Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023PC0416

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-Monitoraġġ u r-Reżiljenza tal-Ħamrija (Liġi dwar il-Monitoraġġ tal-Ħamrija)

COM/2023/416 final

Brussell, 5.7.2023

COM(2023) 416 final

2023/0232(COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Monitoraġġ u r-Reżiljenza tal-Ħamrija (Liġi dwar il-Monitoraġġ tal-Ħamrija)

{SEC(2023) 416 final} - {SWD(2023) 416 final} - {SWD(2023) 417 final} - {SWD(2023) 418 final} - {SWD(2023) 423 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-ħamrija hija riżorsa vitali, limitata, mhux rinnovabbli u insostitwibbli. Ħamrija f’saħħitha tifforma l-bażi essenzjali għall-ekonomija, għas-soċjetà u għall-ambjent tagħna minħabba li tipproduċi l-ikel, iżżid ir-reżiljenza tagħna għat-tibdil fil-klima, għall-avvenimenti estremi tat-temp, għan-nixfa u għall-għargħar u tappoġġa l-benesseri tagħna. Ħamrija f’saħħitha taħżen il-karbonju, għandha aktar kapaċità li tassorbi, taħżen u tiffiltra l-ilma u tipprovdi servizzi vitali bħal ikel u bijomassa sikuri u nutrittivi għas-setturi tal-bijoekonomija mhux tal-ikel.

L-evidenza xjentifika 1 tindika li madwar 60 sa 70 % tal-ħamrija fl-UE attwalment ma tinsabx fi stat tajjeb. L-Istati Membri kollha qed jiffaċċjaw il-problema tad-degradazzjoni tal-ħamrija. Il-proċessi tad-degradazzjoni qed ikomplu u qed imorru għall-agħar. L-ixprunaturi u l-impatti tal-problema jmorru lil hinn mill-fruntieri tal-pajjiżi, u jnaqqsu l-kapaċità tal-ħamrija li tipprovdi dawn is-servizzi vitali fl-UE kollha u fil-pajjiżi ġirien. Dan joħloq riskji għas-saħħa tal-bniedem, għall-ambjent, għall-klima, għall-ekonomija u għas-soċjetà, inklużi riskji għas-sigurtà tal-ikel, il-kwalità tal-ilma, impatti akbar minn għargħar u nixfiet, il-produzzjoni tal-bijomassa, l-emissjonijiet tal-karbonju u t-telf tal-bijodiversità.

Il-gwerra ta’ aggressjoni Russa mhux ipprovokata u mhux ġustifikata kontra l-Ukrajna ddestabbilizzat is-sistemi globali tal-ikel, intensifikat ir-riskji għas-sigurtà tal-ikel u l-vulnerabbiltajiet madwar id-dinja, u amplifikat il-ħtieġa tal-UE li tagħmel is-sistemi tal-ikel tagħha sostenibbli għas-sekli li ġejjin. Ix-xejriet u l-kombinazzjoni tal-ixprunaturi differenti li jaffettwaw is-sigurtà tal-ikel jiġbdu l-attenzjoni għall-fatt li d-disponibbiltà, l-aċċess (l-affordabbiltà), l-utilizzazzjoni u l-istabbiltà ma jistgħux jitqiesu bħala fatt fuq terminu qasir jew twil 2 . F’dan il-kuntest, il-ħamrija fertili hija ta’ importanza ġeostrateġika biex niggarantixxu l-aċċess tagħna għal ikel suffiċjenti, nutrittiv u affordabbli fit-tul. Il-katina tal-provvista tal-ikel hija interkonnessa u dipendenti ħafna fil-livell globali u l-UE hija attur globali importanti fis-swieq tal-ikel internazzjonali. Sabiex jiġi prodott biżżejjed ikel għal popolazzjoni globali li mistennija tikber għal 9-10 biljun persuna fl-2050, il-ħamrija fertili hija assi ewlieni. Billi 95 % tal-ikel tagħna jiġi prodott direttament jew indirettament fuq din ir-riżorsa naturali finita prezzjuża, id-degradazzjoni tal-ħamrija għandha impatt dirett fuq is-sigurtà tal-ikel u s-swieq tal-ikel transfruntiera.

Il-pressjoni fuq il-ħamrija u l-art qed tiżdied globalment. Fl-UE, 4,2 % tat-territorju ġie artifiċjalizzat bit-teħid tal-art; it-teħid tal-art u l-issiġillar tal-ħamrija qed ikomplu b’mod predominanti għad-detriment tal-art agrikola. Barra minn hekk, id-degradazzjoni tal-ħamrija taffettwa l-fertilità potenzjali fit-tul tal-ħamrija agrikola. Huwa stmat li bejn 61 % u 73 % tal-ħamrija agrikola fl-UE hija affettwata minn erożjoni, telf tal-karbonju organiku, eċċessi tan-nutrijenti (tan-nitroġenu), kompattazzjoni jew salinizzazzjoni sekondarja (jew taħlita ta’ dawn it-theddidiet). Pereżempju, il-kompattazzjoni tal-ħamrija tista’ tnaqqas ir-rendiment tal-għelejjel bi 2,5-15 %. Mingħajr ġestjoni sostenibbli u azzjoni għar-riġenerazzjoni tal-ħamrija, id-deterjorament tas-saħħa tal-ħamrija se jkun fattur ċentrali fi kriżijiet futuri tas-sigurtà tal-ikel.

Ħamrija f’saħħitha hija essenzjali għall-bdiewa u għall-ekosistema agronomika b’mod ġenerali. Iż-żamma jew iż-żieda tal-fertilità tal-ħamrija fuq perjodu ta’ żmien twil tikkontribwixxi għal rendimenti stabbli jew saħansitra ogħla ta’ għelejjel, għalf u bijomassa meħtieġa għas-setturi tal-bijoekonomija mhux tal-ikel li jikkontribwixxu għad-defossilizzazzjoni tal-ekonomija tagħna 3 , u tagħti lill-bdiewa s-sigurtà tal-produzzjoni u l-prospetti tan-negozju fit-tul. Id-disponibbiltà ta’ ħamrija u art f’saħħithom u fertili hija kruċjali fit-tranżizzjoni lejn bijoekonomija sostenibbli u, għalhekk, tista’ tgħin biex jiżdied u jiġi ppreservat il-valur tal-art. Il-miżuri biex tiżdied il-fertilità tal-ħamrija jistgħu wkoll inaqqsu l-kostijiet operazzjonali tal-azjendi agrikoli, bħall-kost tal-inputs jew tal-makkinarju. Il-bdiewa jistgħu jirċievu appoġġ finanzjarju għal ċerti prattiki, eż. skont il-Politika Agrikola Komuni (PAK) jew il-proposta għal qafas ta’ ċertifikazzjoni tal-UE għat-tneħħija tal-karbonju 4 .

Id-degradazzjoni tal-ħamrija tagħmel ukoll ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Il-materja partikolata fl-arja prodotta mill-erożjoni tar-riħ tikkawża jew taggrava l-mard respiratorju u kardjovaskulari. Il-ħamrija ssiġillata ttawwal id-durata ta’ temperaturi għoljin waqt il-mewġ tas-sħana u għandha inqas kapaċità li taġixxi bħala bir għas-sustanzi niġġiesa. Il-ħamrija kkontaminata taffettwa wkoll is-sikurezza tal-ikel. Pereżempju, madwar 21 % tal-ħamrija agrikola fl-UE fiha konċentrazzjonijiet ta’ kadmju fil-ħamrija tal-wiċċ li jaqbżu l-limitu għall-ilma ta’ taħt l-art. Il-valur rikreattiv tal-ambjent u tan-natura, b’rabtiet mas-saħħa fiżika u mentali tagħna, huwa appoġġat ukoll minn ħamrija f’saħħitha u ġestita b’mod sostenibbli. Dan huwa ta’ valur fil-kampanja u speċjalment f’żoni urbani fejn l-adozzjoni ta’ prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli tista’ tgħin biex jinħolqu spazji ekoloġiċi tajbin għas-saħħa u jitnaqqsu l-gżejjer tas-sħana, filwaqt li jittejbu l-kwalità tal-arja u l-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni. It-titjib tas-saħħa tal-ħamrija huwa kruċjali biex jiżdiedu r-reżiljenza tal-UE għal avvenimenti avversi u l-adattament għat-tibdil fil-klima. Ir-reżiljenza tal-Ewropa għat-tibdil fil-klima tiddependi fuq il-livell ta’ materja organika u fertilità tal-ħamrija, iż-żamma tal-ilma u l-kapaċità ta’ filtrazzjoni, u r-reżistenza għall-erożjoni. Il-prattiki ta’ sekwestru tal-karbonju f’art agrikola jgħinu fil-ħżin tas-CO2 fil-ħamrija u jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Il-kapaċità tal-ħamrija li żżomm l-ilma tgħin kemm għall-prevenzjoni kif ukoll għar-rispons għar-riskji ta’ diżastri. Meta l-ħamrija tkun tista’ tassorbi aktar xita, din tnaqqas l-intensità tal-għargħar u ttaffi l-effetti negattivi tal-perjodi ta’ nixfa. Xi batterji tal-ħamrija, parti mill-bijodiversità ta’ ħamrija f’saħħitha, jistgħu jgħinu wkoll lill-pjanti tal-għelejjel jittolleraw in-nixfa.

Peress li l-perikli estremi relatati mat-temp u mal-klima qed jintensifikaw, ir-riskju ta’ nirien mhux ikkontrollati qed jiżdied madwar l-Ewropa. Il-kundizzjonijiet li jżidu r-riskju ta’ nirien huma mistennija li jiżdiedu mat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari s-sħana u l-umdità tal-ekosistemi, inkluża l-ħamrija. Ħamrija f’saħħitha b’kapaċità funzjonali ta’ żamma tal-ilma tappoġġa wkoll ekosistemi tal-foresti f’saħħithom li huma aktar reżiljenti għan-nirien mhux ikkontrollati. Fl-istess ħin, in-nirien mhux ikkontrollati jistgħu jikkawżaw degradazzjoni tal-ħamrija, li twassal għal riskji akbar ta’ erożjoni tal-ħamrija, ċedimenti tal-art u għargħar. It-tisħiħ tal-bażi tal-għarfien dwar il-ħamrija jista’ jikkontribwixxi għat-titjib tal-valutazzjonijiet tar-riskju ta’ diżastri li jirrikonoxxu r-rwoli b’diversi aspetti li l-ħamrija għandha fil-mitigazzjoni tad-diżastri. Il-miżuri maħsuba biex isaħħu s-saħħa tal-ħamrija jibnu reżiljenza għall-istress futur li jġib miegħu t-tibdil fil-klima.

Il-politiki attwali tal-UE u dawk nazzjonali kkontribwew b’mod pożittiv għat-titjib tas-saħħa tal-ħamrija. Iżda dawn ma jindirizzawx l-ixprunaturi kollha tad-degradazzjoni tal-ħamrija u, għalhekk, għad fadal lakuni sinifikanti. Il-ħamrija tifforma bil-mod ħafna (eż. jgħaddu 500 sena jew aktar biex jinħolqu 2,5 cm ta’ ħamrija tal-wiċċ ġdida), iżda s-saħħa tal-ħamrija tista’ tinżamm jew tittejjeb jekk jittieħdu u jitpoġġew fil-prattika l-miżuri t-tajbin.

F’dan il-kuntest, il-Patt Ekoloġiku Ewropew 5 stabbilixxa pjan direzzjonali ambizzjuż sabiex l-UE tiġi ttrasformata f’soċjetà ġusta u prosperuża, b’ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva, li jkollha l-għan li tipproteġi, tikkonserva u ttejjeb il-kapital naturali tal-UE, u li tipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti relatati mal-ambjent. Bħala parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni adottat Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 6 , Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero 7 , Strateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima 8 u Strateġija tal-UE dwar il-Ħamrija għall-2030 9 .

L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 iddikjarat li huwa essenzjali li jiżdiedu l-isforzi biex tiġi protetta l-fertilità tal-ħamrija, titnaqqas l-erożjoni tal-ħamrija u tiżdied il-materja organika tal-ħamrija billi jiġu adottati prattiki sostenibbli ta’ ġestjoni tal-ħamrija. Iddikjarat ukoll li hemm bżonn ta’ progress sinifikanti biex jiġu identifikati siti kkontaminati, tiġi rrestawrata l-ħamrija degradata, jiġu definiti l-kundizzjonijiet għal status ekoloġiku tajjeb, jiġu stabbiliti l-objettivi ta’ restawr u jittejjeb il-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija. L-Istrateġija għall-Bijodiversità ħabbret ukoll il-pjan li tiġi aġġornata l-Istrateġija Tematika dwar il-Ħamrija tal-2006 biex tiġi indirizzata d-degradazzjoni tal-ħamrija u biex jiġu ssodisfati l-impenji tal-UE u dawk internazzjonali dwar in-newtralità tad-degradazzjoni tal-art.

L-Istrateġija tal-UE dwar il-Ħamrija għall-2030 tistabbilixxi l-viżjoni fit-tul sabiex il-ħamrija kollha tkun f’saħħitha sal-2050, sabiex il-protezzjoni, l-użu sostenibbli u r-restawr tal-ħamrija jsiru n-norma u tipproponi taħlita ta’ azzjonijiet volontarji u leġiżlattivi biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. L-Istrateġija ħabbret li l-Kummissjoni se tipproponi Liġi dwar is-Saħħa tal-Ħamrija sostnuta minn valutazzjoni tal-impatt li għandha tanalizza diversi aspetti bħal indikaturi u valuri għas-saħħa tal-ħamrija, dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ tal-ħamrija u rekwiżiti għal użu sostenibbli tal-ħamrija.

It-tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali 10 stabbilixxa l-objettiv prijoritarju li, sa mhux aktar tard mill-2050, in-nies jgħixu tajjeb, fi ħdan il-konfini planetarji f’ekonomija ta’ benesseri fejn ma jinħela xejn, it-tkabbir ikun riġenerattiv, l-UE tkun kisbet newtralità klimatika u naqqset b’mod sinifikanti l-inugwaljanzi. Uħud mill-kundizzjonijiet abilitanti meħtieġa biex jintlaħaq dak l-objettiv jinkludu l-indirizzar tad-degradazzjoni tal-ħamrija u l-iżgurar tal-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-ħamrija, inkluż permezz ta’ proposta leġiżlattiva ddedikata dwar is-saħħa tal-ħamrija.

Il-partijiet ikkonċernati istituzzjonali talbu bidliet fil-politika. Il-Parlament Ewropew 11 stieden lill-Kummissjoni tiżviluppa qafas legali tal-UE għall-ħamrija. Dan għandu jinkludi definizzjonijiet u kriterji għal status tajjeb tal-ħamrija u użu sostenibbli, objettivi, indikaturi armonizzati, metodoloġija għall-monitoraġġ u r-rapportar, miri, miżuri u riżorsi finanzjarji. Il-Kunsill tal-UE 12 appoġġa lill-Kummissjoni biex iżżid l-isforzi biex tipproteġi aħjar il-ħamrija u afferma mill-ġdid l-impenn tiegħu għan-newtralità tad-degradazzjoni tal-art. Barra minn hekk, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni 13 , il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 14 u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri 15 kollha stiednu lill-Kummissjoni tiżviluppa qafas legali għall-użu sostenibbli tal-ħamrija.

L-importanza tas-saħħa tal-ħamrija ġiet rikonoxxuta wkoll fil-livell globali. L-UE ħadet impenji fil-kuntest internazzjonali tat-tliet Konvenzjonijiet ta’ Rio biex tindirizza l-ħamrija affettwata mid-deżertifikazzjoni (il-Konvenzjoni tan-NU għall-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni), biex tikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima) u biex tikkostitwixxi ħabitat importanti għall-bijodiversità (il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika). Ir-restawr, iż-żamma u t-titjib tas-saħħa tal-ħamrija huma mira fil-Qafas Globali l-ġdid tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal.

Is-saħħa tal-ħamrija tikkontribwixxi wkoll direttament għall-ilħuq ta’ diversi Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli 16 (SDGs) tan-NU, b’mod partikolari l-SDG 15.3. Dan l-għan jimmira li jiġġieled id-deżertifikazzjoni, jirrestawra l-art u l-ħamrija degradati, inkluża l-art affettwata mid-deżertifikazzjoni, min-nixfa u mill-għargħar, u jistinka biex tinkiseb dinja newtrali għad-degradazzjoni tal-art sal-2030.

Attwalment hemm nuqqas ta’ data komprensiva u armonizzata dwar is-saħħa tal-ħamrija mill-monitoraġġ tal-ħamrija. Xi Stati Membri għandhom fis-seħħ skemi ta’ monitoraġġ tal-ħamrija, iżda huma frammentati, mhux rappreżentattivi u mhux armonizzati. L-Istati Membri japplikaw metodi ta’ kampjunar, frekwenzi u densitajiet differenti, u jużaw metriċi u metodi analitiċi differenti, li jirriżultaw f’nuqqas ta’ konsistenza u komparabbiltà madwar l-UE.

Għal dawn ir-raġunijiet kollha, din il-proposta tistabbilixxi qafas ta’ monitoraġġ tal-ħamrija solidu u koerenti għall-ħamrija kollha madwar l-UE, li se jindirizza l-lakuna attwali ta’ għarfien dwar il-ħamrija. Din għandha tkun sistema ta’ monitoraġġ integrata bbażata fuq il-livell tal-UE, l-Istat Membru u d-data privata. Din id-data se tkun ibbażata fuq definizzjoni komuni ta’ x’jikkostitwixxi ħamrija f’saħħitha u se tirfed il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija, biex tinżamm jew tittejjeb is-saħħa tal-ħamrija u, b’hekk, tinkiseb ħamrija f’saħħitha u reżiljenti kullimkien madwar l-UE sal-2050.

Il-qafas ta’ monitoraġġ tal-ħamrija huwa kruċjali biex jipprovdi d-data u l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu definiti l-miżuri t-tajbin. Din id-data x’aktarx twassal ukoll għall-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni u tistimula r-riċerka akkademika u industrijali, pereżempju, soluzzjonijiet ta’ intelliġenza artifiċjali bbażati fuq data minn sistemi ta’ rilevament u sistemi ta’ kejl ibbażati fuq il-post. Id-domanda għal servizzi ta’ analiżi tal-ħamrija se tikber ukoll, billi jiġu kkonsolidati n-negozji u l-pożizzjoni ta’ SMEs speċjalizzati fl-UE. Se tappoġġa wkoll l-iżvilupp ta’ telerilevament għall-ħamrija u se tippermetti lill-Kummissjoni tiġbor flimkien ir-riżorsi, abbażi tal-mekkaniżmi u t-teknoloġija attwali (LUCAS, Copernicus) biex toffri servizzi kosteffiċjenti lill-Istati Membri interessati. Dan il-progress teknoloġiku huwa mistenni li jagħti lill-bdiewa u lill-forestiera aċċess aktar faċli għad-data dwar il-ħamrija, u jwassal ukoll għal firxa usa’, disponibbiltà aħjar u appoġġ tekniku aktar affordabbli għall-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija, inklużi għodod ta’ appoġġ għad-deċiżjonijiet.

L-Istati Membri u l-korpi tal-UE jistgħu jużaw data dwar is-saħħa tal-ħamrija bi granularità suffiċjenti biex itejbu l-monitoraġġ u l-analiżi tax-xejriet tal-ġestjoni u r-reżiljenza tan-nixfa u tad-diżastri 17 . Dik id-data ttejjeb il-prevenzjoni u, għalhekk, tikkontribwixxi għal rispons aħjar għad-diżastri. Id-data granulari dwar is-saħħa tal-ħamrija tkun ukoll riżorsa utli għall-implimentazzjoni tal-politika dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, anki b’rabta mas-sigurtà tal-ikel, u l-pressjonijiet fuq is-saħħa tal-bniedem u l-bijodiversità.

L-applikazzjoni ta’ prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli se tgħin lill-Istati Membri jiżguraw li l-ħamrija jkollha l-kapaċità li twassal is-servizzi tal-ekosistemi multipli li huma vitali kemm għas-saħħa tal-bniedem kif ukoll għall-ambjent. Dawn għandhom itejbu s-sikurezza, is-saħħa u l-infrastruttura tal-komunitajiet u jsostnu l-għajxien fiż-żoni tal-madwar, eż. l-agrituriżmu, is-swieq, l-infrastruttura, il-kultura u l-benesseri.

L-istudji attwali dwar prattiki speċifiċi fil-livell ta’ azjenda agrikola/unità tal-art jikkonkludu li l-kostijiet tal-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija f’ħafna każijiet ikunu megħluba mill-benefiċċji ekonomiċi u, fil-każijiet kollha, mill-benefiċċji ambjentali 18 . Din il-proposta toħloq il-qafas meħtieġ biex tappoġġa lill-maniġers tal-ħamrija sakemm il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija u l-ħamrija f’saħħitha jagħtu l-benefiċċji tagħhom. Jista’ jkun mistenni li din tistimola l-allokazzjoni ta’ fondi nazzjonali u tal-UE għall-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija, kif ukoll tinkoraġġixxi u tappoġġa l-finanzjament tas-settur privat minn istituzzjonijiet finanzjarji, investituri u l-industrija relatata, bħan-negozji tal-ipproċessar tal-ikel. Għalhekk, din tikkonsolida l-kompetittività tal-attivitajiet relatati mal-ġestjoni tal-ħamrija. Il-Missjoni ta’ riċerka u innovazzjoni ta’ Orizzont Ewropa “Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa” tappoġġa wkoll l-ambizzjonijiet tal-UE għall-ġestjoni sostenibbli tal-art u tal-ħamrija billi tipprovdi l-bażi tal-għarfien u tiġġenera soluzzjonijiet għal azzjoni usa’ dwar is-saħħa tal-ħamrija.

Il-proposta tindirizza wkoll il-kontaminazzjoni tal-ħamrija. L-Istati Membri jridu jindirizzaw ir-riskji inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent ikkawżati mill-kontaminazzjoni tal-ħamrija biex jgħinu fil-ħolqien ta’ ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi sal-2050. L-approċċ propost ibbażat fuq ir-riskju se jippermetti li l-istandards jiġu stabbiliti fil-livell nazzjonali sabiex il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju jkunu jistgħu jiġu adattati għal kundizzjonijiet speċifiċi għas-sit. Il-proposta se ttejjeb ukoll l-applikazzjoni tal-prinċipju li min iniġġes iħallas u aktar ġustizzja tas-soċjetà billi tixpruna azzjoni li se tkun ta’ benefiċċju għall-familji żvantaġġati li jgħixu eqreb ta’ siti kkontaminati. Ir-rekwiżiti għall-identifikazzjoni, l-investigazzjoni, il-valutazzjoni u r-rimedju ta’ siti kkontaminati se jiġġeneraw l-impjiegi u xogħol fit-tul (eż. żieda fid-domanda għal konsulenti ambjentali, ġeoloġi, inġiniera tar-rimedju, eċċ.).

Il-leġiżlazzjoni tipproponi li jittieħed approċċ gradwali u proporzjonat sabiex l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex jistabbilixxu s-sistema ta’ governanza tagħhom, jimplimentaw is-sistema ta’ monitoraġġ tal-ħamrija, jivvalutaw is-saħħa tal-ħamrija u jibdew japplikaw miżuri relatati mal-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Matul l-aħħar 30 sena, l-UE adottat firxa sostanzjali u wiesgħa ta’ miżuri ambjentali bl-għan li ttejjeb il-kwalità tal-ambjent għaċ-ċittadini Ewropej u li toħloq il-kundizzjonijiet għal kwalità ta’ ħajja għolja. Id-dritt attwali tal-Unjoni fih diversi dispożizzjonijiet ta’ rilevanza għall-ħamrija, iżda hemm lakuna ċara u inkontestabbli fil-qafas legali attwali tal-UE li din il-proposta dwar is-saħħa tal-ħamrija hija mfassla biex tneħħiha. Il-proposta tikkomplementa l-leġiżlazzjoni ambjentali eżistenti billi tipprovdi qafas koerenti fil-livell tal-UE għall-ħamrija. Din se tikkontribwixxi wkoll biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni ambjentali attwali.

Fir-rigward tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija, il-proposta tikkomplementa d-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali, id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart u d-Direttiva dwar ir-Rimi ta’ Skart f’Landfills, id-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali u d-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali billi tkopri t-tipi kollha ta’ kontaminazzjoni, inkluża l-kontaminazzjoni storika tal-ħamrija. Din se tagħti kontribut kbir għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, li hija objettiv ewlieni segwit mill-politika ambjentali tal-UE.

Ħamrija f’saħħitha għandha kapaċità inerenti li tassorbi, taħżen u tiffiltra l-ilma. Għalhekk, il-proposta hija mistennija tikkontribwixxi għall-objettivi tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, tad-Direttiva dwar l-Ilma ta’ Taħt l-Art, tad-Direttiva dwar in-Nitrati u tad-Direttiva dwar l-Istandards tal-Kwalità Ambjentali billi tindirizza l-kontaminazzjoni tal-ħamrija, l-erożjoni tal-ħamrija u billi ttejjeb iż-żamma tal-ilma tal-ħamrija. Ħamrija f’saħħitha se tikkontribwixxi wkoll għall-prevenzjoni tal-għargħar, wieħed mill-objettivi tad-Direttiva dwar l-Għargħar.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija jikkomplementaw il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE relatata man-natura (id-Direttivi dwar il-Ħabitats u l-Għasafar) billi jtejbu l-bijodiversità (pereżempju, il-pollinaturi selvaġġi li jbejtu fil-ħamrija) u l-arja billi jipprevjenu l-erożjoni tal-partikoli tal-ħamrija. Ħamrija f’saħħitha tipprovdi l-bażi għall-ħajja u l-bijodiversità, inklużi l-ħabitats, l-ispeċijiet u l-ġeni, u tikkontribwixxi għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja.

Barra minn hekk, l-għarfien, l-informazzjoni u d-data miġbura skont ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ stabbiliti fil-proposta se jgħinu biex tittejjeb il-valutazzjoni tal-impatti ambjentali tal-proġetti, tal-pjanijiet u tal-programmi mwettqa skont id-Direttiva dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali u d-Direttiva dwar il-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika.

Fl-aħħar nett, il-proposta hija konsistenti ma’ diversi inizjattivi oħra ta’ politika ambjentali bħal:

L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, li tistabbilixxi miri biex tkompli tipproteġi n-natura fl-UE u, b’mod partikolari, il-proposta għal regolament dwar ir-restawr tan-natura 19 (il-Liġi dwar ir-Restawr tan-Natura (Nature Restoration Law - NRL)). L-NRL proposta għandha l-għan li 20 % tal-art u tal-baħar tal-UE jkunu koperti minn miżuri ta’ restawr sal-2030 u li tkopri l-ekosistemi kollha li jeħtieġu restawr permezz ta’ miżuri ta’ restawr sal-2050. Hemm ħafna sinerġiji fost l-NRL proposta u din il-proposta dwar is-saħħa tal-ħamrija. Għalhekk, l-NRL proposta u din il-proposta jsaħħu lil xulxin.

Il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero jistabbilixxi l-viżjoni li sal-2050, it-tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija jitnaqqas għal livelli li ma jibqgħux jitqiesu ta’ ħsara għas-saħħa u għall-ekosistemi naturali. Din il-proposta hija konsistenti mal-proposti li għandhom l-għan li jirrevedu u jsaħħu l-leġiżlazzjoni eżistenti ewlenija tal-UE fis-setturi tal-arja u tal-ilma u l-leġiżlazzjoni dwar l-attivitajiet industrijali.

Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari, li jħabbar miżuri biex jitnaqqsu l-mikroplastiks, flimkien ma’ evalwazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħama tad-Drenaġġ, li tirregola l-kwalità tal-ħama użata fl-agrikoltura.

L-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà, li tirrikonoxxi li s-sustanzi kimiċi huma essenzjali għall-benesseri tas-soċjetà moderna, iżda li għandha l-għan li tipproteġi aħjar liċ-ċittadini u lill-ambjent kontra l-proprjetajiet perikolużi possibbli tagħhom.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta hija konsistenti mal-politiki tal-UE dwar il-klima, l-ikel u l-agrikoltura.

L-inizjattiva hija l-qofol kruċjali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u strument biex jintlaħqu l-objettivi ta’ politika tal-UE bħan-newtralità klimatika, in-natura u l-bijodiversità reżiljenti, it-tniġġis żero, is-sistemi tal-ikel sostenibbli, is-saħħa u l-benesseri tal-bniedem.

L-objettivi tal-proposta huma komplementari u f’sinerġija mal-Liġi Ewropea dwar il-Klima 20 . Dawn se jikkontribwixxu għall-objettivi tal-UE għall-adattament għat-tibdil fil-klima billi jagħmlu lill-UE aktar reżiljenti, kif ukoll għall-għan tagħha li tikseb Ewropa newtrali għall-klima sal-2050. Il-ħżin tal-karbonju fil-ħamrija huwa parti essenzjali mill-azzjoni meħtieġa biex tintlaħaq in-newtralità klimatika. L-ilħuq ta’ dan l-objettiv jeħtieġ azzjoni f’diversi oqsma, bħall-assorbimenti tal-karbonju permezz ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija biex jiġu bbilanċjati l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li se jibqgħu fl-aħħar ta’ perkors ambizzjuż ta’ dekarbonizzazzjoni. Din il-proposta se tikkontribwixxi wkoll għall-objettivi tal-UE għall-adattament għat-tibdil fil-klima, se tagħmel lill-UE aktar reżiljenti u se tnaqqas il-vulnerabbiltà tagħha għat-tibdil fil-klima, pereżempju, billi ttejjeb il-kapaċità tal-ħamrija li żżomm l-ilma.

Il-proposta hija kompletament komplementari u sinerġetika mar-Regolament dwar l-Użu tal-Art, it-Tibdil fl-Użu tal-Art u l-Forestrija (LULUCF) 21 , kif rivedut reċentement, sabiex tkun adattata għall-mira li l-emissjonijiet netti jitnaqqsu b’55 % sal-2030. Ir-Regolament LULUCF rivedut 22 għandu l-għan li jikseb assorbimenti netti ekwivalenti għal 310 Mt CO2 fis-settur tal-LULUCF sal-2030 fil-livell tal-UE. Għall-perjodu 2026-2029, kull Stat Membru se jkollu mira nazzjonali vinkolanti li jżid b’mod progressiv l-assorbimenti ta’ gassijiet serra. Dawn l-objettivi jirrikjedu li l-Istati Membri kollha jżidu l-livell ta’ ambizzjoni klimatika għall-politiki tagħhom dwar l-użu tal-art. Barra minn hekk, ir-Regolament LULUCF jirrikjedi li l-Istati Membri jwaqqfu sistemi biex jimmonitorjaw il-ħażniet ta’ karbonju fil-ħamrija, bl-aspettattiva ta’ implimentazzjoni mtejba tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima bbażata fuq in-natura fil-ħamrija. Din il-proposta dwar is-saħħa tal-ħamrija u r-Regolament LULUCF rivedut se jsaħħu lil xulxin, minħabba li ħamrija f’saħħitha tissekwestra aktar karbonju u l-miri tal-LULUCF jippromwovu l-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija. Monitoraġġ imtejjeb u aktar rappreżentattiv tal-ħamrija se jtejjeb ukoll il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni b’suċċess tal-politika fis-settur tal-LULUCF.

L-għan tar-Regolament propost għal qafas ta’ ċertifikazzjoni għall-assorbiment tal-karbonju 23 huwa li jiffaċilita l-iskjerament ta’ assorbimenti tal-karbonju ta’ kwalità għolja permezz ta’ qafas ta’ ċertifikazzjoni volontarju tal-UE b’integrità klimatika u ambjentali għolja. L-assorbimenti tal-karbonju jikkostitwixxu wkoll mudell ta’ negozju ġdid fis-suq volontarju tal-karbonju. Din l-inizjattiva hija strumentali biex tiżgura l-kapaċità tal-ħamrija li tassorbi u taħżen il-karbonju. Bil-maqlub, ir-riġenerazzjoni tal-ħamrija għal saħħa tajba hija strumentali biex tiżdied il-kapaċità tagħha li tassorbi u taħżen il-karbonju u li tiġġenera krediti għall-assorbiment tal-karbonju. Barra minn hekk, il-ħolqien ta’ distretti tal-ħamrija, kif previst taħt l-inizjattiva dwar il-ħamrija, u l-ġenerazzjoni tad-data u l-għarfien relatati se jiffaċilitaw l-implimentazzjoni taċ-ċertifikazzjoni tal-assorbiment tal-karbonju.

Fl-aħħar nett, ċertifikazzjoni proporzjonata ta’ ħamrija f’saħħitha hija mistennija żżid il-valur taċ-ċertifikat tal-assorbiment tal-karbonju u tagħti rikonoxximent soċjali u tas-suq akbar għall-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija u għall-prodotti tal-ikel u mhux tal-ikel relatati. Il-benefiċċji ta’ ħamrija f’saħħitha u l-miżuri biex tinkiseb din se jgħinu wkoll biex tingħata spinta lill-finanzjament privat, billi l-industrija tal-ikel u negozji oħra diġà bdew idaħħlu fis-seħħ programmi biex iħallsu għas-servizzi tal-ekosistema u jappoġġaw prattiki sostenibbli relatati mas-saħħa tal-ħamrija. Fl-istess ħin, il-ħamrija ċċertifikata bħala f’saħħitha x’aktarx li żżid il-valur tal-art, eż. għall-finijiet ta’ kollateral, bejgħ jew suċċessjoni.

Din il-proposta hija konsistenti mal-Istrateġija “mill-Għalqa sal-Platt” 24 li għandha l-għan li tnaqqas it-telf tan-nutrijenti b’mill-inqas 50 %, filwaqt li tiżgura li ma jkun hemm l-ebda deterjorament fil-fertilità tal-ħamrija. Barra minn hekk, il-proposta dwar is-saħħa tal-ħamrija se tikkontribwixxi biex is-sistema tal-ikel tal-UE ssir aktar reżiljenti.

Il-proposta tappoġġa l-isforzi li saru mis-settur agrikolu skont il-PAK 25 bir-regoli l-ġodda tagħha biex tiżdied il-prestazzjoni ambjentali tas-settur agrikolu, murija wkoll fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK 2023-2027 26 . Din il-politika tinkludi xi kundizzjonijiet ambjentali u klimatiċi obbligatorji (kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin) li l-bdiewa jridu jissodisfaw sabiex jirċievu appoġġ għall-introjtu tal-PAK. Xi wħud minn dawn il-kundizzjonijiet huma marbuta ma’ prattiki ta’ ġestjoni tal-ħamrija (bħal prattiki li jillimitaw l-erożjoni tal-ħamrija (eż. ġestjoni tal-ħdim tar-raba’), il-kopertura minima tal-ħamrija u n-newba tal-għelejjel) u huma mistennija jgħinu biex tinżamm jew tittejjeb is-saħħa tal-ħamrija fuq ħamrija agrikola. Il-PAK tipprevedi wkoll appoġġ finanzjarju lill-bdiewa li jimpenjaw ruħhom li jwettqu prattiki jew investimenti ambjentali u klimatiċi speċifiċi li jmorru lil hinn minn dawn il-kundizzjonijiet. Skont il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK approvati għall-perjodu 2023-2027, sal-2027, nofs iż-żona agrikola użata tal-UE se tkun appoġġata minn impenji ta’ benefiċċju għall-ġestjoni tal-ħamrija biex jittejbu l-kwalità tal-ħamrija u l-bijota (bħat-tnaqqis tal-ħdim tar-raba’, il-kopertura tal-ħamrija f’perjodi sensittivi b’għelejjel intermedjarji, in-newba tal-għelejjel, inklużi għelejjel leguminużi). Billi jsaħħu d-dimensjoni tal-innovazzjoni tal-PAK, l-Istati Membri ppjanaw li jwaqqfu aktar minn 6 600 Grupp Operazzjonali, li minnhom madwar 1 000 huma mistennija jindirizzaw kwistjonijiet tas-saħħa tal-ħamrija. Minħabba dawn ir-rabtiet, din id-Direttiva għandha titqies meta, f’konformità mal-Artikolu 159 tar-Regolament (UE) 2021/2115, il-Kummissjoni tirrieżamina, sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-lista stabbilita fl-Anness XIII ta’ dak ir-Regolament.

Din il-proposta dwar il-ħamrija se tistabbilixxi prinċipji ta’ ġestjoni sostenibbli applikabbli għall-ħamrija ġestita fl-Ewropa, inkluża l-ħamrija agrikola. Se tagħti flessibbiltà lill-Istati Membri biex japplikaw dawn il-prinċipji kif iqisu li huwa l-aħjar, u biex jagħżlu kif jintegrawhom fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom. Din il-proposta se tipprovdi wkoll l-għodod biex jittejjeb il-monitoraġġ tal-impatti tal-istrumenti ta’ appoġġ skont il-PAK.

Din il-proposta hija konsistenti mal-proposta li n-Network tad-Data tal-Kontabilità Agrikola (FADN) attwali jiġi ttrasformat f’Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli (FSDN) 27 , inkluż fl-Istrateġija “mill-Għalqa sal-Platt”. L-FSDN il-ġdid se jkollu l-għan li jiġbor data fil-livell tal-azjendi agrikoli dwar is-sostenibbiltà u jikkontribwixxi għat-titjib tas-servizzi ta’ konsulenza lill-bdiewa u għall-valutazzjoni komparattiva tal-prestazzjoni tal-azjendi agrikoli. Ladarba jiġi ttrasformat, in-network il-ġdid se jippermetti lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jimmonitorjaw l-iżvilupp ta’ prattiki agroambjentali speċifiċi fil-livell tal-azjendi agrikoli, inklużi prattiki ta’ ġestjoni tal-ħamrija.

Din il-proposta hija konsistenti ma’ objettivi ta’ politika oħrajn tal-UE mmirati lejn il-kisba tal-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE, bħal dawk skont il-proposta għal Att Ewropew dwar il-Materja Prima Kritika 28 li għandhom l-għan li jiżguraw provvista sigura u sostenibbli ta’ materja prima kritika għall-industrija tal-Ewropa, u għandhom jiġu implimentati kif xieraq.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-proposta huma relatati mal-ħarsien tal-ambjent. Għalhekk, il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jistabbilixxi kif għandu jiġi implimentat l-Artikolu 191 tat-Trattat. L-Artikolu 191 tat-Trattat jispeċifika l-objettivi tal-politika ambjentali tal-UE:

il-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent;

il-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem;

l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali;

il-promozzjoni ta’ miżuri fil-livell internazzjonali biex jittrattaw problemi ambjentali reġjonali jew globali, b’mod partikolari biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima.

Il-proposta ma fihiex miżuri li jaffettwaw l-użu tal-art.

Minħabba li dan huwa qasam ta’ kompetenza kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri, l-azzjoni tal-UE trid tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

L-azzjoni fil-livell tal-UE hija ġġustifikata minħabba l-iskala u n-natura transfruntiera tal-problema, l-impatt tad-degradazzjoni tal-ħamrija madwar l-UE u r-riskji għall-ambjent, għall-ekonomija u għas-soċjetà.

Id-degradazzjoni tal-ħamrija spiss titqies b’mod żbaljat bħala kwistjoni purament lokali u l-impatti transfruntiera jiġu sottovalutati. L-ixprunaturi u l-impatti tal-problema jmorru lil hinn mill-fruntieri tal-pajjiżi u jnaqqsu l-forniment ta’ servizzi tal-ekosistema f’diversi pajjiżi peress li l-ħamrija tinġarr bl-ilma jew tittajjar mill-irjieħ. Il-kontaminanti jistgħu jsiru mobbli permezz tal-arja, l-ilma tal-wiċċ u l-ilma ta’ taħt l-art, jistgħu jiċċaqilqu bejn il-fruntieri u jistgħu jaffettwaw l-ikel.

B’modi li rari tidher jew tiġi rikonoxxuta, il-ħamrija f’saħħitha hija essenzjali biex jiġu indirizzati l-isfidi globali tas-soċjetà. Il-ħamrija għandha rwol ewlieni fiċ-ċikli tan-nutrijenti, tal-karbonju u tal-ilma, u huwa evidenti li dawn il-proċessi ma humiex ristretti minn fruntieri fiżiċi u politiċi.

Għalhekk, huma meħtieġa miżuri kkoordinati mill-Istati Membri kollha biex tinkiseb il-viżjoni li l-ħamrija kollha tkun f’saħħitha sal-2050, kif stabbilit fl-Istrateġija dwar il-Ħamrija għall-2030, u biex jiġi żgurat li l-ħamrija jkollha l-kapaċità li tipprovdi servizzi tal-ekosistema madwar l-UE fit-tul.

Sakemm ma nwaqqfux malajr il-livell attwali tad-degradazzjoni tal-ħamrija u ma nirriġenerawx il-ħamrija għal saħħa tajba, is-sistema tal-ikel tagħna se ssir inqas produttiva u dejjem aktar vulnerabbli għat-tibdil fil-klima u tiddependi minn inputs li jużaw ħafna riżorsi. L-azzjoni individwali mill-Istati Membri wriet li ma hijiex biżżejjed biex tirrimedja s-sitwazzjoni, minħabba li d-degradazzjoni tal-ħamrija qed tkompli u saħansitra qed tmur għall-agħar.

Minħabba li xi aspetti tas-saħħa tal-ħamrija huma koperti biss marġinalment mil-leġiżlazzjoni tal-UE, hija meħtieġa azzjoni addizzjonali tal-UE biex tikkomplementa r-rekwiżiti attwali u biex timla l-lakuni fil-politiki.

Il-proposta hija mfassla biex toħloq il-kundizzjonijiet għal azzjoni biex il-ħamrija tiġi ġestita b’mod sostenibbli u biex jiġu indirizzati l-kostijiet tad-degradazzjoni tal-ħamrija. L-objettivi tal-azzjoni proposta jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-UE minħabba l-iskala u l-effetti li se tipproduċi. Hija meħtieġa azzjoni kkoordinata fuq skala kbira biżżejjed biex timmonitorja u tiġġestixxi b’mod sostenibbli l-ħamrija sabiex tibbenefika minn sinerġiji, effettività u titjib fl-effiċjenza. Hija meħtieġa wkoll azzjoni kkoordinata biex jiġu ssodisfati l-impenji dwar is-saħħa tal-ħamrija li saru kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak globali. Hemm riskju li jekk il-ħamrija ma tkunx protetta kif suppost, l-UE u l-Istati Membri tagħha jonqsu milli jissodisfaw l-impenji internazzjonali u tal-Patt Ekoloġiku Ewropew dwar l-ambjent, l-iżvilupp sostenibbli u l-klima. Fl-aħħar nett, l-azzjoni fil-livell tal-UE hija essenzjali biex jiġu indirizzati d-distorsjonijiet potenzjali fis-suq intern u l-kompetizzjoni inġusta fost in-negozji minħabba li hemm rekwiżiti ambjentali aktar baxxi f’xi Stati Membri.

Proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex il-ħamrija kollha fl-UE tkun f’saħħitha sal-2050. L-istrument propost huwa direttiva li tħalli ħafna flessibbiltà lill-Istati Membri biex jidentifikaw l-aħjar miżuri għalihom u biex jadattaw l-approċċ għall-kundizzjonijiet lokali. Dan huwa kruċjali biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet reġjonali u lokali fir-rigward tal-varjabbiltà tal-ħamrija, l-użu tal-art, il-kundizzjonijiet klimatoloġiċi u l-aspetti soċjoekonomiċi.

Il-proposta tiżgura li l-objettivi tagħha jintlaħqu b’rekwiżiti li huma realistiċi u li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ. Għal din ir-raġuni, l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex jistabbilixxu gradwalment il-governanza, il-mekkaniżmi għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija u l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-prinċipji ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija.

Sabiex jiġi żgurat li l-UE tilħaq l-objettivi tagħha, il-proposta tistabbilixxi obbligi għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija u għar-rieżami tal-effettività tal-miżuri meħuda. Il-valutazzjoni tal-impatt evalwat l-impatti tal-għażliet ta’ politika kollha u wriet li l-proposti huma proporzjonati.

Għażla tal-istrument

Huwa meħtieġ approċċ leġiżlattiv aktar milli mhux leġiżlattiv biex jintlaħaq l-objettiv fit-tul ta’ ħamrija f’saħħitha fl-UE sal-2050. Il-proposta tipprovdi qafas koerenti għall-monitoraġġ tal-ħamrija u l-ġestjoni sostenibbli f’dan ir-rigward. Il-proposta tħalli ħafna flessibbiltà lill-Istati Membri biex jidentifikaw l-aħjar miżuri għalihom u biex jadattaw l-approċċ għall-kundizzjonijiet lokali. Dawn l-objettivi jistgħu jiġu segwiti bl-aħjar mod fil-forma ta’ direttiva. Il-firxa wiesgħa ta’ kundizzjonijiet u użi tal-ħamrija madwar l-UE, u l-ħtieġa għal flessibbiltà u sussidjarjetà, ifissru li direttiva hija l-aħjar strument legali biex jintlaħaq dan l-iskop.

Direttiva tirrikjedi li l-Istati Membri jilħqu l-objettivi tagħha u jimplimentaw il-miżuri fis-sistemi legali sostantivi u proċedurali nazzjonali tagħhom. Iżda d-direttivi jagħtu lill-Istati Membri aktar libertà meta jimplimentaw miżura tal-UE milli jagħmlu r-regolamenti, fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu kif jimplimentaw il-miżuri stabbiliti fid-direttiva.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli minħabba li bħalissa ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni fl-UE kollha speċifikament dwar il-ħamrija.

L-evalwazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020 (SWD(2022)284) ikkonfermat li d-degradazzjoni u t-telf tal-ħamrija u d-deżertifikazzjoni huma ta’ theddida għall-ħabitats u għall-ispeċijiet. Hija ddikjarat ukoll li s-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura huma essenzjali biex jgħinu fit-tnaqqis tal-emissjonijiet u biex jadattaw għal klima li qed tinbidel.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-Kummissjoni organizzat sejħa għal evidenza dwar is-saħħa tal-ħamrija bejn is-16 ta’ Frar 2022 u s-16 ta’ Marzu 2022 li rċeviet 189 tweġiba.

Bejn l-1 ta’ Awwissu 2022 u l-24 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni organizzat konsultazzjoni pubblika online dwar il-Liġi potenzjali dwar is-Saħħa tal-Ħamrija dwar il-protezzjoni, il-ġestjoni sostenibbli u r-restawr tal-ħamrija. Hija rċeviet 5 782 tweġiba.

Mill-2015, il-Kummissjoni żammet djalogu miftuħ mal-Istati Membri permezz tal-grupp ta’ esperti tal-UE dwar il-protezzjoni tal-ħamrija. Il-grupp tipikament iltaqa’ darbtejn fis-sena, iżda ltaqa’ tmien darbiet fl-2022 biex jiddiskuti diversi aspetti tal-Liġi dwar is-Saħħa tal-Ħamrija abbażi ta’ dokumenti ta’ ħidma tematiċi mħejjija mill-Kummissjoni. F’Ottubru 2022, il-grupp ta’ esperti ġie estiż biex jinkludi gruppi ta’ partijiet ikkonċernati għajr l-Istati Membri. Il-grupp ta’ esperti ltaqa’ darbtejn fil-kompożizzjoni l-ġdida fl-4 ta’ Ottubru 2022 u fis-7 ta’ Frar 2023 u ddiskuta l-Liġi dwar il-Ħamrija f’dawn il-laqgħat.

Il-Kummissjoni organizzat ukoll intervisti u bagħtet kwestjonarji mmirati biex tiġbor il-fehmiet tal-esperti dwar il-kostijiet, il-fattibbiltà u l-impatti ta’ ċerti miżuri. Hija ġabret tweġibiet bejn l-14 u t-28 ta’ Novembru 2022.

Rapport fil-qosor tal-attivitajiet ta’ konsultazzjoni kollha huwa anness mal-valutazzjoni tal-impatt (l-Anness 2). Dan jiddeskrivi l-istrateġija, il-metodu u l-ħarsa ġenerali tal-feedback riċevut. Il-Kummissjoni qieset bis-sħiħ il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati meta qabblet id-diversi għażliet ta’ politika (ara l-Anness 10 għall-valutazzjoni tal-impatt).

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-Kummissjoni ibbażat b’mod sostanzjali fuq l-għarfien espert tal-grupp ta’ esperti tal-UE dwar il-protezzjoni tal-ħamrija, li ddiskuta diversi dokumenti tematiċi mħejjija mill-Kummissjoni, u fuq l-għarfien espert intern tar-riċerka żviluppat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka.

Il-Kummissjoni użat ukoll id-data u l-għarfien disponibbli għall-pubbliku minn organizzazzjonijiet kompetenti bħall-FAO, l-EEA, l-IPBES u l-Kunsill Konsultattiv Xjentifiku tal-Akkademji Ewropej. Hija ġabret aktar għarfien espert permezz ta’ kuntratti ta’ servizzi u proġetti ffinanzjati mill-UE, b’mod partikolari taħt il-programmi Orizzont.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-proposta hija bbażata fuq valutazzjoni tal-impatt. Wara li ssolvew il-kwistjonijiet imqajma fl-opinjoni negattiva tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju maħruġa fis-17 ta’ Frar 2023, l-abbozz ta’ valutazzjoni tal-impatt irċieva opinjoni pożittiva fit-28 ta’ April 2023. Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju kien jeħtieġ b’mod partikolari li jiċċara l-kontenut u l-fattibbiltà tal-għażliet, li jirrifletti r-riskji li ma jintlaħaqx l-objettiv ta’ ħamrija f’saħħitha madwar l-UE sal-2050, li jifli l-analiżi tal-impatti fuq il-kompetittività u li jkun aktar espliċitu dwar il-fehmiet tal-Istati Membri.

Fil-valutazzjoni tal-impatt, l-għażliet ta’ politika ġew deskritti bl-użu ta’ ħames elementi kostitwenti ewlenin:

(1) id-definizzjoni tas-saħħa tal-ħamrija u l-istabbiliment ta’ distretti tal-ħamrija,

(2) il-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija,

(3) il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija,

(4) l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, l-investigazzjoni u l-valutazzjoni ta’ siti kkontaminati,

(5) ir-restawr (ir-riġenerazzjoni) tas-saħħa tal-ħamrija u r-rimedju ta’ siti kkontaminati.

Tfasslu għażliet għal kull wieħed mill-ħames elementi kostitwenti, permezz ta’ modulazzjoni tal-flessibbiltà u l-armonizzazzjoni fi gradi differenti li jikkorrispondu għal soluzzjonijiet potenzjali sinifikanti. Għażla waħda tfasslet biex tagħti l-ogħla grad ta’ flessibbiltà għall-Istati Membri, oħra bl-ogħla grad ta’ armonizzazzjoni u t-tielet waħda tagħti grad intermedju ta’ armonizzazzjoni u flessibbiltà. L-Għażla 1 hija xenarju ta’ monitoraġġ biss mingħajr miżuri dwar il-ġestjoni, ir-riġenerazzjoni u r-rimedju sostenibbli tal-ħamrija, iżda ġiet skartata fi stadju bikri minħabba li tqieset insuffiċjenti biex jintlaħqu l-objettivi u jiġu ssodisfati l-aspettattivi tal-partijiet ikkonċernati.

L-għażla ppreferuta kkombinat l-aktar għażliet ta’ politika effettivi, effiċjenti u koerenti magħżula minn kull element kostitwenti. Għall-elementi kostitwenti kollha, ħlief għar-rimedju ta’ siti kkontaminati, intgħażlet l-Għażla 3 li tipprovdi livell intermedju ta’ flessibbiltà u armonizzazzjoni (u Għażla 2 flessibbli ħafna għar-rimedju). L-għażla ppreferuta li tirriżulta mill-valutazzjoni tal-impatt kienet ibbażata fuq approċċ fi stadji li jagħti lill-Istati Membri żmien biex jistabbilixxu l-mekkaniżmi biex l-ewwel jivvalutaw il-kundizzjoni tal-ħamrija u mbagħad jiddeċiedu dwar il-miżuri ta’ riġenerazzjoni meħtieġa ladarba l-konklużjonijiet ikunu disponibbli.

L-għażla ppreferuta tfasslet biex tindirizza l-kostijiet tad-degradazzjoni tal-ħamrija, b’mod partikolari t-telf li jirriżulta tas-servizzi tal-ekosistema. Hija tiżgura li l-UE tilħaq l-objettivi ta’ politika tagħha, bħal ħamrija f’saħħitha u l-ambizzjoni ta’ tniġġis żero sal-2050, b’mod kosteffiċjenti. Il-biċċa l-kbira tal-benefiċċji jiġu mill-evitar tal-kostijiet billi tiġi indirizzata d-degradazzjoni tal-ħamrija. L-ogħla kostijiet huma relatati mal-implimentazzjoni ta’ miżuri għall-ġestjoni u r-riġenerazzjoni sostenibbli tal-ħamrija. Il-benefiċċji tal-inizjattiva ġew stmati għal madwar EUR 74 biljun fis-sena. Il-kostijiet totali jkunu ta’ madwar EUR 28-38 biljun fis-sena. Għal siti kkontaminati, il-kost annwali huwa inċert ħafna. Huwa stmat għal EUR 1,9 biljun għall-identifikazzjoni u l-investigazzjoni ta’ siti kkontaminati u EUR 1 biljun fis-sena għar-rimedju ta’ siti kkontaminati.

Għalkemm ma kienx possibbli li jiġu kkwantifikati u monetizzati l-impatti kollha, il-proporzjon kostijiet-benefiċċji tal-għażla ppreferuta kien stmat għal 1,7 konservattiv u prudenti. Dan jirrikjedi wkoll li l-Istati Membri jiżguraw il-parteċipazzjoni pubblika, b’mod partikolari mill-maniġers tal-ħamrija, mill-bdiewa u mill-forestiera.

It-tranżizzjoni għal ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija teħtieġ investimenti biex jinkisbu l-benefiċċji fit-tul ta’ ħamrija f’saħħitha għall-ambjent, għall-ekonomija u għas-soċjetà. L-implimentazzjoni b’suċċess tal-għażla ppreferuta teħtieġ l-isfruttar ta’ diversi sorsi ta’ finanzjament fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew. Għalhekk, din il-proposta hija ppubblikata flimkien ma’ Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal (SWD) li jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-opportunitajiet ta’ finanzjament disponibbli taħt il-baġit pluriennali tal-UE għas-snin 2021-2027 għall-protezzjoni, għall-ġestjoni sostenibbli u għar-riġenerazzjoni tal-ħamrija. L-Istati Membri jkomplu wkoll jikkondividu l-għarfien, l-esperjenza u l-għarfien espert f’diversi pjattaformi interkonnessi tal-UE dwar is-saħħa tal-ħamrija.

Il-proposta tikkorrispondi għall-għażla ppreferuta għall-elementi kostitwenti kollha ħlief għall-element kostitwenti dwar ir-restawr tal-ħamrija. Il-proposta hija inqas eżiġenti f’termini ta’ riġenerazzjoni tal-ħamrija mill-għażla ppreferuta li tinsab fil-valutazzjoni tal-impatt sabiex jiġi limitat il-piż fuq l-Istati Membri, is-sidien tal-artijiet u l-maniġers tal-artijiet. B’mod partikolari, il-proposta ma tirrikjedix li l-Istati Membri joħolqu xi programmi ġodda ta’ miżuri jew pjanijiet għas-saħħa tal-ħamrija. Madankollu, billi dan l-approċċ jista’ jinvolvi riskju akbar li ma jintlaħaqx l-objettiv ta’ ħamrija f’saħħitha sal-2050, qed jiġi propost li l-Kummissjoni twettaq analiżi dwar il-ħtieġa li jiġu stabbiliti rekwiżiti aktar speċifiċi għar-restawr/riġenerazzjoni ta’ ħamrija mhux f’saħħitha sal-2050 fil-kuntest ta’ evalwazzjoni bikrija tad-direttiva skedata 6 snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha. Din l-analiżi se tkun ibbażata fuq skambji mal-Istati Membri u mal-partijiet interessati, u se tqis il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija, il-progress dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija u l-avvanz tal-għarfien dwar il-kriterji għad-deskritturi tas-saħħa tal-ħamrija.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Is-setturi tan-negozju li mistennija jiġu affettwati mill-inizjattiva jinkludu l-agrikoltura, il-forestrija u servizzi ta’ estensjoni relatati, l-attivitajiet ta’ negozju li kkontaminaw il-ħamrija, l-attivitajiet ta’ negozju relatati mar-rimedju ta’ siti kkontaminati, ir-riċerka u l-laboratorji. Id-degradazzjoni tal-ħamrija taffettwa l-produttività u l-kompetittività tagħhom. L-azzjoni meħuda biex tiġi indirizzata d-degradazzjoni ma tiġix ippremjata, u taffettwa l-kundizzjonijiet ekwi.

L-implimentazzjoni tal-proposta se toħloq diversi opportunitajiet għat-tkabbir u l-innovazzjoni, inkluż għall-SMEs tal-UE, kemm fit-tfassil u fl-applikazzjoni ta’ prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija, kif ukoll fl-investigazzjoni u fir-rimedju ta’ ħamrija kkontaminata. Barra minn hekk, l-istabbiliment ta’ sistema ta’ monitoraġġ tal-ħamrija huwa mistenni joħloq opportunitajiet għar-riċerka, għall-iżvilupp u għan-negozju biex jiġu żviluppati teknoloġiji u innovazzjonijiet ġodda għall-monitoraġġ u għall-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija.

Sabiex ikompli jitnaqqas il-piż amministrattiv, il-proposta ma tirrikjedix li l-Istati Membri joħolqu programmi ġodda ta’ miżuri għall-ġestjoni jew għar-riġenerazzjoni sostenibbli tal-ħamrija. Barra minn hekk, hija tibbaża kemm jista’ jkun fuq soluzzjonijiet ta’ telerilevament u diġitali. L-Istati Membri se jirrapportaw lill-Kummissjoni kull 5 snin biss u r-rapportar huwa limitat għall-informazzjoni li l-Kummissjoni teħtieġ biex tissodisfa r-rwol tagħha fis-sorveljanza tal-implimentazzjoni tad-direttiva, tevalwaha u tirrapporta lill-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-UE.

Drittijiet fundamentali

Id-direttiva proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-prinċipji minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Il-proposta tistabbilixxi miżuri biex tinkiseb ħamrija f’saħħitha sal-2050 u biex jiġi żgurat li l-kontaminazzjoni tal-ħamrija titnaqqas għal livelli li ma għadhomx jitqiesu ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent. Dan se jipprovdi protezzjoni lill-komunitajiet soċjalment u ekonomikament żvantaġġati li jgħixu f’siti kkontaminati jew qrib tagħhom. Il-proposta tfittex li tintegra fil-politiki tal-UE livell għoli ta’ ħarsien tal-ambjent u li ttejjeb il-kwalità tal-ambjent, f’konformità mal-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli stipulat fl-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. Tpoġġi wkoll f’termini konkreti l-obbligu li jiġi protett id-dritt għall-ħajja kif stipulat fl-Artikolu 2 tal-Karta.

Il-proposta tikkontribwixxi għad-dritt għal rimedju effettiv quddiem tribunal, kif stipulat fl-Artikolu 47 tal-Karta, b’dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-aċċess għall-ġustizzja u l-penali.

Il-proposta ma tirregolax l-użu tal-proprjetà u tirrispetta d-dritt tal-proprjetà stipulat fl-Artikolu 17 tal-Karta. Madankollu, biex jiġu ssodisfati l-obbligi relatati mal-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija (biex jittieħdu kampjuni tal-ħamrija), l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jista’ jkollhom bżonn jitolbu lis-sidien tal-artijiet jagħtuhom id-dritt li jaċċessaw il-proprjetà tagħhom f’konformità mar-regoli u l-proċeduri nazzjonali applikabbli. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu wkoll li s-sidien tal-artijiet jimplimentaw miżuri biex jiġġestixxu l-ħamrija b’mod sostenibbli.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta se jkollha implikazzjonijiet baġitarji għall-Kummissjoni f’termini tar-riżorsi umani u amministrattivi meħtieġa.

Il-volum ta’ xogħol ta’ implimentazzjoni u infurzar tal-Kummissjoni se jiżdied minħabba din l-inizjattiva l-ġdida, li tistabbilixxi qafas ġdid għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-ħamrija, il-ġestjoni sostenibbli u r-riġenerazzjoni. Il-Kummissjoni se jkollha bżonn tmexxi kumitat ġdid u tivverifika l-kompletezza u l-konformità tal-miżuri ta’ traspożizzjoni. Se jkollha bżonn ukoll timmonitorja u tanalizza d-data rrapportata mill-Istati Membri, tadotta atti ta’ implimentazzjoni u tipprovdi gwida fejn meħtieġ.

Il-Kummissjoni se żżid l-azzjoni fuq l-implimentazzjoni u l-integrazzjoni tal-monitoraġġ tal-ħamrija. Se tfittex appoġġ mill-komunità xjentifika b’appoġġ miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u billi tniedi proġetti ffinanzjati mill-UE.

L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent se toħloq infrastruttura ġdida għar-rapportar tal-analiżijiet, l-appoġġ għall-politiki dwar il-protezzjoni tal-ħamrija u l-ħidma meħtieġa sabiex id-data dwar il-ħamrija tiġi integrata ma’ oqsma ta’ politika oħrajn. Se jiġu mfittxija sinerġiji ma’ kompiti oħrajn. Ħtieġa potenzjali għal tisħiħ minuri se tinġabar flimkien f’Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva ta’ proposta legali li jmiss.

Id-dikjarazzjoni finanzjarja annessa turi l-implikazzjonijiet baġitarji u r-riżorsi umani u amministrattivi meħtieġa.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Wara li d-direttiva proposta tidħol fis-seħħ, l-Istati Membri se jkollhom massimu ta’ sentejn biex jadottaw il-miżuri meħtieġa għat-traspożizzjoni tad-direttiva u biex jinnotifikaw dawn il-miżuri lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni se tivverifika l-kompletezza tal-miżuri ta’ traspożizzjoni nnotifikati mill-Istati Membri u l-konformità ta’ dawn il-miżuri abbażi ta’ dokumenti ta’ spjegazzjoni li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti tad-direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali.

Il-proposta għandha diversi dispożizzjonijiet li jirregolaw l-arranġamenti ta’ monitoraġġ. Hija tistabbilixxi qafas koerenti ta’ monitoraġġ tal-ħamrija biex tiġi pprovduta data dwar is-saħħa tal-ħamrija fl-Istati Membri kollha u għall-ħamrija kollha. Din id-data se ssir pubblika f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

Ir-reġistru ta’ siti kkontaminati u potenzjalment ikkontaminati se jippermetti lill-Kummissjoni u liċ-ċittadini, lill-NGOs u lil partijiet interessati oħrajn jimmonitorjaw l-obbligi rigward il-kontaminazzjoni tal-ħamrija.

Il-proposta tistabbilixxi wkoll dispożizzjonijiet ta’ rapportar. L-Istati Membri huma meħtieġa jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar għadd limitat ta’ kwistjonijiet kull 5 snin.

Il-proposta tipprevedi evalwazzjoni tad-direttiva li se tkun ibbażata fuq l-informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri u kwalunkwe informazzjoni disponibbli oħra. Din l-evalwazzjoni se sservi bħala bażi għar-reviżjoni tad-direttiva. Is-sejbiet ewlenin tal-evalwazzjoni se jiġu trażmessi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Il-proposta fiha wkoll dispożizzjonijiet sabiex ir-regoli jiġu adattati f’konformità mal-progress tekniku u xjentifiku.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Id-direttiva proposta tittratta l-liġi ambjentali u għandha l-għan li tirregola s-saħħa tal-ħamrija fil-livell tal-UE, filwaqt li tagħti lill-Istati Membri grad wiesa’ ta’ flessibbiltà dwar kif jintlaħqu l-objettivi. Attwalment ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni ddedikata tal-UE dwar il-ħamrija u d-direttiva proposta fiha kunċetti u obbligi ġodda rigward il-ħamrija li se jaffettwaw prinċipalment lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-partijiet ikkonċernati fis-setturi tal-agrikoltura, tal-forestrija u industrijali.

L-Istati Membri jistgħu jużaw strumenti legali differenti biex jittrasponu d-direttiva u jista’ jkollhom bżonn jemendaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali eżistenti. Huwa probabbli li l-implimentazzjoni tad-direttiva taffettwa mhux biss il-livell ċentrali/nazzjonali tal-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri, iżda wkoll il-livelli differenti tal-leġiżlazzjoni lokali u reġjonali. Għalhekk, id-dokumenti ta’ spjegazzjoni se jgħinu l-proċess biex tiġi vverifikata t-traspożizzjoni u jgħinu biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-Kummissjoni tal-monitoraġġ tal-konformità. Mingħajr dawn, ikunu meħtieġa riżorsi konsiderevoli u bosta kuntatti mal-awtoritajiet nazzjonali biex jiġu traċċati l-metodi ta’ traspożizzjoni fl-Istati Membri kollha.

F’dan l-isfond, huwa proporzjonat li l-Istati Membri jintalbu jerfgħu l-piż li jipprovdu dokumenti ta’ spjegazzjoni sabiex il-Kummissjoni tkun mgħammra biex tissorvelja t-traspożizzjoni tad-direttiva proposta, li hija ċentrali għall-Patt Ekoloġiku Ewropew. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-miżuri ta’ traspożizzjoni flimkien ma’ dokument wieħed jew aktar li jispjegaw kif il-komponenti tad-direttiva huma marbuta mal-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Dan huwa konformi mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-Artikolu 1 jistabbilixxi l-objettiv ġenerali tad-direttiva, jiġifieri li jiġi stabbilit qafas koerenti ta’ monitoraġġ tal-ħamrija li se jipprovdi data dwar is-saħħa tal-ħamrija fl-Istati Membri kollha u li jiżgura li l-ħamrija tal-UE tkun f’kundizzjoni f’saħħitha sa mhux aktar tard mill-2050, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu servizzi multipli fuq skala suffiċjenti biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ambjentali, soċjetali u ekonomiċi u biex inaqqsu t-tniġġis tal-ħamrija għal livelli li ma għadhomx jitqiesu bħala ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem. Id-direttiva tikkontribwixxi għall-prevenzjoni u għall-mitigazzjoni tal-impatti tat-tibdil fil-klima, għaż-żieda tar-reżiljenza kontra d-diżastri naturali u għall-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel.

L-Artikolu 2 jistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tad-direttiva li japplika għall-ħamrija kollha fl-UE.

L-Artikolu 3 jipprovdi definizzjonijiet.

L-Artikoli 4 u 5 jistabbilixxu r-rekwiżiti ta’ governanza. L-Artikolu 4 jiddikjara li l-Istati Membri jridu jistabbilixxu distretti tal-ħamrija fit-territorju kollu tagħhom biex jiġġestixxu l-ħamrija u r-rekwiżiti tad-direttiva. L-Artikolu 4 jistabbilixxi wkoll il-kriterji li għandhom jużaw l-Istati Membri meta jistabbilixxu tali distretti tal-ħamrija. L-Artikolu 5 jirrikjedi li l-Istati Membri jaħtru l-awtoritajiet inkarigati mit-twettiq tal-obbligi stabbiliti fid-direttiva.

L-Artikolu 6 jiddeskrivi l-qafas ta’ monitoraġġ ġenerali bbażat fuq id-distretti tal-ħamrija, sabiex jiġi żgurat li s-saħħa tal-ħamrija tiġi mmonitorjata regolarment. Dan jiddeskrivi wkoll kif il-Kummissjoni tista’ tappoġġa l-azzjoni meħuda mill-Istati Membri dwar il-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija.

L-Artikolu 7 jistabbilixxi d-deskritturi u l-kriterji tal-ħamrija għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija. Huwa jispeċifika li xi kriterji se jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

L-Artikolu 8 jiddikjara li l-Istati Membri jridu jwettqu kejl regolari tal-ħamrija. Dan jistabbilixxi wkoll metodoloġiji għall-identifikazzjoni tal-punti ta’ kampjunar u għall-kejl tad-deskritturi tal-ħamrija.

L-Artikolu 9 jirrikjedi li l-Istati Membri jivvalutaw is-saħħa tal-ħamrija abbażi ta’ kejl regolari tal-ħamrija sabiex jaċċertaw jekk il-ħamrija hijiex f’saħħitha.

L-Artikolu 10 jistabbilixxi prinċipji ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija li għandhom l-għan li jżommu jew itejbu s-saħħa tal-ħamrija.

L-Artikolu 11 jipprevedi prinċipji ta’ mitigazzjoni li l-Istati Membri jridu jsegwu fil-każ ta’ teħid tal-art.

L-Artikolu 12 jistabbilixxi obbligu ġenerali li jittieħed approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-identifikazzjoni u l-investigazzjoni ta’ siti potenzjalment ikkontaminati u għall-ġestjoni ta’ siti kkontaminati.

L-Artikolu 13 jirrikjedi li s-siti potenzjalment ikkontaminati kollha jiġu identifikati u l-Artikolu 14 jirrikjedi li dawn is-siti jiġu investigati biex tiġi aċċertata l-preżenza ta’ kontaminazzjoni.

L-Artikolu 15 fih obbligi rigward il-ġestjoni ta’ siti kkontaminati. Dan jistabbilixxi li l-Istati Membri jridu jwettqu valutazzjoni tar-riskju speċifika għas-sit biex jaċċertaw jekk is-sit ikkontaminat jippreżentax riskji inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent u biex jieħdu l-miżuri xierqa għat-tnaqqis tar-riskju.

L-Artikolu 16 jirrikjedi li l-Istati Membri jfasslu reġistru ta’ siti kkontaminati u siti potenzjalment ikkontaminati. Huwa jiddikjara li r-reġistru jrid ikun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VII u li jrid ikun aċċessibbli għall-pubbliku u jinżamm aġġornat.

L-Artikolu 17 fih dispożizzjonijiet rigward il-finanzjament tal-UE.

L-Artikolu 18 fih rekwiżiti ta’ rapportar. Huwa jiddikjara li l-Istati Membri jridu jirrapportaw regolarment id-data u l-informazzjoni lill-Kummissjoni f’format elettroniku.

L-Artikolu 19 jipprevedi aċċess għall-informazzjoni biex tiżdied it-trasparenza.

L-Artikolu 20 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet sabiex il-Kummissjoni tadotta atti delegati.

L-Artikolu 21 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet sabiex il-Kummissjoni tadotta atti ta’ implimentazzjoni (proċedura ta’ Kumitat).

L-Artikolu 22 fih rekwiżiti li jirregolaw l-aċċess għall-ġustizzja.

L-Artikolu 23 jirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-direttiva. Il-penali jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Artikolu 24 jipprevedi evalwazzjoni tad-direttiva.

L-Artikolu 25 fih rekwiżiti għat-traspożizzjoni tad-direttiva fil-liġi nazzjonali.

L-Artikolu 26 jipprevedi d-dħul fis-seħħ tad-direttiva.

L-Artikolu 27 jispeċifika li d-direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

2023/0232 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-Monitoraġġ u r-Reżiljenza tal-Ħamrija (Liġi dwar il-Monitoraġġ tal-Ħamrija)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 29 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 30 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Il-ħamrija hija riżorsa vitali, limitata, mhux rinnovabbli u mhux sostitwibbli li hija kruċjali għall-ekonomija, għall-ambjent u għas-soċjetà.

(2)Il-ħamrija f’saħħitha hija f’kundizzjoni kimika, bijoloġika u fiżika tajba sabiex ikunu jistgħu jiġu pprovduti servizzi tal-ekosistema li huma vitali għall-bnedmin u għall-ambjent, bħal ikel sikur, nutrittiv u suffiċjenti, bijomassa, ilma nadif, ċiklaġġ tan-nutrijenti, ħżin tal-karbonju u ħabitat għall-bijodiversità. Madankollu, bejn 60 u 70 % tal-ħamrija fl-Unjoni hija ddeterjorata u qed tkompli tiddeterjora.

(3)Id-degradazzjoni tal-ħamrija qed tiswa lill-Unjoni diversi għexieren ta’ biljuni ta’ euro kull sena. Is-saħħa tal-ħamrija qed ikollha impatt fuq il-forniment ta’ servizzi tal-ekosistema li għandhom redditu ekonomiku importanti. Għalhekk, il-ġestjoni sostenibbli u r-riġenerazzjoni tal-ħamrija jagħmlu sens ekonomiku tajjeb u jistgħu jżidu b’mod sinifikanti l-prezz u l-valur tal-art fl-Unjoni.

(4)Il-Patt Ekoloġiku Ewropew 31 stabbilixxa pjan direzzjonali ambizzjuż biex jittrasforma l-Unjoni f’soċjetà ġusta u prospera, b’ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva, bl-għan li jipproteġi, jikkonserva u jtejjeb il-kapital naturali tal-Unjoni, u li jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini. Bħala parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Kummissjoni adottat l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 32 , l-Istrateġija “mill-Għalqa sal-Platt” 33 , il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero 34 , l-Istrateġija tal-UE għall-Adattament għat-Tibdil fil-Klima 35 u l-Istrateġija tal-UE dwar il-Ħamrija għall-2030 36 .

(5)L-Unjoni hija impenjata lejn l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tagħha 37 . Ħamrija f’saħħitha tikkontribwixxi direttament għall-ilħuq ta’ diversi SDGs, b’mod partikolari l-SDG 2 (ebda ġuħ), l-SDG 3 (saħħa u benesseri tajbin), l-SDG 6 (ilma nadif u sanità), l-SDG 11 (bliet u komunitajiet sostenibbli), l-SDG 12 (konsum u produzzjoni responsabbli), l-SDG 13 (azzjoni klimatika) u l-SDG 15 (il-ħajja fuq l-art). L-SDG 15.3 għandu l-għan li jiġġieled id-deżertifikazzjoni, jirrestawra l-art u l-ħamrija degradati, inkluża l-art affettwata mid-deżertifikazzjoni, min-nixfa u mill-għargħar, u jistinka biex tinkiseb dinja newtrali għad-degradazzjoni tal-art sal-2030.

(6)L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, bħala partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/626/KEE 38 , qablu fil-15-il Konferenza tal-Partijiet dwar il-“Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal” (GBF) 39 li jinkludi diversi miri globali orjentati lejn l-azzjoni għall-2030 ta’ rilevanza għas-saħħa tal-ħamrija. Jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet tan-natura għan-nies, inkluża s-saħħa tal-ħamrija, jiġu rrestawrati, miżmuma u mtejba.

(7)L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, bħala Partijiet għall-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni (UNCCD), approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/216/KE 40 , impenjaw ruħhom li jiġġieldu d-deżertifikazzjoni u jtaffu l-effetti tan-nixfa fil-pajjiżi affettwati. Tlettax-il Stat Membru 41 ddikjaraw lilhom infushom bħala partijiet affettwati mid-deżertifikazzjoni skont il-UNCCD.

(8)Fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), l-art u l-ħamrija jitqiesu simultanjament bħala sors u bir tal-karbonju. L-Unjoni u l-Istati Membri bħala partijiet impenjaw ruħhom li jippromwovu l-ġestjoni sostenibbli, il-konservazzjoni u t-titjib tal-bjar u r-riżervi tal-karbonju.

(9)L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 tiddikjara li huwa essenzjali li jiżdiedu l-isforzi biex tiġi protetta l-fertilità tal-ħamrija, titnaqqas l-erożjoni tal-ħamrija u tiżdied il-materja organika tal-ħamrija billi jiġu adottati prattiki sostenibbli ta’ ġestjoni tal-ħamrija. Tiddikjara wkoll li huwa meħtieġ progress sinifikanti fl-identifikazzjoni ta’ siti tal-ħamrija kkontaminati, fir-restawr ta’ ħamrija degradata, fid-definizzjoni tal-kundizzjonijiet għal status ekoloġiku tajjeb tal-ħamrija, fl-introduzzjoni ta’ objettivi ta’ restawr, u fit-titjib tal-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija.

(10)L-Istrateġija tal-UE dwar il-Ħamrija għall-2030 tistabbilixxi l-viżjoni fit-tul li, sal-2050, l-ekosistemi kollha tal-ħamrija tal-UE jkunu f’kundizzjoni f’saħħitha u, b’hekk, ikunu aktar reżiljenti. Bħala soluzzjoni ewlenija, il-ħamrija f’saħħitha tikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-għanijiet tal-UE li tikseb in-newtralità klimatika u ssir reżiljenti għat-tibdil fil-klima, tiżviluppa (bijo)ekonomija nadifa u ċirkolari, treġġa’ lura t-telf tal-bijodiversità, tissalvagwardja s-saħħa tal-bniedem, twaqqaf id-deżertifikazzjoni u treġġa’ lura d-degradazzjoni tal-art.

(11)Il-finanzjament huwa vitali biex tkun tista’ ssir tranżizzjoni għal ħamrija f’saħħitha. Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali jippreżenta diversi opportunitajiet ta’ finanzjament disponibbli għall-protezzjoni, għall-ġestjoni sostenibbli u għar-riġenerazzjoni tal-ħamrija. “Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa” huwa waħda mill-ħames missjonijiet tal-UE tal-programm Orizzont Ewropa u huwa ddedikat speċifikament għall-promozzjoni tas-saħħa tal-ħamrija. Il-Missjoni dwar il-Ħamrija hija strument ewlieni għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Din għandha l-għan li tmexxi t-tranżizzjoni għal ħamrija f’saħħitha permezz ta’ finanzjament ta’ programm ambizzjuż ta’ riċerka u innovazzjoni, l-istabbiliment ta’ network ta’ 100 laboratorju ħaj u fanal f’żoni rurali u urbani, l-avvanz tal-iżvilupp ta’ qafas armonizzat ta’ monitoraġġ tal-ħamrija u ż-żieda fl-għarfien dwar l-importanza tal-ħamrija. Programmi oħrajn tal-Unjoni li jippreżentaw objettivi li jikkontribwixxu għal ħamrija f’saħħitha huma l-Politika Agrikola Komuni, il-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni, il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika, il-programm ta’ ħidma ta’ Orizzont Ewropa, l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u InvestEU.

(12)L-Istrateġija dwar il-Ħamrija għall-2030 ħabbret li l-Kummissjoni se tressaq proposta leġiżlattiva dwar is-saħħa tal-ħamrija biex tippermetti li jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija dwar il-Ħamrija u tinkiseb saħħa tajba tal-ħamrija madwar l-UE sal-2050. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ April 2021 dwar il-protezzjoni tal-ħamrija 42 , il-Parlament Ewropew enfasizza l-importanza tal-protezzjoni tal-ħamrija u tal-promozzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha fl-Unjoni, filwaqt li żamm f’moħħu li d-degradazzjoni qed tkompli, minkejja l-azzjoni limitata u irregolari li qed tittieħed f’xi Stati Membri. Il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tfassal qafas legali komuni għall-Unjoni kollha, b’rispett sħiħ għall-prinċipju tas-sussidjarjetà, għall-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-ħamrija, li jindirizza t-theddidiet ewlenin kollha tal-ħamrija.

(13)Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2020 43 , il-Kunsill appoġġa lill-Kummissjoni biex iżżid l-isforzi biex tipproteġi aħjar il-ħamrija u l-bijodiversità tal-ħamrija, bħala riżorsa mhux rinnovabbli ta’ importanza vitali.

(14)Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 44 jistabbilixxi objettiv vinkolanti ta’ newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050 u ta’ emissjonijiet negattivi minn hemm ’il quddiem, u li tingħata prijorità lit-tnaqqis rapidu u prevedibbli tal-emissjonijiet u, fl-istess ħin, jittejbu l-assorbimenti minn bjar naturali. Il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija tirriżulta f’żieda fis-sekwestru tal-karbonju u fil-biċċa l-kbira tal-każijiet f’benefiċċji kollaterali għall-ekosistemi u għall-bijodiversità. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar iċ-Ċikli Sostenibbli tal-Karbonju 45 ssottolinjat il-ħtieġa għal identifikazzjoni ċara u trasparenti tal-attivitajiet li jneħħu b’mod mhux ambigwu l-karbonju mill-atmosfera, bħall-iżvilupp ta’ qafas tal-UE għaċ-ċertifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju minn ekosistemi naturali, inkluża l-ħamrija. Barra minn hekk, ir-Regolament rivedut dwar l-Użu tal-Art, it-Tibdil fl-Użu tal-Art u l-Forestrija mhux biss iqiegħed il-karbonju fil-ħamrija ċentrali għall-ilħuq tal-miri fil-perkors lejn Ewropa newtrali għall-klima, iżda wkoll jitlob lill-Istati Membri jħejju sistema għall-monitoraġġ tal-ħażniet tal-karbonju fil-ħamrija, bl-użu, fost l-oħrajn, tas-sett ta’ data tal-istħarriġ qafas statistiku tal-użu tal-art taż-żona koperta (LUCAS).

(15)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima 46 ssottolinjat li l-użu ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura fuq l-art, inkluż ir-restawr tal-funzjoni tal-ħamrija bħal sponża, se jagħti spinta lill-provvista ta’ ilma nadif u frisk, inaqqas l-impatti tal-għargħar u jtaffi l-impatti tan-nixfiet. Huwa importanti li tiġi massimizzata l-kapaċità tal-ħamrija li żżomm u tippurifika l-ilma u li tnaqqas it-tniġġis.

(16)Il-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero adottat mill-Kummissjoni jistabbilixxi l-viżjoni għall-2050 li t-tniġġis tal-arja, tal-ilma u tal-ħamrija jitnaqqas għal livelli li ma għadhomx meqjusa ta’ ħsara għall-ekosistemi tas-saħħa u dawk naturali u li jirrispettaw il-konfini li l-pjaneta tagħna tista’ tlaħħaq magħhom, biex b’hekk jinħoloq ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi.

(17)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-salvagwardja tas-sigurtà tal-ikel u t-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistemi tal-ikel 47 enfasizzat li s-sostenibbiltà tal-ikel hija fundamentali għas-sigurtà tal-ikel. Ħamrija f’saħħitha tagħmel is-sistema tal-ikel tal-Unjoni aktar reżiljenti billi tipprovdi l-bażi għal ikel nutrittiv u suffiċjenti.

(18)Jeħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija, għall-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija u għall-indirizzar ta’ siti kkontaminati biex tinkiseb ħamrija f’saħħitha sal-2050, biex din tinżamm f’kundizzjoni f’saħħitha u jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima u l-bijodiversità, biex ikun hemm prevenzjoni u rispons għan-nixfiet u d-diżastri naturali, biex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem u biex jiġu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza tal-ikel.

(19)Il-ħamrija tospita aktar minn 25 % tal-bijodiversità kollha u hija t-tieni l-akbar raggruppament ta’ karbonju tal-pjaneta. Minħabba l-kapaċità tagħha li taqbad u taħżen il-karbonju, ħamrija f’saħħitha tikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni dwar it-tibdil fil-klima. Ħamrija f’saħħitha tipprovdi wkoll ħabitat favorevoli għall-organiżmi biex jgħixu u hija kruċjali għat-titjib tal-bijodiversità u l-istabbiltà tal-ekosistemi. Il-bijodiversità taħt l-art u dik ’il fuq mill-art huma marbuta mill-qrib u jinteraġixxu permezz ta’ relazzjonijiet reċiproċi (eż. fungi mikorriżjali li jgħaqqdu l-għeruq tal-pjanti).

(20)L-għargħar, in-nirien mhux ikkontrollati u l-eventi ta’ temp estrem huma riskji ta’ diżastri naturali tal-ogħla tħassib madwar l-Ewropa. It-tħassib għan-nixfiet u l-iskarsezza tal-ilma qed jiżdied b’mod rapidu madwar l-Unjoni. Fl-2020, 24 Stat Membru qiesu n-nixfiet u l-iskarsezza tal-ilma bħala riskji ta’ diżastri ewlenin emerġenti jew relatati mal-klima, meta mqabbla ma’ 11-il Stat Membru biss fl-2015. Ħamrija f’saħħitha hija strumentali għar-reżiljenza għan-nixfiet u għad-diżastri naturali. Il-prattiki li jtejbu ż-żamma tal-ilma u d-disponibbiltà tan-nutrijenti fil-ħamrija, l-istruttura tal-ħamrija, il-bijodiversità tal-ħamrija u s-sekwestru tal-karbonju, iżidu r-reżiljenza tal-ekosistemi, tal-pjanti u tal-għelejjel biex jifilħu u jirkupraw minn nixfa, diżastri naturali, mewġiet tas-sħana u eventi ta’ temp estrem li se jsiru aktar frekwenti fil-futur minħabba t-tibdil fil-klima. Min-naħa l-oħra, mingħajr ġestjoni xierqa tal-ħamrija, in-nixfa u d-diżastri naturali jikkawżaw degradazzjoni tal-ħamrija u jagħmlu l-ħamrija mhux f’saħħitha. It-titjib tas-saħħa tal-ħamrija jgħin biex jittaffew it-telf ekonomiku u l-fatalitajiet assoċjati mal-estremi relatati mal-klima, li ammontaw għal madwar EUR 560 biljun u aktar minn 182 000 vittma fl-Unjoni bejn l-1980 u l-2021.

(21)Is-saħħa tal-ħamrija tikkontribwixxi direttament għas-saħħa u l-benesseri tal-bniedem. Ħamrija f’saħħitha tipprovdi ikel sikur u nutrittiv, u għandha l-kapaċità li tiffiltra l-kontaminanti, u b’hekk tippreserva l-kwalità tal-ilma tax-xorb. Il-kontaminazzjoni tal-ħamrija tista’ tagħmel ħsara lis-saħħa tal-bniedem permezz ta’ inġestjoni, teħid bin-nifs jew kuntatt mal-ġilda. L-esponiment tal-bniedem għall-komunità mikrobika tal-ħamrija f’saħħitha huwa ta’ benefiċċju għall-iżvilupp tas-sistema immunitarja u r-reżistenza kontra ċerti mard u allerġiji. Ħamrija f’saħħitha tappoġġa t-tkabbir tas-siġar, tal-fjuri u tal-ħaxix, u toħloq infrastruttura ekoloġika li toffri valur estetiku, benesseri u kwalità tal-ħajja.

(22)Id-degradazzjoni tal-ħamrija tħalli impatt fuq il-fertilità, ir-rendimenti, ir-reżistenza għall-pesti u l-kwalità tal-ikel nutrittiv. Billi 95 % tal-ikel tagħna huwa prodott direttament jew indirettament fuq il-ħamrija u l-popolazzjoni globali qed tkompli tiżdied, huwa kruċjali li din ir-riżorsa naturali finita tibqa’ f’saħħitha biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel fit-tul u jiġu żgurati l-produttività u l-profittabbiltà tal-agrikoltura tal-Unjoni. Il-prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija jżommu jew itejbu s-saħħa tal-ħamrija u jikkontribwixxu għas-sostenibbiltà u r-reżiljenza tas-sistema tal-ikel.

(23)L-objettiv fit-tul tad-Direttiva huwa li tinkiseb ħamrija f’saħħitha sal-2050. Bħala pass intermedju, fid-dawl tal-għarfien limitat dwar il-kundizzjoni tal-ħamrija u dwar l-effettività u l-kostijiet tal-miżuri għar-riġenerazzjoni tas-saħħa tagħha, id-direttiva tieħu approċċ fi stadji. Fl-ewwel stadju, l-enfasi se tkun fuq it-twaqqif tal-qafas ta’ monitoraġġ tal-ħamrija u l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-ħamrija fl-UE kollha. Dan jinkludi wkoll rekwiżiti biex jiġu stabbiliti miżuri għall-ġestjoni tal-ħamrija b’mod sostenibbli u għar-riġenerazzjoni ta’ ħamrija mhux f’saħħitha ladarba tiġi stabbilita l-kundizzjoni tagħha, iżda mingħajr ma jiġi impost obbligu li tinkiseb ħamrija f’saħħitha sal-2050 u lanqas miri intermedji. Dan l-approċċ proporzjonat se jippermetti li l-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija u r-riġenerazzjoni ta’ ħamrija mhux f’saħħitha jkunu mħejjija, inċentivati u mnedija sewwa. Fit-tieni stadju, hekk kif ikunu disponibbli r-riżultati tal-ewwel valutazzjoni tal-ħamrija u tal-analiżi tax-xejriet, il-Kummissjoni se tqis il-progress lejn l-objettiv tal-2050 u l-esperjenza tiegħu, u se tipproponi rieżami tad-direttiva jekk ikun meħtieġ biex jitħaffef il-progress lejn l-2050.

(24)L-indirizzar tal-pressjonijiet fuq il-ħamrija u l-identifikazzjoni tal-miżuri xierqa biex tinżamm jew tiġi riġenerata s-saħħa tal-ħamrija jirrikjedu li jitqiesu l-varjetà tat-tipi ta’ ħamrija, il-kundizzjonijiet lokali u klimatiċi speċifiċi u l-użu tal-art jew il-kopertura tal-art. Għalhekk, jixraq li l-Istati Membri jistabbilixxu distretti tal-ħamrija. Jenħtieġ li d-distretti tal-ħamrija jikkostitwixxu l-unitajiet bażiċi ta’ governanza biex jiġġestixxu l-ħamrija u jieħdu miżuri biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f’din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija. Jenħtieġ li l-għadd, il-firxa ġeografika u l-konfini tad-distretti tal-ħamrija għal kull Stat Membru jiġu ddeterminati sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 48 +. Jenħtieġ li jkun hemm għadd minimu ta’ distretti tal-ħamrija f’kull Stat Membru, filwaqt li jitqies id-daqs tal-Istat Membru. Dan l-għadd minimu ta’ distretti tal-ħamrija għal kull Stat Membru għandu jikkorrispondi għall-għadd ta’ unitajiet territorjali NUTS 1 stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 49 .

(25)Sabiex tiġi żgurata governanza xierqa dwar il-ħamrija, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jaħtru awtorità kompetenti għal kull distrett tal-ħamrija. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jaħtru kwalunkwe awtorità kompetenti addizzjonali fil-livell xieraq, inkluż fil-livell reġjonali jew nazzjonali.

(26)Sabiex ikun hemm definizzjoni komuni ta’ kundizzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha, hemm bżonn li jiġi definit sett komuni minimu ta’ kriterji li jistgħu jitkejlu, li, jekk ma jiġux irrispettati, iwasslu għal telf kritiku fil-kapaċità tal-ħamrija li tiffunzjona bħala sistema ta’ għajxien vitali u li tipprovdi servizzi tal-ekosistema. Jenħtieġ li tali kriterji jirriflettu u jkunu bbażati fuq il-livell eżistenti tax-xjenza tal-ħamrija.

(27)Sabiex tiġi deskritta d-degradazzjoni tal-ħamrija, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti deskritturi tal-ħamrija li jistgħu jitkejlu jew jiġu stmati. Anki jekk ikun hemm varjabbiltà sinifikanti bejn it-tipi ta’ ħamrija, il-kundizzjonijiet klimatiċi u l-użi tal-art, l-għarfien xjentifiku attwali jippermetti li jiġu stabbiliti kriterji fil-livell tal-Unjoni għal xi wħud minn dawk id-deskritturi tal-ħamrija. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jadattaw il-kriterji għal xi wħud minn dawn id-deskritturi tal-ħamrija abbażi ta’ kundizzjonijiet lokali jew nazzjonali speċifiċi u jiddefinixxu l-kriterji għal deskritturi oħrajn tal-ħamrija li għalihom ma jistgħux jiġu stabbiliti kriterji komuni fil-livell tal-UE f’dan l-istadju. Għal dawk id-deskritturi li għalihom issa ma jistgħux jiġu identifikati kriterji ċari li jiddistingwu bejn kundizzjoni f’saħħitha u mhux f’saħħitha, huma meħtieġa biss monitoraġġ u valutazzjoni. Dan se jiffaċilita l-iżvilupp ta’ tali kriterji fil-futur.

(28)Sabiex jinħolqu inċentivi, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmi biex jirrikonoxxu l-isforzi tas-sidien tal-artijiet u tal-maniġers tal-artijiet biex iżommu l-ħamrija f’kundizzjoni f’saħħitha, inkluż fil-forma ta’ ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija komplementari għall-qafas regolatorju tal-Unjoni għall-assorbimenti tal-karbonju, u l-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-kriterji ta’ sostenibbiltà tal-enerġija rinnovabbli stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 50 . Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffaċilita ċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija billi, inter alia, tiskambja informazzjoni u tippromwovi l-aħjar prattiki, tqajjem kuxjenza u tivvaluta l-fattibbiltà tal-iżvilupp tar-rikonoxximent tal-iskemi ta’ ċertifikazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li s-sinerġiji bejn skemi ta’ ċertifikazzjoni differenti jiġu sfruttati kemm jista’ jkun biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għal dawk li japplikaw għaċ-ċertifikazzjonijiet rilevanti.

(29)Xi ħamrija għandha karatteristiċi speċjali jew minħabba li hija ta’ natura atipika u tikkostitwixxi ħabitats rari għall-bijodiversità jew pajsaġġi uniċi jew inkella minħabba li ġiet immodifikata ħafna mill-bnedmin. Jenħtieġ li dawk il-karatteristiċi jitqiesu fil-kuntest tad-definizzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha u r-rekwiżiti biex tinkiseb kundizzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha.

(30)Il-ħamrija hija riżorsa limitata soġġetta għal kompetizzjoni dejjem tikber għal użi differenti. It-teħid tal-art huwa proċess li spiss ikun xprunat mill-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku, li jittrasforma ż-żoni naturali u seminaturali (inklużi l-art agrikola u forestali, il-ġonna u l-parks) fi żvilupp ta’ art artifiċjali, bl-użu tal-ħamrija bħala pjattaforma għall-kostruzzjonijiet u l-infrastruttura, bħala sors dirett ta’ materja prima jew bħala arkivju għall-patrimonju storiku. Din it-trasformazzjoni tista’ tikkawża t-telf, spiss irriversibbli, tal-kapaċità tal-ħamrija li tipprovdi servizzi oħrajn tal-ekosistema (il-provvista ta’ ikel u bijomassa, iċ-ċiklaġġ tal-ilma u tan-nutrijenti, il-bażi għall-bijodiversità u l-ħżin tal-karbonju). B’mod partikolari, it-teħid tal-art spiss jaffettwa l-aktar ħamrija agrikola fertili, u jpoġġi s-sigurtà tal-ikel fil-periklu. Il-ħamrija ssiġillata tesponi wkoll l-insedjamenti umani għal livelli ogħla ta’ għargħar u għal effetti ta’ gżejjer tas-sħana aktar intensi. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu mmonitorjati t-teħid tal-art u l-issiġillar tal-ħamrija u l-effetti tagħhom fuq il-kapaċità tal-ħamrija li tipprovdi servizzi tal-ekosistema. Huwa xieraq ukoll li jiġu stabbiliti ċerti prinċipji biex jittaffew l-impatti tat-teħid tal-art bħala parti mill-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija.

(31)Jenħtieġ li l-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija bbażata fuq in-network ta’ monitoraġġ tkun akkurata, filwaqt li fl-istess ħin il-kostijiet ta’ tali monitoraġġ jinżammu f’livell raġonevoli. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kriterji għall-punti ta’ kampjunar li huma rappreżentattivi tal-kundizzjoni tal-ħamrija taħt tipi differenti ta’ ħamrija, kundizzjonijiet klimatiċi u użu tal-art. Jenħtieġ li l-grilja tal-punti ta’ kampjunar tiġi ddeterminata bl-użu ta’ metodi ġeostatistiċi u tkun densa biżżejjed biex tipprovdi stima taż-żona ta’ ħamrija f’saħħitha, fil-livell nazzjonali, fi ħdan inċertezza ta’ mhux aktar minn 5 %. Dan il-valur jitqies b’mod komuni li jipprovdi stima statistikament tajba u assigurazzjoni raġonevoli li l-objettiv ikun intlaħaq.

(32)Il-Kummissjoni għandha tassisti u tappoġġa l-monitoraġġ mill-Istati Membri tas-saħħa tal-ħamrija billi tkompli twettaq u ttejjeb il-kampjunar regolari tal-ħamrija in situ u l-kejl tal-ħamrija relatat (LUCAS dwar il-ħamrija) bħala parti mill-Programm ta’ Stħarriġ qafas statistiku tal-Użu tal-Art taż-Żona Koperta. Għal dak il-fini, il-Programm LUCAS għandu jittejjeb u jiġi mmodernizzat sabiex jiġi allinjat bis-sħiħ mar-rekwiżiti speċifiċi ta’ kwalità li għandhom jiġu ssodisfati għall-fini ta’ din id-Direttiva. Sabiex jittaffa l-piż, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew iqisu d-data dwar is-saħħa tal-ħamrija mistħarrġa taħt l-istħarriġ LUCAS imtejjeb dwar il-ħamrija. B’hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri appoġġati jagħmlu l-arranġamenti legali meħtieġa biex jiżguraw li l-Kummissjoni tkun tista’ twettaq tali kampjunar tal-ħamrija in situ, inkluż fuq għelieqi li huma proprjetà privata, u f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni applikabbli.

(33)Il-Kummissjoni qed tiżviluppa servizzi ta’ telerilevament fil-kuntest ta’ Copernicus bħala programm xprunat mill-utenti, u b’hekk qed tappoġġa wkoll lill-Istati Membri. Sabiex jiżdiedu t-tempestività u l-effettività tal-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija, u fejn rilevanti, jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw data ta’ telerilevament, inklużi outputs mis-servizzi ta’ Copernicus għall-monitoraġġ tad-deskritturi rilevanti tal-ħamrija u għall-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent jappoġġaw l-esplorazzjoni u l-iżvilupp ta’ prodotti ta’ telerilevament tal-ħamrija biex jassistu lill-Istati Membri fil-monitoraġġ tad-deskritturi rilevanti tal-ħamrija.

(34)Filwaqt li tibni ulterjorment u timmodernizza l-osservatorju tal-ħamrija tal-UE eżistenti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi portal diġitali ta’ data dwar is-saħħa tal-ħamrija li jenħtieġ li jkun kompatibbli mal-Istrateġija tal-UE għad-Data 51 u mal-ispazji tad-data tal-UE u li jenħtieġ li jkun ċentru li jipprovdi aċċess għad-data dwar il-ħamrija li ġejja minn diversi sorsi. Jenħtieġ li dak il-portal primarjament jinkludi d-data kollha miġbura mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni kif meħtieġ minn din id-Direttiva. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li tiġi integrata fil-portal, fuq bażi volontarja, data rilevanti oħra dwar il-ħamrija miġbura mill-Istati Membri jew minn kwalunkwe parti oħra (u b’mod partikolari data li tirriżulta minn proġetti taħt Orizzont Ewropa u l-Missjoni “Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa”), diment li dik id-data tissodisfa ċerti rekwiżiti fir-rigward tal-format u l-ispeċifikazzjonijiet. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jiġu speċifikati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

(35)Huwa meħtieġ ukoll li tittejjeb l-armonizzazzjoni tas-sistemi ta’ monitoraġġ tal-ħamrija użati fl-Istati Membri u li jiġu sfruttati s-sinerġiji bejn is-sistemi ta’ monitoraġġ nazzjonali u dawk tal-Unjoni sabiex ikun hemm data aktar komparabbli madwar l-Unjoni.

(36)Sabiex isir l-akbar użu possibbli mid-data dwar is-saħħa tal-ħamrija ġġenerata mill-monitoraġġ imwettaq skont din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jiffaċilitaw l-aċċess għal tali data għall-partijiet ikkonċernati rilevanti bħall-bdiewa, il-forestiera, is-sidien tal-artijiet u l-awtoritajiet lokali.

(37)Sabiex tinżamm jew tittejjeb is-saħħa tal-ħamrija, il-ħamrija jeħtieġ li tiġi ġestita b’mod sostenibbli. Il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija se tippermetti l-forniment fit-tul ta’ servizzi tal-ħamrija, inklużi kwalità mtejba tal-arja u tal-ilma u s-sigurtà tal-ikel. Għalhekk, jixraq li jiġu stabbiliti prinċipji ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija biex jiggwidaw il-prattiki ta’ ġestjoni tal-ħamrija.

(38)L-istrumenti ekonomiċi, inklużi dawk taħt il-Politika Agrikola Komuni (PAK) li jipprovdu appoġġ lill-bdiewa, għandhom rwol kruċjali fit-tranżizzjoni għall-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija agrikola u, sa ċertu punt, tal-ħamrija tal-foresti. Il-PAK għandha l-għan li tappoġġa s-saħħa tal-ħamrija permezz tal-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità, tal-iskemi ekoloġiċi u tal-miżuri ta’ żvilupp rurali. L-appoġġ finanzjarju għall-bdiewa u l-forestiera li japplikaw prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija jista’ jiġi ġġenerat ukoll mis-settur privat. It-tikketti volontarji tas-sostenibbiltà fl-industrija tal-ikel, tal-injam, b’bażi bijoloġika u tal-enerġija, pereżempju, stabbiliti minn partijiet ikkonċernati privati, jistgħu jqisu l-prinċipji ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija stabbiliti f’din id-Direttiva. Dan jista’ jippermetti lill-produtturi tal-ikel, tal-injam u ta’ bijomassa oħra li jsegwu dawk il-prinċipji fil-produzzjoni tagħhom biex jirriflettu dawn fil-valur tal-prodotti tagħhom. Se jiġi pprovdut finanzjament addizzjonali għal network ta’ siti tal-ħajja reali għall-ittestjar, għad-dimostrazzjoni u għat-titjib tas-soluzzjonijiet, inkluż dwar is-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola, permezz tal-laboratorji ħajjin u l-fanali tal-Missjoni dwar il-Ħamrija. Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu appoġġ u pariri biex jgħinu lis-sidien tal-artijiet u lill-utenti tal-artijiet affettwati mill-azzjoni meħuda skont din id-Direttiva, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet limitati ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

(39)Skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 52 , l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom kif l-arkitettura ambjentali u klimatika ta’ dawk il-Pjanijiet hija maħsuba li tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-miri nazzjonali fit-tul stabbiliti fl-atti leġiżlattivi elenkati fl-Anness XIII ta’ dak ir-Regolament, jew li joħorġu minnhom, u għall-konsistenza magħhom.

(40)Sabiex jiġi żgurat li jiġu implimentati l-aħjar prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jimmonitorjaw mill-qrib l-impatt tal-prattiki ta’ ġestjoni tal-ħamrija u jaġġustaw il-prattiki u r-rakkomandazzjonijiet kif meħtieġ, filwaqt li jqisu għarfien ġdid mir-riċerka u l-innovazzjoni. F’dan ir-rigward, huma mistennija kontribuzzjonijiet siewja mill-Missjoni ta’ Orizzont Ewropa “Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa” u, b’mod partikolari, il-laboratorji ħajjin tagħha u l-attivitajiet li jappoġġaw il-monitoraġġ tal-ħamrija, l-edukazzjoni dwar il-ħamrija u l-involviment taċ-ċittadini.

(41)Ir-riġenerazzjoni ġġib il-ħamrija degradata lura għal kundizzjoni f’saħħitha. Meta jiddefinixxu l-miżuri ta’ riġenerazzjoni tal-ħamrija, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jqisu l-eżitu tal-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija u jadattaw dawk il-miżuri ta’ riġenerazzjoni għall-karatteristiċi speċifiċi tas-sitwazzjoni, it-tip, l-użu u l-kundizzjoni tal-ħamrija u l-kundizzjonijiet lokali, klimatiċi u ambjentali.

(42)Sabiex jiġu żgurati sinerġiji bejn il-miżuri differenti adottati skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li jista’ jkollhom impatt fuq is-saħħa tal-ħamrija, u l-miżuri li għandhom jiġu stabbiliti għall-ġestjoni u r-riġenerazzjoni sostenibbli tal-ħamrija fl-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-prattiki ta’ ġestjoni u riġenerazzjoni sostenibbli tal-ħamrija jkunu koerenti mal-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr adottati f’konformità mar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 53 +; il-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115, il-kodiċijiet ta’ prattiki agrikoli tajbin u l-programmi ta’ azzjoni għal żoni vulnerabbli magħżula adottati f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE 54 , il-miżuri ta’ konservazzjoni u l-qafas ta’ azzjoni prijoritizzata stabbilit għas-siti ta’ Natura 2000 f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE 55 , il-miżuri għall-kisba ta’ status ekoloġiku u kimiku tajjeb tal-korpi tal-ilma inklużi fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar imħejjija f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 56 , il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ għargħar stabbiliti f’konformità mad-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 57 , il-pjanijiet ta’ ġestjoni tan-nixfa promossi fl-Istrateġija tal-Unjoni dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima 58 , il-programmi ta’ azzjoni nazzjonali stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni, il-miri stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 59 u r-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 60 , il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima stabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 61 , il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja mħejjija skont id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 62 , il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-ippjanar għall-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri stabbiliti f’konformità mad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 63 , u l-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali stabbiliti f’konformità mar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 64 +. Il-prattiki ta’ ġestjoni u riġenerazzjoni sostenibbli tal-ħamrija jenħtieġ li jkunu, kemm jista’ jkun, integrati fi ħdan dawn il-programmi, il-pjanijiet u l-miżuri sa fejn jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi tagħhom. Konsegwentement, l-indikaturi u d-data rilevanti, bħall-indikaturi tar-riżultati relatati mal-ħamrija skont ir-Regolament tal-PAK u d-data statistika dwar l-input u l-output agrikoli rrapportati skont ir-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 65 , jenħtieġ li jkunu aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-prattiki ta’ ġestjoni u riġenerazzjoni sostenibbli tal-ħamrija u għall-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija sabiex dawn id-data u l-indikaturi jiġu interkonnessi u, b’hekk, tkun tista’ ssir l-aktar valutazzjoni akkurata possibbli tal-effettività tal-miżuri magħżula.

(43)Is-siti kkontaminati huma l-legat ta’ għexieren ta’ snin ta’ attività industrijali fl-UE u jistgħu jwasslu għal riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent issa u fil-futur. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-ewwel jiġu identifikati u investigati s-siti potenzjalment ikkontaminati u mbagħad, f’każ ta’ kontaminazzjoni kkonfermata, jiġu vvalutati r-riskji u jittieħdu miżuri biex jiġu indirizzati riskji inaċċettabbli. L-investigazzjoni tal-ħamrija tista’ turi li sit potenzjalment ikkontaminat fil-fatt ma huwiex ikkontaminat. F’dak il-każ, jenħtieġ li s-sit ma jibqax jiġi ttikkettat mill-Istat Membru bħala potenzjalment ikkontaminat, sakemm ma tkunx issuspettata kontaminazzjoni abbażi ta’ evidenza ġdida.

(44)Sabiex jiġu identifikati siti potenzjalment ikkontaminati, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġbru evidenza, fost l-oħrajn, permezz ta’ riċerka storika, inċidenti u aċċidenti industrijali tal-passat, permessi ambjentali u notifiki mill-pubbliku jew mill-awtoritajiet.

(45)Sabiex jiġi żgurat li l-investigazzjonijiet tal-ħamrija dwar siti potenzjalment ikkontaminati jitwettqu fil-ħin u b’mod effettiv, jenħtieġ li l-Istati Membri, minbarra l-obbligu li jistabbilixxu l-iskadenza sa meta jenħtieġ li jitwettqu dawk l-investigazzjonijiet, ikunu meħtieġa jistabbilixxu eventi speċifiċi li jiskattaw ukoll tali investigazzjoni. Tali eventi skattaturi jistgħu jinkludu t-talba jew ir-rieżami ta’ permess ambjentali jew tal-bini jew awtorizzazzjoni meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-attivitajiet ta’ tħaffir tal-ħamrija, il-bidliet fl-użu tal-art jew it-tranżazzjonijiet tal-art jew tal-proprjetà immobbli. L-investigazzjonijiet tal-ħamrija jistgħu jsegwu stadji differenti, bħal studju mhux fuq il-post, żjara fuq il-post, investigazzjoni preliminari jew esploratorja, investigazzjoni aktar dettaljata jew deskrittiva, u ttestjar fuq il-post jew fil-laboratorju. Ir-rapporti ta’ bażi u l-miżuri ta’ monitoraġġ implimentati f’konformità mad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 66 jistgħu jikkwalifikaw ukoll bħala investigazzjoni tal-ħamrija, fejn xieraq.

(46)Hija meħtieġa flessibbiltà għall-ġestjoni ta’ siti potenzjalment ikkontaminati u ta’ siti kkontaminati biex jitqiesu l-kostijiet, il-benefiċċji u l-ispeċifiċitajiet lokali. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri mill-inqas jadottaw approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-ġestjoni ta’ siti potenzjalment ikkontaminati u ta’ siti kkontaminati, filwaqt li jqisu d-differenza bejn dawn iż-żewġ kategoriji, u li jippermettilhom jallokaw ir-riżorsi, filwaqt li jqisu l-kuntest ambjentali, ekonomiku u soċjali speċifiku. Jenħtieġ li d-deċiżjonijiet jittieħdu abbażi tan-natura u tal-firxa tar-riskji potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent li jirriżultaw mill-esponiment għall-kontaminanti tal-ħamrija (eż. l-esponiment ta’ popolazzjonijiet vulnerabbli bħan-nisa tqal, il-persuni b’diżabilità, l-anzjani u t-tfal). Jenħtieġ li l-analiżi kost-benefiċċji tar-rimedju tal-impriżi tkun pożittiva. Jenħtieġ li l-aħjar soluzzjoni ta’ rimedju tkun sostenibbli u magħżula permezz ta’ proċess bilanċjat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li jqis l-impatti ambjentali, ekonomiċi u soċjali. Jenħtieġ li l-ġestjoni ta’ siti potenzjalment ikkontaminati u ta’ siti kkontaminati tirrispetta l-prinċipji ta’ min iniġġes iħallas, ta’ prekawzjoni u ta’ proporzjonalità. Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu l-metodoloġija speċifika għad-determinazzjoni tar-riskji speċifiċi għas-sit ta’ siti kkontaminati. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddefinixxu wkoll x’jikkostitwixxi riskju inaċċettabbli minn sit ikkontaminat abbażi tal-għarfien xjentifiku, il-prinċipju ta’ prekawzjoni, l-ispeċifiċitajiet lokali u l-użu attwali u futur tal-art. Sabiex ir-riskji ta’ siti kkontaminati jitnaqqsu għal livell aċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri adegwati ta’ tnaqqis tar-riskji, inkluż rimedju. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-miżuri meħuda skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jiġu kkwalifikati bħala miżuri ta’ tnaqqis tar-riskji skont din id-Direttiva meta dawk il-miżuri effettivament inaqqsu r-riskji maħluqa minn siti kkontaminati.

(47)Jenħtieġ li l-miżuri meħuda skont din id-Direttiva jqisu wkoll objettivi ta’ politika oħrajn tal-UE, bħall-objettivi segwiti minn [ir-Regolament (UE) xxxx/xxxx 67 +] li għandhom l-għan li jiżguraw il-provvista sigura u sostenibbli ta’ materja prima kritika għall-industrija tal-Ewropa.

(48)It-trasparenza hija komponent essenzjali tal-politika dwar il-ħamrija u tiżgura r-responsabbiltà u l-għarfien tal-pubbliku, il-kundizzjonijiet ġusti tas-suq u l-monitoraġġ tal-progress. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu u jżommu reġistru nazzjonali ta’ siti kkontaminati u siti potenzjalment ikkontaminati li jkun fih informazzjoni speċifika għas-sit li jenħtieġ li ssir aċċessibbli għall-pubbliku f’bażi ta’ data spazjali ġeoreferenzjata online. Jenħtieġ li r-reġistru jkun fih l-informazzjoni li hija meħtieġa sabiex il-pubbliku jkun infurmat dwar l-eżistenza u dwar il-ġestjoni ta’ siti potenzjalment ikkontaminati u ta’ siti kkontaminati. Minħabba li l-preżenza tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija għadha ma hijiex ikkonfermata, iżda hija biss issuspettata f’siti potenzjalment ikkontaminati, id-differenza bejn siti kkontaminati u siti potenzjalment ikkontaminati għandha tiġi kkomunikata u spjegata tajjeb lill-pubbliku biex jiġi evitat li jitqajjem tħassib bla bżonn.

(49)L-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jesiġi li l-Istati Membri jipprovdu rimedji suffiċjenti biex jiżguraw protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni. Barra minn hekk, f’konformità mal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali 68 (il-Konvenzjoni ta’ Aarhus), il-membri tal-pubbliku kkonċernati jenħtieġ li jkollhom aċċess għall-ġustizzja sabiex jikkontribwixxu għall-protezzjoni tad-dritt ta’ għajxien f’ambjent li huwa adegwat għas-saħħa u l-benesseri personali.

(50)Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 69 tordna r-rilaxx ta’ data tas-settur pubbliku f’formati liberi u miftuħa. L-objettiv ġenerali huwa li jitkompla t-tisħiħ tal-ekonomija tad-data tal-UE billi jiżdied l-ammont ta’ data tas-settur pubbliku disponibbli għall-użu mill-ġdid, jiġu żgurati kompetizzjoni ġusta u aċċess faċli għall-informazzjoni tas-settur pubbliku, u tissaħħaħ l-innovazzjoni transfruntiera bbażata fuq id-data. Il-prinċipju ewlieni huwa li jenħtieġ li d-data tal-gvern tkun miftuħa b’mod awtomatiku u mid-disinn. Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 70 għandha l-għan li tiggarantixxi d-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni ambjentali fl-Istati Membri f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus u d-Direttiva 2003/4/KE jinkludu obbligi ġenerali relatati kemm mat-tqegħid ta’ informazzjoni ambjentali disponibbli fuq talba, kif ukoll mat-tixrid attiv ta’ tali informazzjoni. Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 71 għandha wkoll kamp ta’ applikazzjoni wiesa’, li jkopri l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni ġeografika, inklużi settijiet ta’ data dwar suġġetti ambjentali differenti. Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva relatati mal-aċċess għall-informazzjoni u l-arranġamenti ta’ kondiviżjoni tad-data jikkomplementaw dawk id-Direttivi u ma joħolqux reġim legali separat. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva rigward l-informazzjoni lill-pubbliku u l-informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni jkunu mingħajr preġudizzju għad-Direttivi (UE) 2019/1024, 2003/4/KE u 2007/2/KE.

(51)Sabiex jiġi żgurat l-adattament meħtieġ tar-regoli dwar il-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija, il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija u l-ġestjoni ta’ siti kkontaminati, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar ta’ din id-Direttiva sabiex il-metodoloġiji għall-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija, il-lista ta’ prinċipji ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija, il-lista indikattiva ta’ miżuri ta’ tnaqqis tar-riskji, il-fażijiet u r-rekwiżiti għall-valutazzjoni tar-riskji speċifiċi għas-sit u l-kontenut tar-reġistru ta’ siti kkontaminati u ta’ siti potenzjalment ikkontaminati jiġu adattati għall-progress tekniku u xjentifiku. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 72 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(52)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-format, l-istruttura u l-arranġamenti dettaljati għar-rapportar tad-data u tal-informazzjoni b’mod elettroniku lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 73 .

(53)Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni bbażata fuq l-evidenza u, fejn rilevanti, reviżjoni ta’ din id-Direttiva, 6 snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni tivvaluta b’mod partikolari l-ħtieġa li jiġu stabbiliti rekwiżiti aktar speċifiċi biex jiġi żgurat li l-ħamrija mhux f’saħħitha tiġi riġenerata u li jintlaħaq l-objettiv li tinkiseb ħamrija f’saħħitha sal-2050. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni tivvaluta wkoll il-ħtieġa li d-definizzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha tiġi adattata għall-progress tekniku u xjentifiku billi jiżdiedu dispożizzjonijiet dwar ċerti deskritturi jew kriterji bbażati fuq evidenza xjentifika ġdida relatata mal-protezzjoni tal-ħamrija jew abbażi ta’ problema speċifika għal Stat Membru li tinħoloq minn ċirkostanzi ambjentali jew klimatiċi ġodda. Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq il-kriterji ta’ effiċjenza, effettività, rilevanza, koerenza u valur miżjud tal-UE u jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għal valutazzjonijiet tal-impatt ta’ miżuri ulterjuri possibbli.

(54)Huma meħtieġa miżuri kkoordinati mill-Istati Membri kollha sabiex tinkiseb il-viżjoni li l-ħamrija kollha tkun f’saħħitha sal-2050 u biex jiġi żgurat il-forniment fit-tul ta’ servizzi tal-ekosistema mill-ħamrija madwar l-Unjoni. L-azzjonijiet individwali tal-Istati Membri wrew li ma humiex biżżejjed minħabba li d-degradazzjoni tal-ħamrija qed tkompli u saħansitra qed tiddeterjora. Billi l-objettivi ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(55)F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni 74 , l-Istati Membri impenjaw ruħhom li, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom tkun akkumpanjata minn dokument wieħed jew iktar, fejn tiġi spjegata l-korrelazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet ekwivalenti tal-istrumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dawk id-dokumenti hija ġustifikata.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Objettiv u Suġġett

1.L-objettiv tad-Direttiva huwa li jiġi stabbilit qafas ta’ monitoraġġ tal-ħamrija solidu u koerenti għall-ħamrija kollha madwar l-UE u li tittejjeb kontinwament is-saħħa tal-ħamrija fl-Unjoni bil-ħsieb li tinkiseb ħamrija f’saħħitha sal-2050 u li l-ħamrija tinżamm f’kundizzjoni f’saħħitha, sabiex ikunu jistgħu jiġu pprovduti servizzi tal-ekosistema multipli fuq skala suffiċjenti biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ambjentali, soċjetali u ekonomiċi, jiġu evitati u jittaffew l-impatti tat-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità, tiżdied ir-reżiljenza kontra d-diżastri naturali u għas-sigurtà tal-ikel u li l-kontaminazzjoni tal-ħamrija titnaqqas għal livelli li ma għadhomx meqjusa ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.

2.Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri dwar:

(a)il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija;

(b)il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija;

(c)is-siti kkontaminati.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Direttiva tapplika għall-ħamrija kollha fit-territorju tal-Istati Membri.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“ħamrija” tfisser is-saff ta’ fuq tal-qoxra tad-Dinja li jinsab bejn is-sodda ta’ blat u l-wiċċ tal-art, li huwa magħmul minn partikoli minerali, materjal organiku, ilma, arja u organiżmi ħajjin;

(2)“ekosistema” tfisser kumpless dinamiku ta’ komunitajiet ta’ pjanti, annimali u mikro-organiżmi u l-ambjent mhux ħaj tagħhom li jinteraġixxu bħala unità funzjonali;

(3)“servizzi tal-ekosistema” tfisser il-kontribuzzjonijiet indiretti tal-ekosistemi għall-benefiċċji ekonomiċi, soċjali, kulturali u oħrajn li n-nies jieħdu minn dawk l-ekosistemi;

(4)“saħħa tal-ħamrija” tfisser il-kundizzjoni fiżika, kimika u bijoloġika tal-ħamrija li tiddetermina l-kapaċità tagħha li tiffunzjona bħala sistema vitali ta’ għajxien u li tipprovdi servizzi tal-ekosistema;

(5)“ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija” tfisser prattiki ta’ ġestjoni tal-ħamrija li jżommu jew itejbu s-servizzi tal-ekosistema pprovduti mill-ħamrija mingħajr ma jfixklu l-funzjonijiet li jippermettu dawk is-servizzi, jew li jkunu ta’ detriment għal proprjetajiet oħrajn tal-ambjent;

(6)“prattiki ta’ ġestjoni tal-ħamrija” tfisser prattiki li jħallu impatt fuq il-kwalitajiet fiżiċi, kimiċi jew bijoloġiċi ta’ ħamrija;

(7)“ħamrija ġestita” tfisser ħamrija fejn jitwettqu prattiki ta’ ġestjoni tal-ħamrija;

(8)“distrett tal-ħamrija” tfisser il-parti tat-territorju ta’ Stat Membru, kif delimitata minn dak l-Istat Membru f’konformità ma’ din id-Direttiva;

(9)“valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija” tfisser l-evalwazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija abbażi tal-kejl jew l-istima tad-deskritturi tal-ħamrija;

(10)“sit ikkontaminat” tfisser żona delineata ta’ roqgħa waħda jew aktar bi preżenza kkonfermata ta’ kontaminazzjoni tal-ħamrija kkawżata minn attivitajiet antropoġeniċi minn sors lokalizzat;

(11)“deskrittur tal-ħamrija” tfisser parametru li jiddeskrivi karatteristika fiżika, kimika jew bijoloġika tas-saħħa tal-ħamrija;

(12)“art” tfisser is-superfiċje tad-Dinja li ma hijiex mgħottija bl-ilma;

(13)“kopertura tal-art” tfisser il-kopertura fiżika u bijoloġika tas-superfiċje tad-dinja;

(14)“art naturali” tfisser żona fejn l-attività tal-bniedem ma tkunx immodifikat sostanzjalment il-funzjonijiet ekoloġiċi primarji u l-kompożizzjoni tal-ispeċijiet ta’ żona;

(15)“art seminaturali” tfisser żona fejn il-ġemgħat ekoloġiċi jkunu ġew immodifikati sostanzjalment fil-kompożizzjoni, il-bilanċ jew il-funzjoni tagħhom mill-attivitajiet tal-bniedem, iżda jżommu valur potenzjalment għoli f’termini ta’ bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema li tipprovdi;

(16)“art artifiċjali” tfisser art użata bħala pjattaforma għall-kostruzzjonijiet u l-infrastruttura jew bħala sors dirett ta’ materja prima jew bħala arkivju għal patrimonju storiku għad-detriment tal-kapaċità tal-ħamrija li tipprovdi servizzi oħrajn tal-ekosistema;

(17)“teħid tal-art” tfisser il-konverżjoni ta’ art naturali u seminaturali f’art artifiċjali;

(18)“funzjoni ta’ trasferiment” tfisser regola matematika li tippermetti li l-valur ta’ kejl, imwettaq bl-użu ta’ metodoloġija differenti minn metodoloġija ta’ referenza, jiġi kkonvertit fil-valur li jinkiseb bit-twettiq tal-kejl tal-ħamrija bl-użu tal-metodoloġija ta’ referenza;

(19)“membri tal-pubbliku kkonċernati” tfisser il-membri tal-pubbliku affettwati jew li x’aktarx jiġu affettwati mid-degradazzjoni tal-ħamrija, jew li għandhom interess fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-obbligi skont din id-Direttiva, inklużi s-sidien tal-artijiet u l-utenti tal-artijiet, kif ukoll organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent u li jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit skont il-liġi nazzjonali.

(20)“kontaminazzjoni tal-ħamrija” tfisser il-preżenza ta’ sustanza kimika jew sustanza fil-ħamrija f’konċentrazzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent;

(21)“kontaminant” tfisser sustanza li tista’ tikkawża kontaminazzjoni tal-ħamrija;

(22)“riġenerazzjoni” tfisser attività intenzjonata mmirata biex treġġa’ lura l-ħamrija minn kundizzjoni degradata għal kundizzjoni f’saħħitha;

(23)“riskju” tfisser il-possibbiltà ta’ effetti ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent li jirriżultaw mill-esponiment għall-kontaminazzjoni tal-ħamrija;

(24)“investigazzjoni tal-ħamrija” tfisser proċess biex jiġu vvalutati l-preżenza u l-konċentrazzjoni ta’ kontaminanti fil-ħamrija li ġeneralment jitwettaq fi stadji differenti;

(25)“ġeografikament espliċita” tfisser informazzjoni referenzjata u maħżuna b’mod li tippermetti li tiġi mmappjata u lokalizzata bi preċiżjoni u akkuratezza speċifiċi.

(26)“rimedju tal-ħamrija” tfisser azzjoni ta’ riġenerazzjoni li tnaqqas, tiżola jew timmobilizza l-konċentrazzjonijiet ta’ kontaminanti fil-ħamrija.

Artikolu 4

Distretti tal-ħamrija

1.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-distretti tal-ħamrija fit-territorju kollu tagħhom.

L-għadd ta’ distretti tal-ħamrija għal kull Stat Membru għandu bħala minimu jikkorrispondi għan-numru ta’ unitajiet territorjali ta’ NUTS 1 stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003.

2.Meta jistabbilixxu l-firxa ġeografika tad-distretti tal-ħamrija, l-Istati Membri jistgħu jqisu l-unitajiet amministrattivi eżistenti u għandhom ifittxu omoġeneità f’kull distrett tal-ħamrija fir-rigward tal-parametri li ġejjin:

(a)it-tip ta’ ħamrija kif definit fil-Bażi ta’ Referenza Dinjija għar-Riżorsi tal-Ħamrija 75 ;

(b)il-kundizzjonijiet klimatiċi;

(c)iż-żona ambjentali kif deskritta fir-Rapport Alterra 2281 76 ;

(d)l-użu tal-art jew il-kopertura tal-art kif użati fil-programm ta’ Stħarriġ qafas statistiku tal-Użu tal-Art taż-Żona Koperta (LUCAS).

Artikolu 5

Awtoritajiet kompetenti

L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti responsabbli f’livell xieraq għat-twettiq tad-dmirijiet stipulati f’din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda għal kull distrett ta’ ħamrija stabbilit f’konformità mal-Artikolu 4.

Kapitolu II

Monitoraġġ u valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija

Artikolu 6

Qafas ta’ monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija u tat-teħid tal-art

1.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas ta’ monitoraġġ ibbażat fuq id-distretti tal-ħamrija stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 4(1), biex jiżguraw li jitwettaq monitoraġġ regolari u akkurat tas-saħħa tal-ħamrija f’konformità ma’ dan l-Artikolu u mal-Annessi I u II.

2.L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw is-saħħa tal-ħamrija u t-teħid tal-art f’kull distrett tal-ħamrija.

3.Il-qafas ta’ monitoraġġ għandu jkun ibbażat fuq dawn li ġejjin:

(a)id-deskritturi tal-ħamrija u l-kriterji tas-saħħa tal-ħamrija msemmija fl-Artikolu 7;

(b)il-punti ta’ kampjunar tal-ħamrija li għandhom jiġu ddeterminati f’konformità mal-Artikolu 8(2);

(c)il-kejl tal-ħamrija mwettaq mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, jekk ikun hemm;

(d)id-data u l-prodotti ta’ telerilevament msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, jekk ikun hemm;

(e)l-indikaturi tat-teħid tal-art u tal-issiġillar tal-ħamrija msemmija fl-Artikolu 7(1).

4.Il-Kummissjoni għandha, soġġetta għal ftehim mill-Istati Membri kkonċernati, twettaq kejl regolari tal-ħamrija fuq kampjuni tal-ħamrija meħuda in situ, abbażi tad-deskritturi u l-metodoloġiji rilevanti msemmija fl-Artikoli 7 u 8, biex tappoġġa l-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija mill-Istati Membri. Meta Stat Membru jipprovdi ftehim f’konformità ma’ dan il-paragrafu, huwa għandu jiżgura li l-Kummissjoni tkun tista’ twettaq tali kampjunar tal-ħamrija in situ.

5.Il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) għandhom jingranaw id-data u l-prodotti eżistenti bbażati fl-ispazju mwassla taħt il-komponent Copernicus tal-Programm Spazjali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/696 biex jesploraw u jiżviluppaw prodotti ta’ telerilevament tal-ħamrija u biex jappoġġaw lill-Istati Membri fil-monitoraġġ tad-deskritturi rilevanti tal-ħamrija.

6.Il-Kummissjoni u l-EEA għandhom, abbażi tad-data eżistenti u fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, jistabbilixxu portal diġitali tad-data dwar is-saħħa tal-ħamrija li għandu jipprovdi aċċess f’format spazjali ġeoreferenzjat għal mill-inqas id-data disponibbli dwar is-saħħa tal-ħamrija li tirriżulta minn:

(a)il-kejl tal-ħamrija msemmi fl-Artikolu 8(2);

(b)il-kejl tal-ħamrija msemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu;

(c)id-data u l-prodotti rilevanti ta’ telerilevament tal-ħamrija msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

7.Il-portal diġitali tad-data dwar is-saħħa tal-ħamrija msemmi fil-paragrafu 6 jista’ jipprovdi wkoll aċċess għal data oħra relatata mas-saħħa tal-ħamrija minbarra d-data msemmija f’dak il-paragrafu jekk dik id-data tkun ġiet kondiviża jew miġbura f’konformità mal-formati jew il-metodi stabbiliti mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 8.

8.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi formati jew metodi għall-kondiviżjoni jew il-ġbir tad-data msemmija fil-paragrafu 7 jew għall-integrazzjoni ta’ dik id-data fil-portal diġitali tad-data dwar is-saħħa tal-ħamrija. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21.

Artikolu 7

Deskritturi tal-ħamrija, kriterji għall-kundizzjoni f’saħħitha tal-ħamrija, u indikaturi tat-teħid tal-art u tal-issiġillar tal-ħamrija

1.Meta jimmonitorjaw u jivvalutaw is-saħħa tal-ħamrija, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-deskritturi tal-ħamrija u l-kriterji tas-saħħa tal-ħamrija elenkati fl-Anness I.

Meta jimmonitorjaw it-teħid tal-art, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-indikaturi tat-teħid tal-art u tal-issiġillar tal-ħamrija msemmija fl-Anness I.

2.L-Istati Membri jistgħu jadattaw id-deskritturi tal-ħamrija u l-kriterji tas-saħħa tal-ħamrija msemmija fil-parti A tal-Anness I, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fit-tieni u t-tielet kolonni fil-parti A tal-Anness I.

3.L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-kontaminanti organiċi għad-deskrittur tal-ħamrija relatat mal-kontaminazzjoni tal-ħamrija msemmija fil-parti B tal-Anness I.

4.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji tas-saħħa tal-ħamrija għad-deskritturi tal-ħamrija elenkati fil-parti B tal-Anness I f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-tielet kolonna fil-parti B tal-Anness I.

5.L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu deskritturi addizzjonali tal-ħamrija u indikaturi tat-teħid tal-art, inklużi iżda mhux limitati għad-deskritturi u l-indikaturi fakultattivi elenkati fil-partijiet C u D tal-Anness I, għal finijiet ta’ monitoraġġ (“deskritturi addizzjonali tal-ħamrija” u “indikaturi addizzjonali tat-teħid tal-art”).

6.L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni meta jiġu stabbiliti jew adattati deskritturi tal-ħamrija, indikaturi tat-teħid tal-art u kriterji tas-saħħa tal-ħamrija f’konformità mal-paragrafi minn 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 8

Kejl u metodoloġiji

1.L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-punti ta’ kampjunar billi japplikaw il-metodoloġija stabbilita fil-parti A tal-Anness II.

2.L-Istati Membri għandhom iwettqu kejl tal-ħamrija billi jieħdu kampjuni tal-ħamrija fil-punti ta’ kampjunar imsemmija fil-paragrafu 1 u jiġbru, jipproċessaw u janalizzaw id-data sabiex jiddeterminaw dawn li ġejjin:

(a)il-valuri tad-deskritturi tal-ħamrija kif stabbiliti fl-Anness I;

(b)fejn rilevanti, il-valuri tad-deskritturi addizzjonali tal-ħamrija;

(c)il-valuri tal-indikaturi tat-teħid tal-art u tal-issiġillar tal-ħamrija elenkati fil-parti D tal-Anness I.

3.L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)il-metodoloġiji għad-determinazzjoni jew l-istima tal-valuri tad-deskritturi tal-ħamrija stabbiliti fil-parti B tal-Anness II;

(b)il-kriterji metodoloġiċi minimi għad-determinazzjoni tal-valuri tal-indikaturi tat-teħid tal-art u tal-issiġillar tal-ħamrija stabbiliti fil-parti C tal-Anness II;

(c)kwalunkwe rekwiżit stipulat mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 6.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw metodoloġiji oħrajn għajr dawk elenkati fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, diment li jkunu disponibbli funzjonijiet ta’ trasferiment ivvalidati, kif meħtieġ fir-raba’ kolonna tal-parti B tal-Anness II.

4.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ewwel kejl tal-ħamrija jsir sa mhux aktar tard minn… (OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 4 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva).

5.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir kejl ġdid tal-ħamrija mill-inqas kull 5 snin.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valuri tal-indikaturi tat-teħid tal-art u tal-issiġillar tal-ħamrija jiġu aġġornati mill-inqas kull sena.

6.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20 biex temenda l-Anness II sabiex tadatta l-metodoloġiji ta’ referenza msemmija fih għall-progress tekniku u xjentifiku, b’mod partikolari meta l-valuri tad-deskritturi tal-ħamrija jkunu jistgħu jiġu ddeterminati permezz tat-telerilevament imsemmi fl-Artikolu 6(5).

Artikolu 9

Valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija

1.L-Istati Membri għandhom jivvalutaw is-saħħa tal-ħamrija fid-distretti kollha tal-ħamrija tagħhom abbażi tad-data miġbura fil-kuntest tal-monitoraġġ imsemmi fl-Artikoli 6, 7 u 8 għal kull wieħed mid-deskritturi tal-ħamrija msemmija fil-Partijiet A u B tal-Anness I.

L-Istati Membri għandhom iqisu wkoll id-data miġbura fil-kuntest tal-investigazzjonijiet tal-ħamrija msemmija fl-Artikolu 14.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valutazzjonijiet tas-saħħa tal-ħamrija jsiru mill-inqas kull 5 snin u li l-ewwel valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija ssir sa … (OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 5 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva).

2.Ħamrija titqies f’saħħitha f’konformità ma’ din id-Direttiva meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)il-valuri għad-deskritturi kollha tal-ħamrija elenkati fil-parti A tal-Anness I jissodisfaw il-kriterji stipulati hemmhekk u, fejn applikabbli, adattati f’konformità mal-Artikolu 7;

(b)il-valuri għad-deskritturi kollha tal-ħamrija elenkati fil-parti B tal-Anness I jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 7 (“ħamrija f’saħħitha”).

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-valutazzjoni tal-ħamrija f’żona tal-art elenkata fir-raba’ kolonna tal-Anness I ma għandhiex tqis il-valuri stabbiliti fit-tielet kolonna għal dik iż-żona tal-art.

Il-ħamrija ma tkunx f’saħħitha meta mill-inqas wieħed mill-kriterji msemmija fis-subparagrafu 1 ma jiġix issodisfat (“ħamrija mhux f’saħħitha”).

3.L-Istati Membri għandhom janalizzaw il-valuri għad-deskritturi tal-ħamrija elenkati fil-parti C tal-Anness I u jivvalutaw jekk hemmx telf kritiku tas-servizzi tal-ekosistema, filwaqt li jqisu d-data rilevanti u l-għarfien xjentifiku disponibbli.

L-Istati Membri għandhom janalizzaw il-valuri tal-indikaturi tat-teħid tal-art u tal-issiġillar tal-ħamrija elenkati fil-parti D tal-Anness I u jivvalutaw l-impatt tagħhom fuq it-telf tas-servizzi tal-ekosistema u fuq l-objettivi u l-miri stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2018/841.

4.Abbażi tal-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija mwettqa f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha, fejn rilevanti b’koordinazzjoni mal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, tidentifika, f’kull distrett tal-ħamrija, iż-żoni li jippreżentaw ħamrija mhux f’saħħitha, u tinforma lill-pubbliku f’konformità mal-Artikolu 19.

5.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu għal ċertifikazzjoni volontarja tas-saħħa tal-ħamrija għas-sidien u l-maniġers tal-artijiet skont il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tarmonizza l-format taċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21.

6.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-data u l-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija msemmija fl-Artikoli minn 6 sa 9 lis-sidien u l-maniġers tal-artijiet rilevanti fuq talba tagħhom, b’mod partikolari biex jappoġġaw l-iżvilupp tal-parir imsemmi fl-Artikolu 10(3).

Kapitolu III

Ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija

Artikolu 10

Ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija

1.Minn (OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 4 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva), l-Istati Membri għandhom jieħdu mill-inqas il-miżuri li ġejjin, filwaqt li jqisu t-tip, l-użu u l-kundizzjoni tal-ħamrija:

(a)jiddefinixxu l-prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija li jirrispettaw il-prinċipji ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija elenkati fl-Anness III li għandhom jiġu implimentati gradwalment fuq il-ħamrija kollha ġestita u, abbażi tal-eżitu tal-valutazzjonijiet tal-ħamrija mwettqa f’konformità mal-Artikolu 9, il-prattiki ta’ riġenerazzjoni li għandhom jiġu implimentati gradwalment fuq il-ħamrija mhux f’saħħitha fl-Istati Membri;

(b)jiddefinixxu l-prattiki ta’ ġestjoni tal-ħamrija u prattiki oħrajn li jaffettwaw b’mod negattiv is-saħħa tal-ħamrija li għandhom jiġu evitati mill-maniġers tal-ħamrija.

Meta jiddefinixxu l-prattiki u l-miżuri msemmija f’dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom iqisu l-programmi, il-pjanijiet, il-miri u l-miżuri elenkati fl-Anness IV, kif ukoll l-aħħar għarfien xjentifiku eżistenti, inklużi r-riżultati li joħorġu mill-Missjoni ta’ Orizzont Ewropa “Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa”.

L-Istati Membri għandhom jidentifikaw is-sinerġiji mal-programmi, il-pjanijiet u l-miżuri stabbiliti fl-Anness IV. Id-data dwar il-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tas-saħħa tal-ħamrija, l-analiżi msemmija fl-Artikolu 9 u l-miżuri ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija għandhom jinformaw l-iżvilupp tal-programmi, il-pjanijiet u l-miżuri stabbiliti fl-Anness IV.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċess ta’ elaborazzjoni tal-prattiki msemmija fl-ewwel subparagrafu jkun miftuħ, inklużiv u effettiv u li l-membri tal-pubbliku kkonċernati, b’mod partikolari s-sidien tal-artijiet u l-maniġers, ikunu involuti u jingħataw opportunitajiet bikrija u effettivi biex jipparteċipaw fl-elaborazzjoni tagħhom.

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess faċli għal parir imparzjali u indipendenti dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija, l-attivitajiet ta’ taħriġ u l-bini tal-kapaċità maniġerjali tal-ħamrija, għas-sidien tal-artijiet u għall-awtoritajiet rilevanti.

L-Istati Membri għandhom jieħdu wkoll il-miżuri li ġejjin:

(a)jippromwovu s-sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji multipli fuq perjodu ta’ żmien medju u twil tal-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija u l-ħtieġa li l-ħamrija tiġi ġestita b’mod sostenibbli;

(b)jippromwovu r-riċerka u l-implimentazzjoni ta’ kunċetti olistiċi ta’ ġestjoni tal-ħamrija;

(c)jagħmlu disponibbli mmappjar aġġornat regolarment tal-istrumenti u l-attivitajiet ta’ finanzjament disponibbli biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija.

3.L-Istati Membri għandhom jivvalutaw regolarment l-effettività tal-miżuri meħuda f’konformità ma’ dan l-Artikolu u, fejn rilevanti, jirrieżaminaw u jirrevedu dawk il-miżuri, filwaqt li jqisu l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija msemmija fl-Artikoli minn 6 sa 9.

4.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20 biex temenda l-Anness III sabiex tadatta l-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija biex jitqies il-progress tekniku u xjentifiku.

Artikolu 11

Prinċipji ta’ mitigazzjoni tat-teħid tal-art

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prinċipji li ġejjin jiġu rrispettati f’każ ta’ teħid tal-art:

(a)jiġi evitat jew imnaqqas kemm jista’ jkun teknikament u ekonomikament it-telf tal-kapaċità tal-ħamrija li tipprovdi diversi servizzi tal-ekosistema, inkluża l-produzzjoni tal-ikel, billi:

(i)titnaqqas kemm jista’ jkun iż-żona affettwata mit-teħid tal-art u

(ii)jintgħażlu żoni fejn it-telf tas-servizzi tal-ekosistema jiġi minimizzat u

(iii)it-teħid tal-art isir b’mod li jimminimizza l-impatt negattiv fuq il-ħamrija;

(b)jiġi kkumpensat kemm jista’ jkun it-telf tal-kapaċità tal-ħamrija li tipprovdi diversi servizzi tal-ekosistema.

Kapitolu IV

Siti kkontaminati

Artikolu 12

Approċċ ibbażat fuq ir-riskju

1.L-Istati Membri għandhom jiġġestixxu r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent ta’ siti potenzjalment ikkontaminati u ta’ siti kkontaminati, u jżommuhom f’livelli aċċettabbli, filwaqt li jqisu l-impatti ambjentali, soċjali u ekonomiċi tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-miżuri ta’ tnaqqis tar-riskju meħuda skont il-paragrafu 4 tal-Artikolu 15.

2.Sa … (OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 4 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu approċċ ibbażat fuq ir-riskju għal dawn li ġejjin:

(a)l-identifikazzjoni ta’ siti potenzjalment ikkontaminati f’konformità mal-Artikolu 13;

(b)l-investigazzjoni ta’ siti potenzjalment ikkontaminati f’konformità mal-Artikolu 14;

(c)il-ġestjoni ta’ siti kkontaminati f’konformità mal-Artikolu 15.

3.Ir-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 2 huwa mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti aktar stretti li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni.

4.Il-membri tal-pubbliku kkonċernati għandhom jingħataw opportunitajiet bikrija u effettivi:

(a)biex jipparteċipaw fl-istabbiliment u l-applikazzjoni konkreta tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju kif definit f’dan l-Artikolu;

(b)biex jipprovdu informazzjoni rilevanti għall-identifikazzjoni ta’ siti potenzjalment ikkontaminati f’konformità mal-Artikolu 13, l-investigazzjoni ta’ siti potenzjalment ikkontaminati f’konformità mal-Artikolu 14 u l-ġestjoni ta’ siti kkontaminati f’konformità mal-Artikolu 15;

(c)biex jitolbu l-korrezzjoni tal-informazzjoni li tinsab fir-reġistru għal siti kkontaminati u siti potenzjalment ikkontaminati f’konformità mal-Artikolu 16.

Artikolu 13

Identifikazzjoni ta’ siti potenzjalment ikkontaminati

1.L-Istati Membri għandhom jidentifikaw b’mod sistematiku u attiv is-siti kollha fejn tiġi suspettata kontaminazzjoni tal-ħamrija abbażi tal-evidenza miġbura permezz tal-mezzi kollha disponibbli (“siti potenzjalment ikkontaminati”).

2.Meta jidentifikaw is-siti potenzjalment ikkontaminati, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kriterji li ġejjin:

(a)l-operat ta’ attività ta’ riskju ta’ kontaminazzjoni potenzjalment attiva jew inattiva;

(b)l-operat ta’ attività msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 2010/75/UE;

(c)l-operat ta’ stabbiliment imsemmi fid-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 77 ;

(d)l-operat ta’ attività msemmija fl-Anness III tad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 78 ;

(e)l-okkorrenza ta’ aċċident, kalamità, diżastru, inċident jew tixrid potenzjalment kontaminanti;

(f)kwalunkwe avveniment ieħor li jista’ jikkawża kontaminazzjoni tal-ħamrija;

(g)kwalunkwe informazzjoni li tirriżulta mill-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija mwettaq f’konformità mal-Artikoli 6, 7 u 8.

Għall-fini tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta’ attivitajiet ta’ riskju potenzjalment kontaminanti. Dawk l-attivitajiet jistgħu jiġu kklassifikati aktar skont ir-riskju tagħhom li jikkawżaw kontaminazzjoni tal-ħamrija abbażi ta’ evidenza xjentifika.

3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-siti kollha potenzjalment ikkontaminati jiġu identifikati sa (OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 7 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva) u jiġu rreġistrati kif xieraq fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 16 sa dik id-data.

Artikolu 14

Investigazzjoni ta’ siti potenzjalment ikkontaminati

1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-siti kollha potenzjalment ikkontaminati identifikati f’konformità mal-Artikolu 13 ikunu soġġetti għal investigazzjoni tal-ħamrija.

2.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar l-iskadenza, il-kontenut, il-forma u l-prijoritizzazzjoni tal-investigazzjonijiet tal-ħamrija. Dawk ir-regoli għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju msemmi fl-Artikolu 12 u l-lista ta’ attivitajiet ta’ riskju potenzjalment kontaminanti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(2).

L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw ir-rapporti ta’ referenza u l-miżuri ta’ monitoraġġ implimentati f’konformità mad-Direttiva 2010/75/UE bħala investigazzjoni tal-ħamrija, fejn xieraq.

3.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu wkoll eventi speċifiċi li jwasslu għal investigazzjoni qabel l-iskadenza stabbilita f’konformità mal-paragrafu 2.

Artikolu 15

Valutazzjoni tar-riskju u ġestjoni ta’ siti kkontaminati

1.L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-metodoloġija speċifika għad-determinazzjoni tar-riskji speċifiċi għas-sit ta’ siti kkontaminati. Tali metodoloġija għandha tkun ibbażata fuq il-fażijiet u r-rekwiżiti għall-valutazzjoni tar-riskji speċifiċi għas-sit elenkati fl-Anness VI.

2.L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu x’jikkostitwixxi riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent li jirriżulta minn siti kkontaminati billi jqisu l-għarfien xjentifiku eżistenti, il-prinċipju ta’ prekawzjoni, l-ispeċifiċitajiet lokali, u l-użu attwali u futur tal-art.

3.Għal kull sit ikkontaminat identifikat skont l-Artikolu 14 jew bi kwalunkwe mezz ieħor, l-awtorità kompetenti responsabbli għandha twettaq valutazzjoni speċifika għas-sit għall-użi attwali u ppjanati tal-art biex tiddetermina jekk is-sit ikkontaminat jippreżentax riskji inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent.

4.Abbażi tal-eżitu tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti responsabbli għandha tieħu l-miżuri xierqa biex iġġib ir-riskji għal livell aċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent (“miżuri ta’ tnaqqis tar-riskji”).

5.Il-miżuri ta’ tnaqqis tar-riskji jistgħu jikkonsistu mill-miżuri msemmija fl-Anness V. Meta tiddeċiedi dwar il-miżuri xierqa ta’ tnaqqis tar-riskji, l-awtorità kompetenti għandha tqis il-kostijiet, il-benefiċċji, l-effettività, id-durabbiltà u l-fattibbiltà teknika tal-miżuri disponibbli ta’ tnaqqis tar-riskji.

6.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 20 biex temenda l-Annessi V u VI biex tadatta l-lista ta’ miżuri ta’ tnaqqis tar-riskji u r-rekwiżiti għall-valutazzjoni tar-riskji speċifiċi għas-sit għall-progress tekniku u xjentifiku.

Artikolu 16

Reġistru

1.Sa … (OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 4 snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva), l-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-paragrafu 2, ifasslu reġistru ta’ siti kkontaminati u siti potenzjalment ikkontaminati.

2.Ir-reġistru għandu jkun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VII.

3.Ir-reġistru għandu jiġi ġestit mill-awtorità kompetenti responsabbli u għandu jinżamm regolarment taħt rieżami u aġġornat.

4.L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-reġistru u l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Id-divulgazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni tista’ tiġi rrifjutata jew ristretta mill-awtorità kompetenti meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 79 .

Ir-reġistru għandu jkun disponibbli f’bażi ta’ data spazjali ġeoreferenzjata online.

5.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format tar-reġistru. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21.

Kapitolu V

Finanzjament, informazzjoni lill-pubbliku u rapportar mill-Istati Membri

Artikolu 17

Finanzjament mill-Unjoni

Minħabba l-prijorità marbuta b’mod inerenti mal-istabbiliment tal-monitoraġġ tal-ħamrija u l-ġestjoni sostenibbli u r-riġenerazzjoni tal-ħamrija, l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tiġi appoġġata mill-programmi finanzjarji eżistenti tal-Unjoni f’konformità mar-regoli u l-kundizzjonijiet applikabbli tagħhom.

Artikolu 18

Rapportar mill-Istati Membri

1.L-Istati Membri għandhom jirrapportaw b’mod elettroniku d-data u l-informazzjoni li ġejjin lill-Kummissjoni u lill-EEA kull 5 snin:

(a)id-data u r-riżultati tal-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija mwettqa f’konformità mal-Artikoli minn 6 sa 9;

(b)analiżi tax-xejriet tas-saħħa tal-ħamrija għad-deskritturi elenkati fil-partijiet A, B u C tal-Anness I u għall-indikaturi tat-teħid tal-art u tal-issiġillar tal-ħamrija elenkati fil-parti D tal-Anness I f’konformità mal-Artikolu 9;

(c)sommarju tal-progress dwar:

(i)l-implimentazzjoni ta’ prinċipji ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija f’konformità mal-Artikolu 10;

(ii)ir-reġistrazzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni u l-ġestjoni ta’ siti kkontaminati f’konformità mal-Artikoli minn 12 sa 16;

(d)id-data u l-informazzjoni li jinsabu fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 16.

L-ewwel rapporti għandhom jiġu sottomessi sa … (OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 5 snin u 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva).

2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni u l-EEA jkollhom aċċess permanenti għall-informazzjoni u d-data msemmija fil-paragrafu 1.

3.L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’aċċess online għal dawn li ġejjin:

(a)lista aġġornata u data spazjali tad-distretti tal-ħamrija tagħhom imsemmija fl-Artikolu 4 sa … (OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = sentejn u 3 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva);

(b)lista aġġornata tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 5 sa … (OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = sentejn u 3 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva);

(c)il-miżuri u l-prattiki ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija msemmija fl-Artikolu 10 sa … (OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 4 snin u 3 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva).

4.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format u l-modalitajiet għas-sottomissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21.

Artikolu 19

Informazzjoni lill-pubbliku

1.L-Istati Membri għandhom jippubblikaw id-data ġġenerata mill-monitoraġġ imwettaq skont l-Artikolu 8 u l-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva aċċessibbli għall-pubbliku, f’konformità mad-dispożizzjonijiet skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 80 għal data espliċita ġeografikament u l-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2019/1024 għal data oħra.

2.Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-data dwar is-saħħa tal-ħamrija li ssir aċċessibbli permezz tal-portal diġitali tad-data dwar is-saħħa tal-ħamrija msemmi fl-Artikolu 6 tkun disponibbli għall-pubbliku f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 81 u mar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 82 .

3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 18 ta’ din id-Direttiva tkun disponibbli u aċċessibbli għall-pubbliku f’konformità mad-Direttiva 2003/4/KE, id-Direttiva 2007/2/KE u d-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament u tal-Kunsill 83 .

4.Id-divulgazzjoni ta’ kwalunkwe informazzjoni meħtieġa skont din id-Direttiva tista’ tiġi rrifjutata jew ristretta meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE.

Kapitolu VI

Proċedura ta’ Delega u ta’ Kumitat

Artikolu 20

Eżerċizzju tad-delega

1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 8, 10, 15 u 16 għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 8, 10, 15 u 16 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont l-Artikoli 8, 10, 15 u 16 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 21

Kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Kapitolu VII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 22

Aċċess għall-ġustizzja

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-pubbliku, f’konformità mal-liġi nazzjonali, li jkollhom interess suffiċjenti jew li jżommu l-indeboliment ta’ dritt, ikollhom aċċess għal proċedura ta’ rieżami quddiem qorti tal-ġustizzja, jew korp indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi, biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali tal-valutazzjoni tas-saħħa tal-ħamrija, il-miżuri meħuda skont din id-Direttiva u kwalunkwe nuqqas ta’ azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw x’jikkostitwixxi interess suffiċjenti u indeboliment ta’ dritt, b’mod konsistenti mal-objettiv li l-pubbliku jingħata aċċess wiesa’ għall-ġustizzja. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, kwalunkwe organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-ħarsien tal-ambjent u li tissodisfa kwalunkwe rekwiżit skont il-liġi nazzjonali għandha titqies li għandha drittijiet li jistgħu jiġu indeboliti u l-interess tagħhom għandu jitqies suffiċjenti.

Il-proċeduri ta’ rieżami msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ġusti, ekwi, f’waqthom u mingħajr ħlas jew ma jkunux għaljin b’mod projbittiv, u għandhom jipprovdu rimedji adegwati u effettivi, inkluż rimedju b’mandat ta’ inibizzjoni fejn meħtieġ.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun disponibbli informazzjoni prattika għall-pubbliku dwar l-aċċess għall-proċeduri ta’ rieżami amministrattiv u ġudizzjarju msemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 23

Penali

1.Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur minn persuni fiżiċi u ġuridiċi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.Il-penali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu multi proporzjonati għall-fatturat tal-persuna ġuridika jew għall-introjtu tal-persuna fiżika li tkun wettqet il-ksur. Il-livell tal-multi għandu jiġi kkalkolat b’tali mod li jiġi żgurat li effettivament iċaħħdu lill-persuna responsabbli għall-ksur tal-benefiċċji ekonomiċi derivati minn dak il-ksur. Fil-każ ta’ ksur imwettaq minn persuna ġuridika, tali multi għandhom ikunu proporzjonati għall-fatturat annwali tal-persuna ġuridika fl-Istat Membru kkonċernat, filwaqt li jitqiesu, inter alia, l-ispeċifiċitajiet tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

3.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali stabbiliti skont dan l-Artikolu jqisu kif xieraq dawn li ġejjin, kif applikabbli:

(a)in-natura, il-gravità, u l-firxa tal-ksur;

(b)il-karattru intenzjonali jew negliġenti tal-ksur;

(c)il-popolazzjoni jew l-ambjent affettwati mill-ksur, filwaqt li jitqies l-impatt tal-ksur fuq l-objettiv li jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent.

4.L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli u l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 24

Evalwazzjoni u rieżami

1.Sa (OP: jekk jogħġbok daħħal id-data = 6 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva), il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva biex tivvaluta l-progress lejn l-objettivi tagħha u l-ħtieġa li jiġu emendati d-dispożizzjonijiet tagħha sabiex jiġu stabbiliti rekwiżiti aktar speċifiċi biex jiġi żgurat li l-ħamrija mhux f’saħħitha tiġi riġenerata u li l-ħamrija kollha tkun f’saħħitha sal-2050. Din l-evalwazzjoni għandha tqis, inter alia, l-elementi li ġejjin:

(a)l-esperjenza miksuba permezz tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva;

(b)id-data u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 18;

(c)id-data xjentifika u analitika rilevanti, inklużi r-riżultati minn proġetti ta’ riċerka ffinanzjati mill-Unjoni;

(d)analiżi tad-distakk lejn il-kisba ta’ ħamrija f’saħħitha sal-2050;

(e)analiżi tal-ħtieġa possibbli li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu adattati għall-progress tekniku u xjentifiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-punti li ġejjin:

(i)id-definizzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha;

(ii)l-istabbiliment ta’ kriterji għad-deskritturi tal-ħamrija elenkati fil-parti C tal-Anness I;

(iii)iż-żieda ta’ deskritturi ġodda tal-ħamrija għal finijiet ta’ monitoraġġ.

2.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu 25

Traspożizzjoni

1.L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa … [OP jekk jogħġbok daħħal id-data = sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 27

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i)

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Monitoraġġ u r-Reżiljenza tal-Ħamrija (Liġi dwar il-Monitoraġġ tal-Ħamrija).

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

09 - Ambjent u Azzjoni Klimatika

Attivitajiet:

09 02 - Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’:

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 84  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

L-objettiv tad-Direttiva proposta huwa li tikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-isfidi l-kbar tas-soċjetà li:

- Tinkiseb in-newtralità klimatika u ssir reżiljenti għat-tibdil fil-klima

- Jitreġġa’ lura t-telf tal-bijodiversità u jiġu ssodisfati l-impenji internazzjonali dwar il-bijodiversità

- It-tniġġis jitnaqqas għal livelli li ma għadhomx meqjusa ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent

- Jiġu ssodisfati l-impenji internazzjonali dwar in-newtralità tad-degradazzjoni tal-art

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

B’segwitu mill-objettiv ġenerali, l-objettiv speċifiku ta’ din id-Direttiva proposta huwa:

- Li titwaqqaf id-degradazzjoni tal-ħamrija u tinkiseb ħamrija f’saħħitha madwar l-UE sal-2050, sabiex jiġi żgurat li l-ħamrija tal-UE tkun tista’ tipprovdi servizzi tal-ekosistema multipli fuq skala suffiċjenti biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ambjentali, soċjetali u ekonomiċi, u li t-tniġġis tal-ħamrija jitnaqqas għal livelli li ma għadhomx meqjusa ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.

B’segwitu mill-objettiv speċifiku, l-objettivi operazzjonali huma:

- Li jiġu stabbiliti miżuri biex titwaqqaf id-degradazzjoni tal-ħamrija u tiġi riġenerata s-saħħa tal-ħamrija.

- Li jiġi stabbilit qafas effettiv biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni b’mod partikolari mill-obbligu li l-Istati Membri jivvalutaw is-saħħa tal-ħamrija, kif ukoll għar-rapportar u r-rieżami.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

L-inizjattiva proposta se tagħti benefiċċji ambjentali sinifikanti u ttejjeb is-saħħa tal-ħamrija b’effetti sekondarji fuq il-kwalità kemm tal-ilma kif ukoll tal-arja, il-bijodiversità, il-benefiċċji klimatiċi u l-benefiċċji tal-ikel. Hija tindirizza r-riskji għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent li ġejjin minn siti kkontaminati.

It-trattament xieraq u l-benesseri tal-ġenerazzjonijiet attwali u futuri jiddependu fuq is-saħħa tal-ħamrija.

L-implimentazzjoni tal-proposta hija mistennija li toħloq ħafna opportunitajiet għall-SMEs kemm għat-tkabbir (eż. investigazzjoni u rimedju ta’ siti kkontaminati, servizzi ta’ konsulenza għas-saħħa tal-ħamrija, laboratorji għall-ittestjar tal-ħamrija) u għall-innovazzjoni fit-tfassil u l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ ġestjoni u restawr sostenibbli tal-ħamrija, kif ukoll b’rabta mal-investigazzjoni u r-rimedju ta’ ħamrija kkontaminata.

L-implimentazzjoni tal-monitoraġġ tal-ħamrija hija wkoll mistennija li toħloq opportunitajiet għar-riċerka u l-iżvilupp u għan-negozju biex jiżviluppaw parametri u osservazzjoni tal-ħamrija.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-proposta tiżgura li l-ħamrija madwar l-UE tkun f’saħħitha sal-2050 u li tkun ġestita b’mod sostenibbli sabiex ma tkomplix tiddeterjora.

Dawn huma l-indikaturi ewlenin previsti għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni:

- l-għadd ta’ punti ta’ monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija

- il-proporzjon tat-territorju tal-UE fejn il-ħamrija hija f’saħħitha

- il-miżuri ta’ ġestjoni sostenibbli tal-ħamrija adottati

- il-miżuri ta’ riġenerazzjoni stabbiliti

- l-għadd ta’ siti potenzjalment ikkontaminati rreġistrati fir-reġistri nazzjonali ddedikati

- l-għadd ta’ siti potenzjalment ikkontaminati investigati

- l-għadd ta’ siti kkontaminati rimedjati jew ġestiti kif suppost

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Id-Direttiva proposta se tidħol fis-seħħ wara l-adozzjoni tagħha, iżda se jkun hemm perjodu ta’ traspożizzjoni ta’ sentejn sabiex l-Istati Membri jadottaw u jinnotifikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.

Matul dan il-perjodu ta’ traspożizzjoni, il-Kummissjoni se tassisti lill-Istati Membri permezz ta’:
- dokument ta’ gwida għat-traspożizzjoni tad-Direttiva;

- l-iżvilupp ta’ diversi gwida u materjal ta’ informazzjoni, jekk ikun hemm bżonn, rigward l-implimentazzjoni tad-Direttiva

- funzjoni ta’ helpdesk

Wara l-adozzjoni tad-Direttiva, il-Kummissjoni:

- se tlaqqa’ regolarment il-kumitat il-ġdid speċifiku li se jassisti lill-Kummissjoni, kif ukoll il-laqgħat tal-grupp ta’ esperti

- se tieħu l-passi u se tagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex taġġorna u tistabbilixxi l-programm LUCAS dwar il-ħamrija li se jikkomplementa l-qafas ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri;

Wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni, il-Kummissjoni, f’konformità mal-politika tagħha dwar il-verifika tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE:

- se tivverifika l-kompletezza tal-miżuri ta’ traspożizzjoni nnotifikati mill-Istati Membri u, jekk ikun hemm bżonn, tista’ tibda proċeduri ta’ ksur;

- se tivverifika l-konformità tal-miżuri ta’ traspożizzjoni nnotifikati mill-Istati Membri u, jekk ikun hemm bżonn, tista’ tibda proċeduri ta’ ksur.

Wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni, l-Istati Membri se jkollhom bżonn:

jistabbilixxu l-governanza xierqa

jistabbilixxu d-distretti tal-ħamrija

jistabbilixxu l-qafas ta’ monitoraġġ tal-ħamrija, inklużi d-determinazzjoni tal-punti ta’ kampjunar u l-adozzjoni tal-metodoloġiji

jistabbilixxu reġistru ta’ siti potenzjalment ikkontaminati.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)

L-ixprunaturi u l-impatti tad-degradazzjoni tal-ħamrija jaqbżu l-fruntieri tal-pajjiżi u jnaqqsu l-forniment ta’ servizzi tal-ekosistema fl-UE kollha u fil-pajjiżi ġirien tagħha. L-azzjoni nazzjonali wriet li ma hijiex biżżejjed biex tindirizza d-degradazzjoni tal-ħamrija madwar l-UE u wasslet għal livelli diverġenti ta’ ħarsien tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem.

Valur miżjud tal-UE li mistenni jiġi ġġenerat (ex post)

Azzjoni kkoordinata fil-livell tal-UE hija mistennija li tiġġenera sinerġiji, effettività u titjib fl-effiċjenza għall-monitoraġġ u r-restawr tas-saħħa tal-ħamrija u l-iżgurar li l-ħamrija tiġi ġestita b’mod sostenibbli. Azzjoni kkoordinata hija mistennija wkoll li twettaq l-impenji li jiddependu wkoll fuq is-saħħa tal-ħamrija magħmula fl-UE u fil-kuntest globali, jiġifieri fuq l-indirizzar tat-tibdil fil-klima, it-treġġigħ lura tat-telf tal-bijodiversità, l-immirar lejn tniġġis żero u l-kisba tan-newtralità tad-degradazzjoni tal-art. Fl-aħħar nett, l-azzjoni fil-livell tal-UE hija mistennija li tindirizza d-distorsjonijiet potenzjali fis-suq intern u l-kompetizzjoni inġusta fost in-negozji, minħabba li hemm rekwiżiti ambjentali aktar baxxi f’xi Stati Membri.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

F’April 2002, il-Kummissjoni ħabbret għall-ewwel darba l-intenzjoni tagħha li tiżviluppa Strateġija għall-Protezzjoni tal-Ħamrija u li tħejji t-triq għal proposta għal leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-ħamrija. L-ewwel proposta sussegwentement ġiet adottata mill-Kummissjoni fl-2006, iżda saru diskussjonijiet politiċi diffiċli fil-Kunsill tal-UE taħt il-presidenzi suċċessivi tal-UE. Ma nstab l-ebda ftehim minħabba minoranza li timblokka ta’ ħames Stati Membri. B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni rtirat il-proposta tagħha fl-2014.

Id-dibattiti wrew li r-regolamentazzjoni tal-ħamrija fil-livell tal-UE tista’ twassal għal reżistenza minn gruppi differenti ta’ partijiet ikkonċernati u mill-Istati Membri. Għalhekk, qabel ma ħejjiet din l-inizjattiva l-ġdida, il-Kummissjoni investiet b’mod estensiv fil-laqgħat u l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u mal-Istati Membri u xi wħud permezz tal-istabbiliment tal-grupp ta’ esperti tal-UE dwar il-protezzjoni tal-ħamrija.

Ingħatat attenzjoni partikolari lill-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità permezz ta’ flessibbiltà suffiċjenti. Il-proposta tqis ukoll fil-biċċa l-kbira l-varjabbiltà tal-ħamrija, il-kundizzjonijiet klimatiċi u l-użu tal-art.

Approċċ aktar orjentat lejn ir-riżultati b’miri ċari u b’inqas enfasi fuq il-proċess jew il-miżuri li għandhom jiġu implimentati jipprovdi aktar flessibbiltà fil-livell nazzjonali, filwaqt li xorta waħda jissodisfa l-ħtieġa għall-protezzjoni tal-ħamrija b’mod koerenti madwar l-UE.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

L-inizjattiva taqa’ taħt l-Intestatura 3 (Riżorsi Naturali u Ambjent), it-Titolu 9 (Ambjent u Azzjoni Klimatika) tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021-2027

L-inizjattiva taqa’ taħt l-umbrella tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Din issegwi wkoll mill-ambizzjonijiet stabbiliti fl-Istrateġija tal-UE dwar il-Ħamrija għall-2030 u tikkontribwixxi biex dawn jintlaħqu. L-Istrateġija tal-UE dwar il-Ħamrija hija riżultat tanġibbli ewlieni tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 u tistabbilixxi qafas u miżuri konkreti għall-protezzjoni u r-restawr tal-ħamrija, u tiżgura li din tintuża b’mod sostenibbli. Hija tistabbilixxi wkoll viżjoni u objettivi biex tinkiseb ħamrija f’saħħitha sal-2050, b’azzjonijiet konkreti sal-2030.

Il-proposta hija komplementari għal miżuri oħrajn deskritti fl-Istrateġija għall-Bijodiversità għall-2030 (bħal-liġi dwar ir-restawr tan-natura) u fl-Istrateġija tal-UE dwar il-Ħamrija (bħall-gwida dwar il-valutazzjoni tar-riskju, l-issiġillar tal-ħamrija u l-finanzjament).

L-implimentazzjoni tal-inizjattiva mill-Istati Membri u min-negozji se tkun appoġġata minn firxa ta’ programmi tal-UE bħall-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE), il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (Orizzont Ewropa), notevolment permezz tal-Missjoni ta’ Orizzont Ewropa “Patt dwar il-Ħamrija għall-Ewropa”, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), InvestEU, u l-finanzjament nazzjonali mill-Istati Membri tal-UE u l-finanzjament privat.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

L-implimentazzjoni tad-Direttiva l-ġdida se tinvolvi kompiti u attivitajiet ġodda għall-Kummissjoni. Din se tirrikjedi riżorsi umani, appoġġ mill-EEA, riżorsi ta’ akkwist għal kuntratturi esterni u arranġament amministrattiv wieħed jew aktar mal-JRC.

Bħalissa ma hemm l-ebda strument vinkolanti eżistenti ddedikat tal-UE dwar il-ħamrija, u l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tad-Direttiva huma għalhekk responsabbiltajiet ġodda għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri.

Dan jeħtieġ riżorsi addizzjonali b’kapaċità għolja ta’ ġudizzju politiku, għarfien tal-politika, ħiliet analitiċi, indipendenza u reżiljenza matul l-implimentazzjoni fit-tul tal-leġiżlazzjoni. Se jkun meħtieġ bl-istess mod appoġġ espert addizzjonali, anki permezz ta’ esternalizzazzjoni, fejn possibbli, iżda l-kompiti ewlenin li jinvolvu grad għoli ta’ sensittività politika jeħtieġ li jitwettqu mill-Kummissjoni.

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija li jikkorrispondi għall-perjodu ta’ traspożizzjoni ta’ sentejn

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Metodu/i ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippjanat(i) 

Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn ikollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jkollhom garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Mhux applikabbli

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-inizjattiva tinvolvi l-akkwist, l-arranġamenti amministrattivi mal-JRC u l-impatt fuq il-COM HR. Japplikaw regoli standard għal dan it-tip ta’ nefqa.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Mhux applikabbli – ara hawn fuq.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Mhux applikabbli – ara hawn fuq.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)

Mhux applikabbli – ara hawn fuq.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Mhux applikabbli – ara hawn fuq.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’  
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff 85 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 86

minn pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali 87

minn pajjiżi terzi oħrajn

dħul assenjat ieħor

3 

09 02 01 – Natura u bijodiversità  

 

Diff.

IVA 

LE 

IVA 

LE 

7 

20 01 02 01 – Rimunerazzjoni u gratifiki 

Mhux diff. 

LE 

LE 

LE 

LE 

7 

20 02 01 03 – Ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali assenjati temporanjament mal-istituzzjoni  

Mhux diff. 

LE 

LE 

LE 

LE 

7 

20 02 06 01 – Spejjeż ta’ missjonijiet u ta’ rappreżentanza  

Mhux diff. 

LE 

LE 

LE 

LE 

7 

20 02 06 02 – Laqgħat, gruppi ta’ esperti 

Mhux diff. 

LE 

LE 

LE 

LE 

7

20 02 06 03 – Kumitati

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba: Mhux applikabbli

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

1

Suq uniku, innovazzjoni u diġitali

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

DĠ: JRC

□ Riżorsi umani

0,342

0,513

0,513

0,513

1,881

□ Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL TAD-DĠ JRC

Approprjazzjonijiet

0,342

0,513

0,513

0,513

1,881

Intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

3

Riżorsi naturali u ambjent

DĠ: ENV

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

□ Approprjazzjonijiet operazzjonali

09 02 01 – Natura u bijodiversità

Impenji

(1a)

0,500

0,500

0,500

0,500

2,000

Pagamenti

(2a)

0,500

0,500

0,500

0,500

2,000

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 88  

Linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għad-DĠ ENV

Impenji

=1a+3

0,500

0,500

0,500

0,500

2,000

Pagamenti

=2a

+3

0,500

0,500

0,500

0,500

2,000

 
L-ammont irrapportat hawn fuq se jkun meħtieġ sabiex jappoġġa diversi kompiti ta’ implimentazzjoni relatati mad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi li se jitwettqu mid-DĠ ENV u l-JRC.

L-attivitajiet akkwistati jinkludu kuntratt ta’ appoġġ ġenerali għall-implimentazzjoni tal-proposta.

Barra minn hekk, f’din il-kategorija ġew inklużi arranġament(i) amministrattiv(i) mal-JRC, b’mod partikolari biex jiġi stabbilit monitoraġġ integrat.

 

Il-kostijiet kollha ħlief tal-HR u dawk Amministrattivi

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

kompiti

riżorsi

2023

2024

2025

2026

2027

total

Appoġġ ġenerali għall-implimentazzjoni tad-direttiva (għall-iżvilupp ta’ gwida teknika, l-għoti ta’ appoġġ għat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-Istati Membri, eċċ.)

Kuntratt ta’ servizz/ Esperti esterni

 

0,150

0,150

0,150

0,150

0,600

Kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali (parti mid-DĠ ENV) għat-tmexxija tal-Istħarriġ LUCAS u l-modulu tiegħu ta’ LUCAS dwar il-ħamrija (sakemm tiġi definita l-kontribuzzjoni ta’ DĠs oħrajn) 89 .

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Jimmodernizzaw l-EUSO, tad-dashboard dwar is-Saħħa tal-Ħamrija, ta’ LUCAS dwar il-Ħamrija; l-integrazzjoni tad-data ta’ LUCAS dwar il-Ħamrija u tal-Istati Membri; l-iffaċilitar tal-armonizzazzjoni tal-metodoloġiji
L-għoti ta’ appoġġ għat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva, b’mod partikolari dwar it-teħid tal-art u l-kontaminazzjoni tal-ħamrija, l-integrazzjoni tal-elementi ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri u l-promozzjoni tal-armonizzazzjoni

Arranġament amministrattiv bejn l-ENV u l-JRC

 

0,350

0,350

0,350

0,350

1,400

Total

 

 

0,500

0,500

0,500

0,500

2,000

Fir-rigward tal-Aġenzija EEA, l-impatt fuq l-aġenzija u kwalunkwe ħtieġa għal tisħiħ, se jiġu spjegati fid-dettall, kif meħtieġ, f’Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva ddedikata li tiġbor flimkien l-inizjattivi proposti rilevanti kollha.



TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali 

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
skont l-INTESTATURA 3 ENV  
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0,000

0,500

0,500

0,500

0,500

2,000

Pagamenti

=5+ 6

0,000

0,500

0,500

0,500

0,500

2,000

□ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
skont l-INTESTATURI minn 1 sa 6 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0,000

0,842

1,013

1,013

1,013

3,881

Pagamenti

=5+ 6

0,000

0,842

1,013

1,013

1,013

3,881





Intestatura tal-qafas finanzjarju  
pluriennali

7

"Nefqa amministrattiva"

Jenħtieġ li din it-taqsima timtela bl-użu tad-“data tal-baġit ta’ natura amministrattiva” li għandha l-ewwel tiddaħħal fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness 5 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar ir-regoli interni għall-implimentazzjoni tat-taqsima tal-Kummissjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea), li tittella’ fuq DECIDE għal finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

DĠ: ENV

□ Riżorsi umani

0,528

0,699

0,699

0,870

2,796

□ Nefqa amministrattiva oħra

0,031

0,062

0,110

0,110

0,110

0,423

TOTAL TAD-DĠ ENV

Approprjazzjonijiet

0,031

0,590

0,809

0,809

0,980

3,219

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

DĠ: ESTAT

□ Riżorsi umani

0,342

0,342

0,433

0,433

1,550

□ Nefqa amministrattiva oħra

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

TOTAL TAD-DĠ ESTAT

Approprjazzjonijiet

0,000

0,342

0,342

0,433

0,433

1,550

Il-kost għal kull FTE (AD/AST) huwa kkalkolat għal EUR 171 000 fis-sena u għal EUR 91 000 fis-sena għal CA. In-nefqa amministrattiva l-oħra tirrappreżenta l-laqgħat tal-Kumitat u tal-gruppi ta’ esperti, il-missjonijiet u kostijiet oħrajn assoċjati ma’ dan il-persunal.

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

0,031

0,932

1,151

1,242

1,413

4,769

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
skont l-INTESTATURI minn 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

0,031

1,774

2,164

2,255

2,426

8,650

Pagamenti

0,031

1,774

2,164

2,255

2,426

8,650

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 90

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 91

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

TOTALI

3.2.3.

1.1.1.1.Rekwiżiti stmati dwar l-approprjazzjonijiet amministrattivi fil-Kummissjoni

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

0,000

0,870

1,041

1,132

1,303

4,346

Nefqa amministrattiva oħra

0,031

0,062

0,110

0,110

0,110

0,423

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0,031

0,932

1,151

1,242

1,413

4,769

Il-kost għal kull FTE (AD/AST) huwa kkalkolat għal EUR 171 000/sena. In-“nefqa amministrattiva oħra” tirrappreżenta l-laqgħat tal-Kumitat u tal-gruppi ta’ esperti, il-missjonijiet u kostijiet oħrajn assoċjati ma’ dan il-persunal.

Barra mill-INTESTATURA 7 92  
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani (JRC)

0,342

0,513

0,513

0,513

1,881

Nefqa oħra  
ta’ natura amministrattiva

Subtotal  
barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Mhux applikabbli 

0,342

0,513

0,513

0,513

1,881

TOTAL

0,031

1,274

1,664

1,755

1,926

6,650

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

 

2023 

2024 

2025 

2026 

2027

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) – DĠ ENV

 

2

3

3

4

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) – Eurostat

2

2

2

2

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet) 

 

 

 

 

 

01 01 01 01 (Riċerka indiretta) 

 

 

 01 01 01 11 (Riċerka diretta) – JRC

 

2

3

3

3

Linji baġitarji oħra (speċifika) 

 

 

 

 

 

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”) – DĠ ENV

 

2

2

2

2

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”) – Eurostat

1

1

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet) 

 

 

 

 

 

XX 01  xx yy zz  9 

 

- fil-Kwartieri Ġenerali 

 

 

 

 

 

 

- fid-Delegazzjonijiet  

 

 

 

 

 

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta) 

 

 

 

 

 

 01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta) 

 

 

 

 

 

Linji baġitarji oħra (speċifika) 

 

 

 

 

 

TOTAL 

 

8

10

11

12

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju tal-ENV

Iħejju u jmexxu l-iżvilupp ta’ gwida teknika u jipprovdu appoġġ lill-Istati Membri fit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-inizjattiva, b’mod partikolari fil-qasam ta’: il-kriterji tas-saħħa tal-ħamrija, il-kampjunar, id-data, il-metodoloġija, il-valutazzjoni, il-monitoraġġ u l-analiżi; id-distretti tal-ħamrija; it-teħid tal-art; ir-reġistru ta’ siti kkontaminati.

Isostnu djalogu dwar is-saħħa tal-ħamrija mal-Istati Membri, mal-awtoritajiet kompetenti tagħhom u mal-EEA, inkluż fil-qafas tal-gruppi ta’ esperti u l-kumitati rilevanti; ir-rapport lill-PE u lill-Kunsill.

Iħejju u jmexxu: il-monitoraġġ u l-verifika tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-liġi mill-Istati Membri; l-adattament tal-Osservatorju tal-Ħamrija tal-UE u tad-dashboard tiegħu dwar is-saħħa tal-ħamrija, billi jintegraw ukoll id-data tal-Istati Membri; l-adattament tal-istħarriġ statistiku LUCAS tal-UE għar-rekwiżiti l-ġodda tal-liġi.

Iħejju u jmexxu l-adozzjoni ta’ kwalunkwe att ta’ implimentazzjoni ġdid tal-Kummissjoni, billi jaġġornaw l-annessi.

Persunal estern

L-SNEs għandhom jipprovdu għarfien espert dwar is-sistemi nazzjonali, ir-restrizzjonijiet u l-opportunitajiet għall-formulazzjoni ta’ gwida effettiva u appoġġ effettiv u effiċjenti lill-Istati Membri dwar it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni.

Uffiċjali u persunal temporanju tal-JRC

Imexxu l-immodernizzar tal-EUSO u tad-dashboard dwar is-saħħa tal-ħamrija għar-rekwiżiti tad-Direttiva.

Jipprovdu appoġġ tekniku biex jgħinu lill-Istati Membri jittrasponu u jimplimentaw id-Direttiva.

Jiffaċilitaw il-mili tal-lakuni fl-għarfien relatati mad-Direttiva, billi jagħmlu interfaċċjar ma’ programmi ta’ riċerka, eż. għal kwalunkwe aġġornament meħtieġ tal-annessi tad-Direttiva.

Jipprovdu l-aġġornament meħtieġ tal-għarfien rilevanti għall-kompiti ta’ politika tal-ENV relatati mad-Direttiva.

Jimmodernizzaw il-LUCAS dwar il-Ħamrija sabiex jagħmluh konsistenti mar-rekwiżiti tad-Direttiva.

Uffiċjali u persunal temporanju tal-Eurostat

Jadattaw u jimmodernizzaw l-istħarriġ statistiku LUCAS tal-UE għar-rekwiżiti l-ġodda tal-kwalità tad-Direttiva.

Imexxu l-istħarriġ statistiku LUCAS tal-UE u jimmaniġġaw il-kuntratti relatati.

Jadattaw l-għodda għall-ġestjoni tad-data u l-infrastruttura tal-IT relatata biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-data tad-Direttiva.

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

Il-proposta/l-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

Il-kostijiet previsti taħt il-linja baġitarja 09 02 01 se jitħallsu mill-programm LIFE u se jiġu ppjanati taħt l-eżerċizzji tal-pjan ta’ ġestjoni annwali tad-DĠ ENV. Ir-riżorsi umani meħtieġa għandhom preferibbilment jiġu ssodisfati b’allokazzjoni addizzjonali taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali tar-riżorsi umani

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 93

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 94

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

[…]

(1)    Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, Veerman, C., Pinto Correia, T., Bastioli, C., et al., Caring for soil is caring for life. Ensure 75 % of soils are healthy by 2030 for food, people, nature and climate: rapport tal-Bord tal-Missjoni għas-saħħa tal-ħamrija u l-ikel, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, 2020, https://data.europa.eu/doi/10.2777/821504.
(2)    Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni “Xprunaturi tas-sigurtà alimentari”, SWD(2023) 4 final.
(3)    Ara L-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijoekonomija 2018 kif ukoll Ir-Rapport ta’ Progress tal-UE dwar il-Bijoekonomija 2022
(4)    COM(2022) 672
(5)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final.
(6)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna, COM(2020) 380 final.
(7)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd, Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija” COM(2021) 400 final.
(8)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima - l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima, COM(2021) 82 final.
(9)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija tal-UE dwar il-Ħamrija għall-2030, Ingawdu l-benefiċċji ta’ ħamrija b’saħħitha għan-nies, l-ikel, in-natura u l-klima, COM(2021) 699 final.
(10)    Id-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 (ĠU L 114, 12.4.2022, p. 22).
(11)    Ir-riżoluzzjonijiet tat-28 ta’ April 2021 dwar il-protezzjoni tal-ħamrija (2021/2548(RSP)) u tad-9 ta’ Ġunju 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna (2020/2273(INI)).
(12)    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Bijodiversità - il-ħtieġa għal azzjoni urġenti, 12210/20.
(13)    L-Opinjonijiet NAT-VII/010 tal-KtR fis-sessjoni plenarja tat-3, l-4 u l-5 ta’ Frar 2021 dwar l-Agroekoloġija u l-Opinjoni ENVE-VII/019 tal-KtR fis-sessjoni plenarja tas-26-27 ta’ Jannar 2022 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: Lejn tniġġis żero għall-arja, l-ilma u l-ħamrija.
(14)    L-Opinjoni NAT/838 tal-KESE dwar l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar il-Ħamrija tat-23 ta’ Marzu 2022.
(15)    Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (2018), Il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni fl-UE : theddida dejjem tikber fil-ħtieġa ta’ aktar azzjoni inkluża bħala mira fil-Qafas Globali l-ġdid tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal.
(16)    https://sdgs.un.org/goals
(17)    L-informazzjoni fl-Osservatorju Ewropew tan-Nixfa (ara https://edo.jrc.ec.europa.eu/edov2/php/index.php?id=1000) hija bbażata fuq il-mudell idroloġiku LISFLOOD li juża d-data ta’ LUCAS dwar il-ħamrija
(18)    Eż. Abdalla et al. (2019): A critical review of the impacts of cover crops on nitrogen leaching, net greenhouse gas balance and crop productivity. DOI: 10.1111/gcb.14644; Kik et al. (2021): The economic value of sustainable soil management in arable farming systems – A conceptual framework. DOI: https://doi.org/10.1016/j.eja.2021.126334.
(19)    COM(2022) 304.
(20)    Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021).
(21)    Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).
(22)    Ir-Regolament (UE) 2023/839 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/841 fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, is-simplifikazzjoni tar-regoli dwar ir-rapportar u l-konformità, u l-istabbiliment tal-miri tal-Istati Membri għall-2030, u r-Regolament (UE) 2018/1999 fir-rigward tat-titjib fil-monitoraġġ, fir-rapportar, fit-traċċar tal-progress u fir-rieżami (ĠU L 107, 21.4.2023, p. 1).
(23)    COM(2022) 672 final.
(24)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija “mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent, COM(2020) 381 final.
(25)    Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-politika agrikola komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).
(26)    https://agriculture.ec.europa.eu/cap-my-country/cap-strategic-plans_en
(27)    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 fir-rigward tal-bdil tan-Network dwar Informazzjoni tal-Kontabilità Agrikola f’Network tad-Data dwar is-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli, COM(2022) 296 final 2022/0192 (COD).
(28)    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, 2018/1724 u (UE) 2019/1020, COM/2023/160 final.
(29)    ĠU C , , p. .
(30)    ĠU C , , p. .
(31)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final.
(32)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna, COM(2020) 380 final.
(33)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent, COM(2020) 381 final.
(34)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Perkors għal Pjaneta f’Saħħitha għal Kulħadd, Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija” COM(2021) 400 final.
(35)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima - l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima, COM(2021) 82 final.
(36)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija tal-UE dwar il-Ħamrija għall-2030, Ingawdu l-benefiċċji ta’ ħamrija b’saħħitha għan-nies, l-ikel, in-natura u l-klima, COM(2021) 699 final.
(37)    https://sdgs.un.org/goals
(38)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni fuq id-Diversità Bijoloġika (93/626/KEE) (ĠU L 309, 13.12.1993, p. 1).
(39)    Id-Deċiżjoni adottata mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika fid-19 ta’ Diċembru 2022, 15/4. Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal.
(40)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/216/KE tad-9 ta’ Marzu 1998 fuq il-konklużjoni, f’isem il-Komunitajiet Ewropej, tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda biex tkun kumbattuta d-deżertifikazzjoni f’pajjiżi affettwati serjament minn nixfa u/jew deżertifikazzjoni, b’mod partikolari fl-Afrika (ĠU L 83, 19.3.1998, p. 1).
(41)    Il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, Malta, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja.
(42)    Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar il-protezzjoni tal-ħamrija (2021/2548(RSP)).
(43)    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Bijodiversità – il-ħtieġa għal azzjoni urġenti, 12210/20.
(44)    Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(45)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, Ċikli tal-Karbonju Sostenibbli, COM(2021) 800.
(46)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima - l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima, COM(2021) 82 final.
(47)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Is-salvagwardja tas-sigurtà tal-ikel u t-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistemi tal-ikel, COM(2022) 133 final.
(48) +    OP jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-assorbiment tal-karbonju li jinsab fid-dokument COM(2022) 672 final u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dik id-Direttiva fin-nota f’qiegħ il-paġna.
(49)    Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
(50)    Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulazzjoni) (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).
(51)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija Ewropea għad-data, COM(2020) 66 final.
(52)    Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-politika agrikola komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).
(53)    OP: jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament dwar ir-restawr tan-natura li jinsab fid-dokument COM(2022) 304 u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dak ir-Regolament fin-nota f’qiegħ il-paġna tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-restawr tan-natura
(54)    Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).
(55)    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(56)    Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, pp. 1-73).
(57)    Id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27).
(58)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima - l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima, COM(2021) 82 final.
(59)    Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).
(60)    Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).
(61)    Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(62)    Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).
(63)    Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).
(64)    + OP: jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament dwar l-użu sostenibbli tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115 li jinsab fid-dokument COM(2022) 305 u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dik id-Direttiva fin-nota f’qiegħ il-paġna
(65)    Ir-Regolament (UE) 2022/2379 dwar l-istatistika dwar l-input u l-output agrikoli.
(66)    Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
(67)    + OP: jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jistabbilixxi qafas biex tiġi żgurata provvista sigura u sostenibbli ta’ materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) 168/2013, (UE) 2018/858, 2018/1724 u (UE) 2019/1020 li jinsabu fid-dokument COM(2023) 160 u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta’ dik id-Direttiva fin-nota f’qiegħ il-paġna.
(68)    Il-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali – Dikjarazzjoni, (ĠU L 124, 17.5.2005).
(69)    Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).
(70)    Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
(71)    Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
(72)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
(73)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(74)    ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(75)    https://www.fao.org/soils-portal/data-hub/soil-classification/world-reference-base/en/
(76)    M.J. Metzger, A.D. Shkaruba, R.H.G. Jongman u R.G.H. Bunce, Descriptions of the European Environmental Zones and Strata, Rapport ta’ Alterra 2281 ISSN 1566-7197.
(77)    Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1).
(78)    Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56)
(79)    Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).
(80)    Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
(81)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(82)    Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).
(83)    Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).
(84)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(85)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(86)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(87)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(88)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(89)    Sal-2022, l-Istħarriġ LUCAS ġie implimentat permezz ta’ delegazzjoni baġitarja minn diversi DĠs; abbażi tal-aħħar kontribuzzjonijiet mid-DĠ ENV, li jikkorrispondu għal EUR 1,100 K fis-sena, l-ebda ammont addizzjonali ma huwa mistenni li jkun meħtieġ mid-DĠ ENV; billi d-direttiva teħtieġ monitoraġġ regolari, fil-QFP li jmiss għandhom jiġu previsti pakkett baġitarju u linja baġitarja ddedikati, implimentati bi qbil mad-DĠs kollha involuti (pereżempju, permezz ta’ Memorandum ta’ Qbil).
(90)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(91)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi …”
(92)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(93)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(94)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.
Top

Brussell, 5.7.2023

COM(2023) 416 final

ANNESSI

tal-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill


dwar il-Monitoraġġ u r-Reżiljenza tal-Ħamrija (il-Liġi dwar il-Monitoraġġ tal-Ħamrija)

EMPTY

{SEC(2023) 416 final} - {SWD(2023) 416 final} - {SWD(2023) 417 final} - {SWD(2023) 418 final} - {SWD(2023) 423 final}


ANNESS I

DESKRITTURI TAL-ĦAMRIJA, KRITERJI GĦAL KUNDIZZJONI TA’ ĦAMRIJA F’SAĦĦITHA, U INDIKATURI TAT-TEĦID TAL-ART U TAL-ISSIĠILLAR TAL-ĦAMRIJA

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin

(1)“teħid bil-maqlub tal-art” tfisser il-konverżjoni ta’ art artifiċjali f’art naturali jew seminaturali;

(2)“teħid nett tal-art” tfisser ir-riżultat tat-teħid tal-art meta tnaqqas it-teħid bil-maqlub tal-art.

Aspett tad-degradazzjoni tal-ħamrija

Deskrittur tal-ħamrija

Kriterji għal kundizzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha

Żoni tal-art li għandhom jiġu esklużi mill-ilħuq tal-kriterju relatat

Parti A: deskritturi tal-ħamrija bi kriterji għal kundizzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha stabbiliti fil-livell tal-Unjoni

Salinizzazzjoni

Konduttività Elettrika (deċi-Siemens għal kull metru)

< 4 dS m−1 meta jintuża metodu ta’ kejl tal-estratt saturat tal-pejst tal-ħamrija (eEC), jew kriterju ekwivalenti jekk jintuża metodu ieħor ta’ kejl

Żoni tal-art salina b’mod naturali;

Żoni tal-art affettwati direttament miż-żieda fil-livell tal-baħar

Erożjoni tal-ħamrija

Rata ta’ erożjoni tal-ħamrija

(tunnellati għal kull ettaru fis-sena)

≤ 2 t ha-1 y-1 

Artijiet b’erożjoni sinifikanti u żoni ta’ art naturali oħrajn mhux ġestiti, ħlief jekk jirrappreżentaw riskju sinifikanti ta’ diżastri

Telf tal-karbonju organiku fil-ħamrija

Konċentrazzjoni tal-Karbonju Organiku fil-Ħamrija (SOC) (g għal kull kg)

- Għall-ħamrija organika: għandhom jiġu rrispettati l-miri stabbiliti għal tali ħamrija fil-livell nazzjonali f’konformità mal-Artikoli 4.1, 4.2, 9.4 tar-Regolament (UE) …/… 1+ 

Ebda esklużjoni

- Għall-ħamrija minerali: Proporzjon SOC/Tafal > 1/13;

L-Istati Membri jistgħu japplikaw fattur korrettiv fejn tipi speċifiċi ta’ ħamrija jew kundizzjonijiet klimatiċi jiġġustifikaw dan, filwaqt li jqisu l-kontenut effettiv tas-SOC fil-bwar permanenti.

Ħamrija mhux ġestita f’żoni tal-art naturali

Kompattazzjoni tas-sottoswol

Densità tal-massa fis-sottoswol (il-parti ta’ fuq tal-orizzont B jew E 2 ); L-Istati Membri jistgħu jissostitwixxu dan id-deskrittur b’parametru ekwivalenti (g għal kull cm3)

Konsistenza tal-ħamrija 3

medda

ramel, trab ramli ġulġlieni, trab ġulġlieni ramli, trab ġulġlieni

< 1,80

Trab ġulġlieni ramli u tafli, trab ġulġlieni, trab ġulġlieni tafli, ramal, trab ġulġlieni xaħxi

< 1,75

trab ġulġlieni xaħxi, trab ġulġlieni xaħxi u tafli

< 1,65

Trab tafli ramli, trab tafli xaħxi, trab ġulġlieni tafli b’35-45 % tafal

< 1,58

Tafal

< 1,47

F’każ li Stat Membru jissostitwixxi d-deskrittur tal-ħamrija “densità tal-massa fis-sottoswol” b’parametru ekwivalenti, għandu jadotta kriterju għal kundizzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha għad-deskrittur tal-ħamrija magħżul li jkun ekwivalenti għall-kriterju stabbilit għad-“densità tal-massa fis-sottoswol”.

Ħamrija mhux ġestita f’żoni tal-art naturali

Parti B: deskritturi tal-ħamrija bi kriterji għal kundizzjoni ta’ ħamrija f’saħħitha stabbiliti fil-livell tal-Istati Membri

Kontenut eċċessiv ta’ nutrijenti fil-ħamrija

Fosforu li jista’ jiġi estratt (mg għal kull kg)

< “valur massimu”;

Il-“valur massimu” għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru fil-medda ta’ 30-50 mg kg-1 

Ebda esklużjoni

Kontaminazzjoni tal-ħamrija

- konċentrazzjoni ta’ metalli tqal fil-ħamrija: As, Sb, Cd, Co, Cr (total), Cr (VI), Cu, Hg, Pb, Ni, Tl, V, Zn (µg għal kull kg)
- konċentrazzjoni ta’ għażla ta’ kontaminanti organiċi stabbiliti mill-Istati Membri u filwaqt li jitqiesu l-limiti ta’ konċentrazzjoni eżistenti eż. għall-kwalità tal-ilma u għall-emissjonijiet fl-arja fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni

Assigurazzjoni raġonevoli, miksuba mill-kampjunar, mill-identifikazzjoni u mill-investigazzjoni tal-punti tal-ħamrija ta’ siti kkontaminati u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra, li ma jeżisti l-ebda riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-kontaminazzjoni tal-ħamrija.

Il-ħabitats b’konċentrazzjoni naturali għolja ta’ metalli tqal li huma inklużi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE 4 għandhom jibqgħu protetti.

Ebda esklużjoni

Tnaqqis tal-kapaċità tal-ħamrija li żżomm l-ilma

Kapaċità taż-żamma tal-ilma fil-ħamrija tal-kampjun tal-ħamrija (% tal-volum tal-ilma / volum ta’ ħamrija saturata)

Il-valur stmat għall-kapaċità totali taż-żamma tal-ilma ta’ distrett tal-ħamrija skont il-baċir idrografiku jew is-sottobaċir huwa ogħla mil-livell limitu minimu.

Il-livell limitu minimu għandu jiġi stabbilit (f’tunnellati) mill-Istat Membru fil-livell tad-distrett tal-ħamrija u tal-baċir idrografiku jew tas-sottobaċir f’tali valur li l-impatti tal-għargħar wara li jiġu mmitigati avvenimenti intensi ta’ xita jew ta’ perjodi ta’ ndewwa baxxa fil-ħamrija minħabba avvenimenti ta’ nixfa.

Ebda esklużjoni

Parti C: deskritturi tal-ħamrija mingħajr kriterji

Aspett tad-degradazzjoni tal-ħamrija

Deskrittur tal-ħamrija

Kontenut eċċessiv ta’ nutrijenti fil-ħamrija

Nitroġenu fil-ħamrija (mg g-1)

Aċidifikazzjoni

Aċidità tal-ħamrija (pH)

Kompattazzjoni tal-ħamrija tal-wiċċ

Densità tal-massa fil-ħamrija tal-wiċċ (orizzont A 5 ) (g cm-3)

Telf tal-bijodiversità tal-ħamrija

Respirazzjoni tal-bażi tal-ħamrija ((mm3 O2 g-1 hr-1) f’ħamrija xotta

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu wkoll deskritturi fakultattivi oħra tal-ħamrija għall-bijodiversità bħal:
- metabarcoding ta’ batterji, fungi, protisti u annimali;

- abbundanza u diversità ta’ nematodi;

- bijomassa mikrobika;

- abbundanza u diversità ta’ ħniex (fl-art tal-għelejjel);

- speċijiet aljeni invażivi u pesti tal-pjanti

Parti D: indikaturi tat-teħid tal-art u tal-issiġillar tal-ħamrija

Aspett tad-degradazzjoni tal-ħamrija

Indikaturi tat-teħid tal-art u tal-issiġillar tal-ħamrija

Teħid tal-art u ssiġillar tal-ħamrija

Art artifiċjali totali (km² u % tas-superfiċe tal-Istati Membri)

Teħid tal-art, Teħid bil-maqlub tal-art Teħid nett tal-art (medja fis-sena–- f’km² u % tas-superfiċe tal-Istati Membri)

Issiġillar tal-ħamrija (total ta’ km² u % tas-superfiċe tal-Istati Membri)

L-Istati Membri jistgħu jkejlu wkoll indikaturi fakultattivi relatati oħra bħal:

- il-frammentazzjoni tal-art

- ir-rata tar-riċiklaġġ tal-art

- l-art meħuda għal attivitajiet kummerċjali, ċentri loġistiċi, enerġiji rinnovabbli, uċuħ bħal ajruporti, toroq, minjieri

- il-konsegwenzi tat-teħid tal-art bħall-kwantifikazzjoni tat-telf tas-servizzi tal-ekosistema, bidla fl-intensità tal-għargħar

ANNESS II

METODOLOĠIJI

Parti A: Metodoloġija għad-determinazzjoni tal-punti ta’ kampjunar

Attività

Kriterji minimi għall-metodoloġija

Determinazzjoni tal-punti ta’ kampjunar tal-ħamrija (stħarriġ kampjunarju)

L-istħarriġ kampjunarju għandu jitfassal minn qafas tal-kampjun komplut li jkun fih l-aħjar informazzjoni disponibbli dwar id-distribuzzjoni tal-proprjetajiet tal-ħamrija, inkluż iżda mhux limitat għal informazzjoni li tirriżulta minn kejl nazzjonali preċedenti u minn kejl taħt il-programm LUCAS.

L-iskema ta’ kampjunar għandha tkun kampjunar aleatorju stratifikat ottimizzat fuq id-deskritturi tas-saħħa tal-ħamrija.

Id-daqs tal-kampjun nazzjonali għandu jissodisfa r-rekwiżit ta’ errur perċentwali massimu (jew Koeffiċjent ta’ Varjazzjoni) ta’ 5 % għall-istima taż-żona li jkollha ħamrija f’saħħitha.

Il-kampjun tal-Kummissjoni għall-istħarriġ stabbilit skont l-Art. 6(4) jista’ jikkontribwixxi għal massimu ta’ 20 % tad-daqs tal-kampjuni nazzjonali.

L-allokazzjoni u d-daqs tal-kampjun għandhom jiġu ddeterminati billi jiġi applikat l-algoritmu ta’ Bethel (Bethel, 1989) 6 li jirrappreżenta l-errur massimu ta’ stima meħtieġ.

Parti B: Metodoloġija għad-determinazzjoni jew l-istima tal-valuri tad-deskritturi tal-ħamrija

Meta tiġi stabbilita metodoloġija ta’ referenza, jew tintuża l-metodoloġija ta’ referenza jew metodoloġija oħra, dment li din tkun disponibbli fil-letteratura xjentifika jew disponibbli għall-pubbliku u jkun hemm disponibbli funzjoni ta’ trasferiment ivvalidata.

Deskrittur tal-ħamrija

Metodoloġija ta’ referenza

Kriterji metodoloġiċi minimi

Funzjoni ta’ trasferiment ivvalidata meħtieġa (jekk tintuża metodoloġija differenti mill-metodoloġija ta’ referenza 7 )?

Konsistenza tal-ħamrija (kontenut ta’ tafal, ta’ xaħx u ta’ ramel – meħtieġa għad-determinazzjoni ta’ deskritturi oħrajn u ta’ meded relatati)

Metodu ppreferut: ISO 11277:1998 Determinazzjoni tad-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli fil-materjal minerali tal-ħamrija – Metodu permezz ta’ tgħarbil u sedimentazzjoni

Metodu alternattiv: ISO13320:2009 Analiżi tad-daqs tal-partikoli – Metodi ta’ difrazzjoni bil-laser

IVA

Konduttività Elettrika

Għażla 1: metodu ta’ kejl tal-estratt saturat tal-pejst tal-ħamrija (eEC) (SOP tal-FAO: GLOSOLAN-SOP-08 8 )

Għażla 2: ISO 11265:1994 Determinazzjoni tal-Konduttività Elettrika Speċifika;

IVA

Rata ta’ erożjoni tal-ħamrija

L-istima tar-rata ta’ erożjoni tal-ħamrija għandha tqis l-azzjonijiet kollha meħuda biex jiġi mmitigat jew ikkumpensat ir-riskju ta’ erożjoni, inklużi miżuri ta’ mitigazzjoni ta’ wara n-nar.

L-istima tar-rata ta’ erożjoni tal-ħamrija għandha tinkludi l-proċessi rilevanti kollha ta’ erożjoni bħall-erożjoni mill-ilma, mir-riħ, mill-ħsad u mill-ħdim tar-raba’.

L-erożjoni tal-ħamrija mill-ilma għandha tiġi vvalutata billi jitqiesu l-fatturi li ġejjin:

-il-karatteristiċi tal-ħamrija (eż. l-erodibbiltà, l-iffurmar ta’ qoxra tal-ħamrija, il-ħruxija tal-ħamrija),

-il-klima (eż. l-erożività tax-xita – l-intensità u d-durata, filwaqt li jitqiesu l-projezzjonijiet rilevanti dwar it-tibdil fil-klima għal żona partikolari),

-it-topografija (eż. kemm hi wiefqa u twila l-inklinazzjoni),

-il-kopertura tal-veġetazzjoni, it-tip ta’ għelejjel, l-użu tal-art u l-prattiki ta’ ġestjoni biex tiġi kkontrollata jew titnaqqas l-erożjoni,

-il-prattiki ta’ ġestjoni (eż. għelejjel ta’ kopertura, ħdim tar-raba’ mnaqqas, mulching, eċċ.),

-iż-żoni maħruqa.

L-erożjoni tal-ħamrija permezz tar-riħ għandha tiġi vvalutata billi jitqiesu l-fatturi li ġejjin:

-il-karatteristiċi tal-ħamrija (eż. l-erodibbiltà),

-il-klima (eż. l-indewwa tal-ħamrija, il-veloċità tar-riħ, l-evaporazzjoni),

-il-veġetazzjoni (eż. it-tip ta’ għalla),

-il-prattiki ta’ ġestjoni għall-kontroll jew għat-tnaqqis tal-erożjoni (eż. l-ilqugħ kontra r-riħ).

Mhux applikabbli

Karbonju Organiku fil-Ħamrija (SOC)

ISO 10694:1995 Determinazzjoni tal-karbonju organiku u totali wara l-kombustjoni xotta

IVA

Densità tal-massa fis-sottoswol (orizzont B 9 ) jew parametru ekwivalenti 10 magħżul mill-Istati Membri

ISO 11272:2017 għad-determinazzjoni tad-densità tal-massa xotta

F’każ li jintgħażel parametru ekwivalenti, il-metodoloġija għandha tkun standard Ewropew jew Internazzjonali meta jkun disponibbli; jekk tali standard ma jkunx disponibbli, il-metodoloġija magħżula għandha tkun disponibbli fil-letteratura xjentifika jew disponibbli għall-pubbliku.

IVA

Fosforu li jista’ jiġi estratt

ISO 11263:1994 għad-determinazzjoni spettrometrika tal-fosforu li jinħall f’soluzzjoni ta’ karbonat tal-idroġenu tas-sodju (P-Olsen)

IVA

- Konċentrazzjoni ta’ metalli tqal fil-ħamrija: As, Sb, Cd, Co, Cr (total), Cr (VI), Cu, Hg, Pb, Ni, Tl, V, Zn  
- Konċentrazzjoni ta’ għażla ta’ kontaminanti organiċi definiti mill-Istati Membri u filwaqt li titqies il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE (eż. dwar il-kwalità tal-ilma jew il-pestiċidi)

Kontenut ambjentali potenzjali disponibbli ta’ metalli tqal fil-ħamrija bbażat fuq l-ISO 17586:2016 bl-użu ta’ aċidu nitriku dilwit.

 

Għandhom jintużaw standards Ewropej jew Internazzjonali meta jkunu disponibbli; jekk tali standard ma jkunx disponibbli, il-metodoloġija magħżula għandha tkun disponibbli fil-letteratura xjentifika jew disponibbli għall-pubbliku

IVA

Mhux applikabbli

Kapaċità taż-żamma tal-ilma fil-ħamrija

Metodoloġija biex jiġi ddeterminat il-valur għal punt wieħed tal-kampjun:

Għażla 1: LABORATORJU: ISO 11274:2019 għad-determinazzjoni tal-karatteristika taż-żamma tal-ilma.

Għażla 2: STIMA: għandha tiġi applikata l-metodoloġija deskritta fl-artiklu xjentifiku “New generation of hydraulic pedotransfer functions for Europe” 11 abbażi tal-konsistenza (jew tad-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli) u tal-karbonju organiku tal-ħamrija.

Kriterji minimi għall-istima tal-kapaċità totali taż-żamma tal-ilma fil-ħamrija ta’ distrett tal-ħamrija fuq skala ta’ baċir idrografiku jew sottobaċir:

-għaż-żona tal-art mhux meħuda stima tal-valur totali tal-kapaċità taż-żamma tal-ilma fil-ħamrija

-għaż-żona tal-art meħuda, għandu jiġi kkunsidrat li l-kapaċità taż-żamma tal-ilma ta’ żoni impermeabbli tiġi stabbilita għal żero, billi jingħataw valuri proporzjonalment intermedji lil żoni semiimpermeabbli u żoni artifiċjali oħra.

IVA (għall-valur tal-punt)

Nitroġenu fil-ħamrija

ISO 11261:1995 għad-determinazzjoni tan-nitroġenu totali fil-ħamrija bl-użu ta’ metodu modifikat ta’ Kjeldahl

IVA

Aċidità tal-ħamrija

ISO 10390:2005 għad-determinazzjoni tal-pH fl-estratt tal-H2O u tas-CaCl2 (pH-H2O u pH-CaCl2)

IVA

Densità tal-massa fil-“ħamrija tal-wiċċ” (orizzont A 12 )

ISO 11272:2017 għad-determinazzjoni tad-densità tal-massa xotta

IVA

Respirazzjoni tal-bażi fil-ħamrija

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu wkoll deskritturi fakultattivi tal-bijodiversità tal-ħamrija bħal:
- Metabarcoding
13 ta’ batterji, fungi, protisti u annimali;
- Abbundanza u diversità ta’ nematodi;

- Bijomassa mikrobika;

- Abbundanza u diversità ta’ ħniex (f’art tal-għelejjel)

Għandhom jiġu segwiti l-indikazzjonijiet deskritti fl-artiklu xjentifiku “Microbial biomass and activities in soil as affected by frozen and cold storage” 14

Meta jkunu disponibbli għandhom jintużaw standards Ewropej jew internazzjonali; jekk tali standard ma jkunx disponibbli, il-metodoloġija magħżula għandha tkun disponibbli fil-letteratura xjentifika jew disponibbli għall-pubbliku.

IVA

Għal deskritturi oħrajn tal-bijodiversità tal-ħamrija: Mhux applikabbli

Parti C: kriterji metodoloġiċi minimi għad-determinazzjoni tal-valuri tal-indikaturi tat-teħid tal-art u tal-issiġillar tal-ħamrija

- Għat-teħid tal-art, it-teħid bil-maqlub tal-art u t-teħid nett tal-art, il-metodoloġiji użati għandhom jikkonformaw mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 u fl-Anness I.

- L-issiġillar tal-ħamrija għandu jiġi espress bħala perċentwal ta’ żona ssiġillata għal kull erja totali.

- Il-metodoloġiji magħżula għandhom ikunu disponibbli fil-letteratura xjentifika jew disponibbli għall-pubbliku.

ANNESS III

PRINĊIPJI TA’ ĠESTJONI SOSTENIBBLI TAL-ĦAMRIJA

Għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

(a)għandu jiġi evitat li l-ħamrija titħalla mikxufa billi tiġi stabbilita u tinżamm kopertura veġetattiva tal-ħamrija, speċjalment matul perjodi ambjentalment sensittivi;

(b)għandu jiġi mminimizzat id-disturb fiżiku tal-ħamrija;

(c)għandhom jiġu evitati l-inputs jew ir-rilaxx ta’ sustanzi fil-ħamrija li jistgħu jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem jew lill-ambjent, jew jiddegradaw is-saħħa tal-ħamrija;

(d)għandu jiġi żgurat li l-użu tal-makkinarju jiġi adattat għas-saħħa tal-ħamrija, u li l-għadd u l-frekwenza ta’ operazzjonijiet fuq il-ħamrija jkunu limitati sabiex ma jikkompromettux is-saħħa tal-ħamrija;

(e)meta tiġi applikata l-fertilizzazzjoni, għandu jiġi żgurat l-adattament għall-ħtiġijiet tal-pjanta u tas-siġar fil-post partikolari u fil-perjodu partikolari, u għall-kundizzjoni tal-ħamrija u tingħata prijorità lil soluzzjonijiet ċirkolari li jarrikkixxu l-kontenut organiku;

(f)fil-każ tat-tisqija, għandha tiġi mmassimizzata l-effiċjenza tas-sistemi tat-tisqija u tal-ġestjoni tat-tisqija u jiġi żgurat li meta jintuża ilma mormi riċiklat, il-kwalità tal-ilma tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 15 u meta jintuża l-ilma minn sorsi oħrajn, ma jiddegradax is-saħħa tal-ħamrija;

(g)għandha tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ħamrija permezz tal-ħolqien u taż-żamma ta’ karatteristiċi adegwati tal-pajsaġġ fil-livell tal-pajsaġġ 16 ;

(h)għandhom jintużaw speċijiet adattati għas-sit fil-kultivazzjoni ta’ għelejjel, pjanti jew siġar fejn dan jista’ jipprevjeni d-degradazzjoni tal-ħamrija jew jikkontribwixxi għat-titjib tas-saħħa tal-ħamrija, filwaqt li jitqies ukoll l-adattament għat-tibdil fil-klima;

(i)għandhom jiġu żgurati livelli ottimizzati tal-ilma fil-ħamrija organika sabiex l-istruttura u l-kompożizzjoni ta’ tali ħamrija ma jiġux affettwati b’mod negattiv 17 ;

(j)fil-każ tal-kultivazzjoni tal-għelejjel, għandhom jiġu żgurati n-newba tal-għelejjel u d-diversità tal-għelejjel, filwaqt li jitqiesu familji differenti tal-għelejjel, is-sistemi tal-għeruq, il-ħtiġijiet tal-ilma u tan-nutrijenti, u l-ġestjoni integrata tal-pesti;

(k)l-adattament tal-ħin tal-moviment tal-bhejjem u tar-ragħa, filwaqt li jitqiesu t-tipi ta’ annimali u d-densità tal-istokkjar, sabiex is-saħħa tal-ħamrija ma tiġix kompromessa u l-kapaċità tal-ħamrija li tipprovdi l-foraġġ ma tonqosx;

(l)f’każ ta’ telf sproporzjonat magħruf ta’ funzjoni waħda jew ta’ diversi funzjonijiet li jnaqqsu sostanzjalment il-kapaċità tal-ħamrija biex tipprovdi servizzi tal-ekosistema, għandhom jiġu applikati miżuri mmirati biex jiġġeneraw mill-ġdid dawk il-funzjonijiet tal-ħamrija.

ANNESS IV

PROGRAMMI, PJANIJIET, MIRI U MIŻURI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10

(1)Il-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr imħejjija f’konformità mar-Regolament …/… 18 +.

(2)Il-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115.

(3)Il-Kodiċi ta’ Prattika Agrikola Tajba u l-programmi ta’ azzjoni għal żoni vulnerabbli magħżula adottati f’konformità mad-Direttiva 91/676/KEE.

(4)Il-miżuri ta’ konservazzjoni u qafas ta’ azzjoni prijoritizzat stabbiliti għas-siti ta’ Natura 2000 f’konformità mad-Direttiva 92/43/KEE.

(5)Il-miżuri biex jinkiseb status ekoloġiku u kimiku tajjeb tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ u status kimiku u kwantitattiv tajjeb ta’ korpi tal-ilma ta’ taħt l-art inklużi fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċir tax-xmara mħejjija f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE.

(6)Il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ għargħar inklużi fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ għargħar imħejjija f’konformità mad-Direttiva 2007/60/KE.

(7)Il-pjanijiet ta’ ġestjoni tan-nixfa msemmija fl-Istrateġija tal-Unjoni dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima.

(8)Il-programmi ta’ azzjoni nazzjonali stabbiliti f’konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni.

(9)Il-miri stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2018/841.

(10)Il-miri stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2018/842.

(11)Il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja mħejjija skont id-Direttiva (UE) 2016/2284 u d-data ta’ monitoraġġ dwar l-impatti tat-tniġġis tal-arja fuq l-ekosistemi rrapportati skont dik id-Direttiva.

(12)Il-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima stabbilit f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999.

(13)Il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri f’konformità mad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE.

(14)Il-pjanijiet ta’ azzjonijiet nazzjonali adottati f’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament …/… 19 +.

ANNESS V

LISTA INDIKATTIVA TA’ MIŻURI TAT-TNAQQIS TAR-RISKJI

(1)Tekniki ta’ rimedju għal rimedju in jew ex situ:

(a)Tekniki ta’ rimedju fiżiku:

(a)Estrazzjoni tal-fwar, tixrix tal-arja;

(b)Trattament bis-sħana, injezzjoni tal-fwar, desorbiment termali, vitrifikazzjoni;

(c)Ħasil u tlaħliħ tal-ħamrija;

(d)Estrazzjoni elettrokinetika;

(e)Tneħħija tas-saff likwidu;

(f)Tħaffir u rimi.

(b)Tekniki ta’ rimedju bijoloġiku:

(a)Stimulazzjoni tad-degradazzjoni aerobika jew anaerobika: bijorimedju, bijostimulazzjoni, bijoawmentazzjoni, bijoventjar, bijotixrix;

(b)Fitoestrazzjoni, fitoolatilizzazzjoni, fitodegradazzjoni;

(c)Kompostjar, tejjieba tal-ħamrija, biedja tal-art, u sistemi ta’ bijoreatturi;

(d)Bijofiltrazzjoni, bijotrattament tal-artijiet mistagħdra, u bijosodod;

(e)Attenwazzjoni naturali.

(c)Tekniki ta’ rimedju kimiku:

(a)Ossidazzjoni kimika;

(b)Tnaqqis kimiku u reazzjonijiet ta’ ossidoriduzzjoni (redox);

(c)Ippompjar u trattament tal-ilma ta’ taħt l-art.

(d)Tekniki ta’ rimedju għall-iżolament, għall-konteniment u għall-monitoraġġ:

(a)Tqegħid ta’ limitu fuq il-wiċċ, barrieri reattivi, inkapsulament;

(b)Stabbilizzazzjoni kimika, solidifikazzjoni u immobilizzazzjoni;

(c)Iżolament ġeoidroloġiku u konteniment;

(d)Fitostabbilizzazzjoni;

(e)Kontroll u kura ta’ wara mill-bjar ta’ monitoraġġ.

(2)Miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għajr ir-rimedju:

(a)Restrizzjoni fuq il-kultivazzjoni u l-konsum tal-għelejjel u l-ħxejjex;

(b)Restrizzjoni fuq il-konsum tal-bajd;

(c)Restrizzjoni fuq l-aċċess tal-annimali tal-kumpanija jew tat-trobbija;

(d)Restrizzjoni fuq l-estrazzjoni jew fuq l-użu tal-ilma ta’ taħt l-art għal finijiet ta’ xorb, iġjene personali jew industrijali;

(e)Restrizzjoni fuq id-demolizzjoni, it-tneħħija tas-siġillar, jew il-kostruzzjoni fuq is-sit;

(f)Restrizzjoni fuq l-aċċess għall-viċinat tas-sit jew fih (eż. permezz ta’ ċnut);

(g)Restrizzjoni fuq l-użu tal-art jew bidliet fl-użu tal-art;

(h)Restrizzjoni fuq it-tħaffir, l-iddriljar jew l-iskavar;

(i)Restrizzjoni biex jiġi evitat kuntatt mal-ħamrija, mat-trab jew mal-arja ta’ ġewwa u jiġu applikati prekawzjonijiet biex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem (eż. respiraturi, ingwanti, tindif fl-imxarrab, eċċ.).

(3)L-aħjar tekniki disponibbli msemmija fid-Direttiva 2010/75/UE.

(4)Miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti u mill-operaturi industrijali wara aċċident kbir, f’konformità mad-Direttiva 2012/18/UE.

ANNESS VI

FAŻIJIET U REKWIŻITI GĦALL-VALUTAZZJONI TAR-RISKJU SPEĊIFIKA GĦAS-SIT

1.    Il-karatterizzazzjoni tal-kontaminazzjoni tirrikjedi l-identifikazzjoni tal-kontaminanti preżenti fis-sit u d-determinazzjoni tas-sors, tal-konċentrazzjoni, tal-forma kimika tagħhom, u tad-distribuzzjoni fil-ħamrija u fl-ilma ta’ taħt l-art. Il-preżenza u l-konċentrazzjoni ta’ kontaminanti jiġu ddeterminati permezz ta’ kampjunar u investigazzjoni tal-ħamrija.

2.    Il-valutazzjoni tal-esponiment tidentifika l-mogħdija li biha l-kontaminanti tal-ħamrija jistgħu jilħqu r-riċetturi. Il-mogħdijiet ta’ esponiment jistgħu jinkludu t-teħid bin-nifs, l-inġestjoni, il-kuntatt mal-ġilda, it-teħid tal-pjanti, il-migrazzjoni għall-ilma ta’ taħt l-art jew oħrajn. Din l-informazzjoni hija kkombinata mal-frekwenza u mad-durata tal-esponiment u mal-karatteristiċi tar-riċetturi bħall-età, is-sess, u l-istatus tas-saħħa biex jiġi stmat l-assorbiment tal-kontaminant. Ir-rabtiet bejn is-sors, il-mogħdija u r-riċevitur huma miġbura fil-qosor f’rappreżentazzjoni grafika, skematika u simplifikata: il-mudell tas-sit kunċettwali.

3.    Il-valutazzjoni tat-tossiċità jew tal-periklu tinvolvi l-evalwazzjoni tal-effetti potenzjali fuq is-saħħa u fuq l-ambjent tal-kontaminanti, abbażi tad-doża u tad-durata tal-esponiment. Il-valutazzjoni tat-tossikoloġija jew tal-periklu tqis it-tossiċità inerenti tal-kontaminanti u s-suxxettibbiltà ta’ popolazzjonijiet differenti, bħall-annimali, il-mikroorganiżmi, il-pjanti, it-tfal, in-nisa tqal, l-anzjani, eċċ. L-informazzjoni tossikoloġika tintuża biex jiġu stmati d-dożi jew il-konċentrazzjonijiet ta’ referenza, li jintużaw għall-karatterizzazzjoni tar-riskju.

4.    Il-karatterizzazzjoni tar-riskju tirrikjedi l-integrazzjoni tal-informazzjoni mill-passi preċedenti biex jiġu stmati l-kobor u l-probabbiltà tal-effetti negattivi tas-sit kontaminat għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, inkluż mill-migrazzjoni tal-kontaminazzjoni għal mezzi ambjentali oħra. Il-karatterizzazzjoni tar-riskju tgħin biex tingħata prijorità lill-ħtieġa ta’ tnaqqis tar-riskju u ta’ miżuri ta’ rimedju. Din tista’ tgħin ukoll biex jiġu definiti objettivi ta’ rimedju jew ta’ ġestjoni għal sit, eż. biex jintlaħqu limiti massimi aċċettabbli jew valuri ta’ skrinjar ibbażati fuq ir-riskju speċifiċi għas-sit.

ANNESS VII


KONTENUT TAR-REĠISTRU TA’ SITI POTENZJALMENT KONTAMINATI U TA’ SITI KONTAMINATI

It-tfassil u l-preżentazzjoni tad-data fir-reġistru għandhom jippermettu li l-pubbliku jsegwi l-progress fil-ġestjoni ta’ siti potenzjalment kontaminati u ta’ siti kontaminati. Ir-reġistru għandu jkun fih u jippreżenta l-informazzjoni li ġejja fil-livell tas-sit għas-siti potenzjalment kontaminati magħrufa, għas-siti kontaminati, għas-siti kontaminati li jirrikjedu azzjoni ulterjuri, u għas-siti kontaminati fejn tkun ittieħdet azzjoni jew tkun qiegħda tittieħed azzjoni:

(a)il-koordinati, l-indirizz jew ir-roqgħa/l-irqajja’ katastali tas-sit f’konformità mad-Direttivi (UE) 2019/1024 u 2007/2/KE;

(b)is-sena tal-inklużjoni fir-reġistru;

(c)l-attivitajiet ta’ riskju kontaminanti jew potenzjalment kontaminanti li jkunu seħħew jew li jkunu qegħdin iseħħu fis-sit;

(d)l-istatus ta’ ġestjoni tas-sit;

(e)konklużjoni dwar il-preżenza jew in-nuqqas, il-konċentrazzjoni, it-tip u r-riskju tal-kontaminazzjoni (jew il-kontaminazzjoni residwa wara r-rimedju) fejn l-informazzjoni dwar dawk l-elementi tkun diġà disponibbli mill-investigazzjonijiet tal-ħamrija u mill-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikoli 14 u 15;

(f)l-azzjonijiet li jmiss u l-passi ta’ ġestjoni meħtieġa u msemmija fl-Artikoli 14 u 15, inkluża l-iskeda ta’ żmien tagħhom.

Ir-reġistru jista’ jkun fih ukoll l-informazzjoni li ġejja fil-livell tas-sit għas-siti potenzjalment kontaminati magħrufa, għas-siti kontaminati, għas-siti kontaminati li jirrikjedu azzjoni ulterjuri, u għas-siti kontaminati fejn tkun ittieħdet azzjoni jew tkun qiegħda tittieħed azzjoni, meta disponibbli:

(a)informazzjoni dwar il-permessi ambjentali maħruġa għas-sit, inkluża s-sena tal-bidu u tat-tmiem tal-attività;

(b)l-użu attwali u ppjanat tal-art;

(c)ir-riżultati tal-investigazzjoni tal-ħamrija u r-rapporti ta’ rimedju bħall-konċentrazzjonijiet u l-profili tal-kontaminazzjoni, il-mudell tas-sit kunċettwali, il-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju, it-tekniki użati jew ippjanati, l-istimi tal-effettività u tal-kost tal-miżuri għat-tnaqqis.

(1) +    OP : jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament dwar ir-restawr tan-natura li jinsab fid-dokument COM(2022) 304
(2)    Kif definit fil-Linji Gwida tal-FAO għad-Deskrizzjoni tal-Ħamrija, il-Kapitolu 5 ( https://www.fao.org/3/a0541e/a0541e.pdf )
(3)    Kif definit f’Arshad, M.A., B. Lowery, u B. Grossman. 1996. Physical tests for monitoring soil quality. p.123- 142. Fi: J.W. Doran u A.J. Jones (eds.) Methods for assessing soil quality. Soil Sci. Soc. Am. Spec. Publ. 49. SSSA, Madison, WI.
(4)    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(5)    Kif definit fil-Linji Gwida tal-FAO għad-Deskrizzjoni tal-Ħamrija, il-Kapitolu 5 ( https://www.fao.org/3/a0541e/a0541e.pdf )
(6)    Bethel, J. 1989. “Sample Allocation in Multivariate Surveys.” Survey Methodology 15: 47–57.
(7)    Il-metodoloġiji differenti mill-metodoloġija ta’ referenza għandhom ikunu disponibbli jew fil-letteratura xjentifika jew disponibbli għall-pubbliku.
(8)     https://www.fao.org/3/cb3355en/cb3355en.pdf  
(9)    Kif definit fil-Linji Gwida tal-FAO għad-Deskrizzjoni tal-Ħamrija, il-Kapitolu 5 ( https://www.fao.org/3/a0541e/a0541e.pdf )
(10)    Ekwivalenti skont ir-rapport tal-EEA: Soil monitoring in Europe – Indicators and thresholds for soil health assessments — l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (europa.eu)
(11)    Kif definit fil-Linji Gwida tal-FAO għad-Deskrizzjoni tal-Ħamrija, il-Kapitolu 5 ( https://www.fao.org/3/a0541e/a0541e.pdf )
(12)    Sekwenzjar tal-barcodes tad-DNA għall-kejl tad-diversità tassonomika u funzjonali tal-arkea, tal-batterji, tal-fungi u ta’ ewkarjoti oħra kif sar għal LUCAS Bijodiversità tal-Ħamrija abbażi ta’ https://doi.org/10.1111/ejss.13299  
(13)     https://www.sciencedirect.com/science/article/abs/pii/S0038071797001259  
(14)    Ir-Regolament (UE) 2020/741 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar ir-rekwiżiti minimi għall-użu mill-ġdid tal-ilma (ĠU L 177, 5.6.2020, p. 32).
(15)    Dan il-prinċipju ma japplikax għall-ħamrija tal-foresti
(16)    Dan il-prinċipju ma japplikax għall-ħamrija urbana
(17)    + OP : jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament dwar ir-restawr tan-natura li jinsab fid-dokument COM(2022) 304
(18)    + OP : jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu sostenibbli tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115 li jinsab fid-dokument COM(2022) 305
Top