ikkonċernati, inklużi l-Istati Membri.
Wieħed mill-aktar indikaturi rilevanti fil-valutazzjoni tal-implimentazzjoni u l-infurzar tal-ELD huwa l-għadd ta’ każijiet ta’ ħsara ambjentali ttrattati skont l-ELD, speċjalment meta dan in-numru jitqabbel mal-perjodu ta’ rapportar preċedenti. Ġew irrapportati inqas każijiet tal-ELD fit-tieni perjodu ta’ rapportar (2013–2022) milli fl-ewwel wieħed (2007–2013). Madankollu, it-tendenza ’l isfel fl-għadd ta’ okkorrenzi tal-ELD u l-għadd ġeneralment baxx tagħhom mhux neċessarjament ifissru li l-ELD laħqet l-objettivi tagħha, peress li jeħtieġ titqabbel mal-għadd globali ta’ każijiet ta’ ħsara ambjentali, li wħud minnhom setgħu ġew ittrattati taħt l-istrumenti ta’ responsabbiltà l-oħra.
L-ELD mhux dejjem kienet effettiva biex tiżgura li min iniġġes iħallas, minħabba li l-operaturi responsabbli spiss ma jkollhomx kapaċità finanzjarja biex iwettqu miżuri ta’ rimedju. Filwaqt li l-ELD ma tipprevedix sistema obbligatorja ta’ sigurtà finanzjarja, hija tappella b’mod espliċitu lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ strumenti u swieq ta’ sigurtà finanzjarja, bl-għan li l-operaturi jkunu jistgħu jużaw garanziji finanzjarji biex ikopru r-responsabbiltajiet tagħhom skont din id-Direttiva.
Fir-rapport tagħha li jkopri mill-1 ta’ Mejju 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2021, Malta ddikjarat li ma kien hemm l-ebda okkorrenza ta’ ħsara ambjentali skont l-ELD f’dan il-perjodu. Ir-rapport iddikjara wkoll li ġiet applikata leġiżlazzjoni oħra għar-rimedju tal-ħsara ambjentali, inkluża l-leġiżlazzjoni dwar il-ħruġ tal-permessi ambjentali. Skont Malta, tali leġiżlazzjoni tipprevedi xogħol ta’ rimedju u/jew ta’ kumpens biex tiġi indirizzata l-ħsara potenzjali li tista’ tirriżulta mill-attivitajiet inkwistjoni. Ir-rapport iddeskriva tliet eżempji ta’ ħsara ambjentali li b’reazzjoni għalihom l-ERA applikat għodod amministrattivi oħra. Fil-perjodu ta’ rapportar preċedenti, lanqas ma ġew irrapportati okkorrenzi ta’ ħsara ambjentali.
L-EIR tal-2022 irrakkomanda li Malta (i) tikkunsidra li tippubblika pjanijiet u rapporti dwar spezzjonijiet ambjentali jew tipprovdi informazzjoni aktar dettaljata dwar ir-riżultati tal-ispezzjonijiet u s-segwitu tagħhom; u (ii) ittejjeb l-informazzjoni pprovduta lill-pubbliku dwar l-opportunitajiet biex jiġu ppreżentati lmenti dwar tħassib jew ksur ambjentali, u tippubblika data dwar is-segwitu ta’ tali lmenti. Madankollu, l-azzjonijiet li jikkonċernaw il-promozzjoni tal-konformità, il-monitoraġġ u l-infurzar kriminali u amministrattiv mhumiex ivvalutati hawnhekk minħabba nuqqas ta’ informazzjoni sistematika.
Madankollu, ta’ min jinnota li Malta ma introduċietx sigurtà finanzjarja obbligatorja għall-obbligazzjonijiet tal-ELD, u d-domanda għal tali strumenti għadha baxxa. L-estensjonijiet ambjentali għall-politiki ta’ responsabbiltà ġenerali huma disponibbli, iżda jipprovdu kopertura biss għal ilmenti minn partijiet terzi li jirriżultaw minn inċident ta’ tniġġis f’daqqa u aċċidentali. Dawn ma jipprovdux kopertura għar-rimedju tat-tniġġis jew tipi oħra ta’ ħsara ambjentali, inklużi r-responsabbiltajiet skont l-ELD jew leġiżlazzjoni ambjentali oħra.
Azzjoni prijoritarja għall-2025
·It-tħeġġiġ tal-użu ta’ programmi ta’ taħriġ ipprovduti mill-Kummissjoni (jew żviluppati fil-livell nazzjonali) li jkopru l-ELD u l-interazzjoni tagħha mal-istrumenti nazzjonali l-oħra relatati mar-responsabbiltà, biex tiġi żgurata implimentazzjoni aktar effiċjenti tal-ELD, jittejjeb l-għarfien espert tal-awtoritajiet kompetenti u titqajjem kuxjenza fost il-gruppi kollha tal-partijiet ikkonċernati.
Il-bini tal-kapaċità ambjentali appoġġat mill-UE
L-inizjattiva ComPAct tal-2023 tal-Kummissjoni (
) biex jissaħħaħ l-ispazju amministrattiv tidentifika l-kapaċità li titmexxa t-tranżizzjoni ekoloġika bħala wieħed mit-tliet pilastri ewlenin, flimkien mal-aġenda tal-ħiliet tal-amministrazzjoni pubblika u l-kapaċità għad-Deċennju Diġitali tal-Ewropa. Il-ComPAct jirrikonoxxi wkoll ir-rwol tal-għodda ta’ rapportar tal-EIR fit-titjib tal-governanza ambjentali. Iż-żewġ opportunitajiet ewlenin ta’ bini tal-kapaċità għall-ambjent ipprovduti mill-Kummissjoni Ewropea huma t-TSI (
) u l-għodda TAIEX-EIR PEER 2 PEER (
). L-assistenza teknika disponibbli permezz tal-politika ta’ koeżjoni hija soġġetta għal ġestjoni kondiviża u mhijiex ittrattata f’din is-subtaqsima.
L-Istrument ta’ Appoġġ Teknikutal-Kummissjoni
L-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (TSI) jipprovdi lill-Istati Membri b’għarfien espert tekniku mfassal apposta dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni tar-riformi. L-appoġġ huwa mmexxi mid-domanda u ma jeħtieġx kofinanzjament nazzjonali.
It-TSI kellha sejħiet annwali fl-2021, fl-2022, fl-2023, fl-2024 u fl-2025 bi proġetti implimentati s-sena rispettiva ta’ wara (is-sena fil-parentesi indikati hawn taħt hija s-sena tas-sejħa). Il-proġetti relatati mal-ambjent li ġejjin intgħażlu għal Malta:
·Finanzi sostenibbli – titjib tal-kapaċità superviżorja, Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji (2022);
·Il-Kooperazzjoni dwar it-Trasformazzjoni Ekoloġika tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - għall-Kwalità dwar l-SDGs u l-Azzjoni Klimatika, il-Ministeru tat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali (2022);
·L-adattament għat-tibdil fil-klima, il-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar; Il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża (2023);
·Assistenza biex titfassal Strateġija għall-Akkwakultura Sostenibbli għal Malta, Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura (2023);
·Ir-riforma u l-bini tal-kapaċità fil-permessi u l-konformità fl-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) II (2024);
·Il-ħidma lejn arja aktar nadifa u klima tal-istorbju aktar b’saħħithom; Il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) (2025).
·Il-bini tal-Kapaċità dwar l-Azzjoni Klimatika u l-Iżvilupp Sostenibbli (2025).
L-għodda TAIEX-EIR PEER 2 PEER tal-Kummissjoni
Fl-2017, il-Kummissjoni nediet l-għodda TAIEX-EIR PEER 2 PEER (
). Għandha l-għan li tiffaċilita t-tagħlim bejn il-pari fost l-awtoritajiet ambjentali tal-Istati Membri permezz ta’ sessjonijiet ta’ ħidma (pajjiż wieħed jew multinazzjonali), missjonijiet ta’ esperti (fejn delegazzjoni ta’ esperti tivvjaġġa lejn l-istituzzjoni rikjedenti) u żjarat ta’ studju (fejn delegazzjoni mill-istituzzjoni rikjedenti tivvjaġġa lejn pajjiż ospitanti). Sessjonijiet ta’ ħidma ewlenin bejn diversi pajjiżi huma dawk mitluba mill-Kummissjoni biex jippreżentaw leġiżlazzjoni u politika ambjentali ġodda u futuri fl-Istati Membri kollha ().
Is-sessjonijiet ta’ ħidma li jinvolvu lil Malta huma kif ġej:
·L-isfidi futuri għall-protezzjoni tal-ajru (l-24 ta’ Novembru 2022) mal-Presidenza Ċeka tal-UE;
·It-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja mit-trasport u l-enerġija residenzjali (bejn il-11 u t-13 ta’ Ġunju 2024);
·Aspetti ġodda fil-kooperazzjoni transfruntiera kontra l-kriminalità ambjentali (id-19 u l-20 ta’ Novembru 2024) ().
Malta ospitat missjoni ta’ esperti dwar it-tisħiħ tal-immaniġġjar tal-iskart solidu muniċipali tagħha (bejn il-31 ta’ Ottubru u t-2 ta’ Novembru 2022). Barra minn hekk, Malta pparteċipat fi żjara ta’ studju (bejn l-20 u t-22 ta’ Ġunju 2022) u missjoni ta’ esperti (bejn it-18 u l-20 ta’ Ottubru 2022) biex ittejjeb l-implimentazzjoni tagħha tad-Direttiva VAS.
Fl-EIR tal-2022, Malta rċeviet azzjoni prijoritarja biex tkompli tibni l-kapaċità amministrattiva ħalli tappoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika fl-oqsma tal-ekonomija ċirkolari, il-governanza u l-amministrazzjoni pubblika, u l-finanzi u l-aċċess għall-finanzi. Malta m’għamlet l-ebda progress f’dan ir-rigward, u għal dik ir-raġuni l-azzjoni prijoritarja tittenna hawn taħt.
Azzjoni prijoritarja għall-2025
·It-titjib tal-governanza ambjentali nazzjonali ġenerali, b’mod partikolari l-kapaċità amministrattiva biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni ekoloġika u l-koordinazzjoni fil-livelli reġjonali u lokali.
Anness
|
Azzjonijiet prijoritarja għall-2025
|
|
L-ekonomija ċirkolari u l-immaniġġar tal-iskart
|
|
Tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari
|
|
·L-aċċelerazzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari bl-implimentazzjoni ta’ strateġija nazzjonali aġġornata u l-qafas u r-rakkomandazzjonijiet tal-UE, b’mod partikolari biex tiġi kkumplementata b’miżuri ta’ ċirkolarità upstream.
|
|
L-immaniġġar tal-iskart
|
|
·It-titjib tal-ġbir separat fis-sors eż. permezz ta’ strumenti ekonomiċi, l-investiment fl-infrastruttura għall-ġbir separat, is-separazzjoni u r-riċiklaġġ, u ż-żieda fis-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku.
·It-titjib tat-tħejjija tal-iskart muniċipali għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ. Iż-żieda fir-rati tar-riċiklaġġ tal-iskart mill-imballaġġ.
·Iż-żieda fir-rata ta’ ġbir u riċiklaġġ tal-iskart ta’ tagħmir elettroniku u elettriku (WEEE, waste electronic and electric equipment).
·L-investiment f’miżuri ta’ prevenzjoni tal-iskart biex jitnaqqas l-ammont totali ta’ skart iġġenerat.
·L-implimentazzjoni u l-espansjoni tas-sistema “ħallas skont kemm tarmi” għan-negozji u għall-unitajiet domestiċi. L-iżgurar tal-kisba tal-miri tal-iskart għall-2025, wara r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni fir-Rapporti ta’ Twissija Bikrija fejn applikabbli.
|
|
Il-bijodiversità u l-kapital naturali
|
|
Il-protezzjoni u r-restawr tan-natura – Natura 2000
|
|
·It-tlestija tal-proċess ta’ deżinjazzjoni tas-sit ta’ Natura 2000.
·L-iżgurar tal-implimentazzjoni effettiva tal-pjanijiet ta’ ġestjoni ta’ Natura 2000 u kapaċità amministrattiva u finanzjament suffiċjenti kemm għal Natura 2000 kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament dwar ir-Restawr tan-Natura. Tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-Qafas ta’ Azzjonijiet Prijoritizzati 2021–2027 (PAFs).
|
|
Irkupru ta’ speċijiet
|
|
·It-tisħiħ tal-implimentazzjoni ta’ miżuri nazzjonali kontra l-kaċċa illegali.
·It-tisħiħ tal-azzjoni għall-ħabitats u għall-ispeċijiet fi stat ta’ konservazzjoni mhux favorevoli, pereżempju permezz ta’ miżuri ta’ restawr, konnettività akbar, koordinazzjoni u integrazzjoni aħjar tal-politika, u aktar finanzjament.
|
|
L-irkupru tal-ekosistemi
|
|
·L-implimentazzjoni tal-ekoskemi u l-miżuri u l-prattiki agroambjentali biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ambjentali ta’ Malta.
·L-implimentazzjoni u ż-żieda fl-użu tal-prattiki tal-biedja organika.
·It-tnaqqis taż-żona eċċessiva ta’ ħamrija ssiġillata u artifiċjali u r-rimedju ta’ żoni degradati tal-ħamrija. Jekk xieraq, il-kunsiderazzjoni ta’ impenn formali għal miri għan-newtralità tad-degradazzjoni tal-art skont il-ftehim rilevanti tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni.
·Id-deżinjazzjoni tal-awtorità kompetenti responsabbli għat-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mill-EUDR u l-informazzjoni lill-Kummissjoni bl-ismijiet, l-indirizzi u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ din l-awtorità kompetenti.
·It-titjib tal-istatus ta’ konservazzjoni tal-foresti billi tiġi promossa l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u tiġi żgurata l-konformità mad-Direttiva dwar il-Ħabitats qabel ma jingħataw/jiġġeddu l-permessi għall-qtugħ tas-siġar tal-foresti.
·Ir-rappurtar tal-aġġornamenti tagħha dwar l-istat tal-ilmijiet tal-baħar tagħha, il-miri tagħha u d-determinazzjonijiet tagħha tal-GES li huma mistennija jinkludu kwalunkwe valur ta’ limitu għad-deskritturi fl-MSFD li seta’ ġie stabbilit f’kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra fil-livell tal-UE jew reġjonali.
|
|
Il-prevenzjoni tal-ispeċijiet aljeni invażivi
|
|
·It-titjib tal-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-IAS, inkluż fir-rigward tal-infurzar u l-kapaċità tal-awtoritajiet ta’ spezzjoni.
|
|
Il-valutazzjoni u l-kontabilità tal-ekosistemi
|
|
·L-appoġġ għall-iżvilupp tan-network nazzjonali tan-negozju u tal-bijodiversità.
|
|
Tniġġis żero
|
|
Arja nadifa
|
|
·Bħala parti mill-NAPCP, tieħu azzjoni biex tnaqqas l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa tal-arja.
·L-iżgurar tal-konformità sħiħa mal-istandards attwali tal-AAQD, anke fid-dawl ta’ rekwiżiti futuri aktar stretti skont l-AAQD riveduta.
·It-tħaffif tar-ratifika tal-konvenzjonijiet u l-protokolli internazzjonali rilevanti.
|
|
Emissjonijiet tal-industrija
|
|
·L-iżgurar tal-konformità mal-obbligi ta’ rapportar skont l-IED għall-2021–2023 u skont ir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti għall-2020–2022.
·It-tnaqqis tar-rilaxxi industrijali fl-ilma u l-intensità tagħhom.
·L-involviment mal-NGOs tal-industrija u tal-ambjent biex jiġi żgurat kontribut xieraq għall-konklużjonijiet tal-BAT u l-implimentazzjoni tagħhom u jiġu żgurati aġġornamenti f’waqthom għall-permessi wara l-pubblikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-BAT.
·L-iżgurar ta’ parteċipazzjoni pubblika effettiva u aċċess għall-ġustizzja fir-rigward tal-IED.
|
|
Prevenzjoni ta’ inċidenti industrijali kbar – Seveso
|
|
·L-iffirmar u r-ratifikar tal-Konvenzjoni dwar l-Effetti Transkonfinali tal-Inċidenti Industrijali.
|
|
L-istorbju
|
|
·L-ikkompletar u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni dwar il-ġestjoni tal-istorbju.
|
|
Kwalità u ġestjoni tal-ilma
|
|
Id-Direttiva dwar in-Nitrati
·L-indirizzar tat-tniġġis min-nutrijenti, speċjalment in-nitrati mill-agrikoltura, permezz tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar in-Nitrati.
Id-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi
·It-teħid tal-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ilma Urban Mormi attwali filwaqt li tqis ir-rekwiżiti l-ġodda tad-Direttiva riformulata.
|
|
Is-sustanzi kimiċi
|
|
·L-aġġornament tal-kapaċitajiet amministrattivi fl-implimentazzjoni u l-infurzar biex nimxu lejn politika ta’ tolleranza żero għan-nuqqas ta’ konformità.
·Iż-żieda tal-involviment fl-attivitajiet tal-Forum għall-Iskambju ta’ Informazzjoni dwar l-Infurzar tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, inkluż fil-proġetti kkoordinati ta’ infurzar, imsejħa proġetti REF.
·Iż-żieda tal-kontrolli doganali u l-kontrolli tal-prodotti mibjugħa online fir-rigward tal-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi.
|
|
L-azzjoni klimatika
|
|
·L-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri kollha li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-miri stabbiliti fir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESR) u r-Regolament dwar l-Użu tal-Art u Tibdil fl-Użu tal-Art u l-Forestrija (LULUCF). Azzjonijiet prijoritarji aktar dettaljati huma stabbiliti fil-valutazzjoni tal-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima (NECP) finali.
|
|
Il-finanzjament
|
|
·L-użu ta’ aktar finanzjament nazzjonali (pereżempju billi jiżdiedu t-taxxi favur l-ambjent u jitnaqqsu s-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent), il-finanzjament tal-UE u l-finanzjament privat biex jgħinu ħalli titnaqqas id-diskrepanza fl-investiment.
|
|
Il-governanza ambjentali
|
|
Informazzjoni, parteċipazzjoni pubblika u aċċess għall-ġustizzja
·It-titjib tal-aċċess għall-qrati f’każijiet ambjentali nazzjonali mill-pubbliku kkonċernat u telimina l-ostakli prattiċi, bħat-tul tal-proċedimenti u l-kostijiet eċċessivi f’xi Stati Membri.
Assigurazzjoni tal-konformità
·It-tħeġġiġ tal-użu ta’ programmi ta’ taħriġ ipprovduti mill-Kummissjoni (jew żviluppati fil-livell nazzjonali) u li jkopru l-ELD u l-interazzjonijiet tagħha mal-istrumenti nazzjonali l-oħra relatati mar-responsabbiltà, biex tiġi żgurata implimentazzjoni aktar effiċjenti tal-ELD, jittejjeb l-għarfien espert tal-awtoritajiet kompetenti u titqajjem kuxjenza fost il-gruppi kollha tal-partijiet ikkonċernati.
Il-bini tal-kapaċità ambjentali appoġġat mill-UE
·It-titjib tal-governanza ambjentali nazzjonali ġenerali, b’mod partikolari l-kapaċità amministrattiva biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni ekoloġika u l-koordinazzjoni fil-livelli reġjonali u lokali.
|