Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021PC0275

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament tal-Fond, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2021

COM/2021/275 final

Brussell, 2.6.2021

COM(2021) 275 final

2021/0132(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament tal-Fond, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2021


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

•Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Il-proposta tikkonċerna abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tieni ħlas parzjali tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) li jridu jitħallsu mill-parteċipanti fil-FEŻ fl-2021.

Il-11-il FEŻ u fondi oħra tal-FEŻ li għadhom miftuħin (jiġifieri t-Tmien, id-Disa’ u l-10ar FEŻ) huma ġestiti skont il-ġabra ta’ regoli li ġejja:

Il-Ftehim ta’ Sħubija attwali bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra (“il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE”) kif emendat l-aħħar 1 ,

Id-Deċiżjoni Nru 2/2020 2 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tal-4 ta’ Diċembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni Nru 3/2019 3 li tadotta miżuri tranżizzjonali skont l-Artikolu 95(4) tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE għal estensjoni oħra tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE sat-30 ta’ Novembru 2021, jew sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim AKP-UE (“il-Ftehim Ġdid) ġdid jew sal-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim il-ġdid bejn l-Unjoni u l-Istati AKP, skont liema tiġi l-ewwel.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2233 dwar l-impenn tal-fondi li jirriżultaw mir-rimborżi taħt il-Faċilità ta’ Investiment tal-AKP minn operazzjonijiet taħt id-disa’, l-għaxar u l-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp 4 .

Il-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-ftehim ta’ sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 5 (il-“Ftehim Intern” tal-11-il FEŻ).

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp 6 (“ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”).

Id-dokumenti msemmijin hawn fuq jinkludu impenji pluriennali mill-partijiet lill-FEŻ biex jappoġġjaw finanzjarjament it-teżor tal-FEŻ. Ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ jipprevedi li jsiru kontribuzzjonijiet regolari mill-partijiet għall-FEŻ u għat-teżor tal-FEŻ skont impenji finanzjarji determinati minn qabel. Il-kontribuzzjonijiet regolari jiskattaw minn Deċiżjonijiet tekniċi tal-Kunsill li jirriflettu l-implimentazzjoni ta’ impenji finanzjarji deċiżi minn qabel.

Għaldaqstant, uħud mill-intestaturi fil-memorandum ta’ spjegazzjoni mhumiex applikabbli għal sejħiet regolari għall-kontribuzzjonijiet, bħalma hi din.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

•Bażi ġuridika

F’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ, il-Kunsill irid jiddeċiedi dwar din il-proposta mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju wara li l-Kummissjoni Ewropea, li taġixxi f’isem l-Unjoni Ewropea, tippreżenta din il-proposta.

2021/0132 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament tal-Fond, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2021

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 7 , u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) flimkien mal-Artikolu 14(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 8 (FEŻ) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju tal-11-il FEŻ”), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)F’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 19 sa 22 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 9 , il-Kummissjoni Ewropea għandha tippreżenta proposta sal-15 ta’ Ġunju 2021 li tispeċifika l-ammont tat-tieni ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2021 u ammont annwali rivedut tal-kontribuzzjoni għall-2021, fejn l-ammont ivarja mill-bżonnijiet reali.

(2)F’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/1877, fis-6 ta’ April 2021, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bagħat l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-pagamenti taħt l-istrumenti li jamministra lill-Kummissjoni.

(3)Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1877 l-ewwel is-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom jeżawrixxu l-ammonti previsti fil-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp preċedenti (“FEŻ”). Għaldaqstant jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi skont ir-Regolament (UE) 2018/1877 għall-BEI u għall-Kummissjoni.

(4)Skont l-Artikoli 152 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“il-ftehim dwar il-ħruġ”), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) għandu jibqa’ Parti għall-FEŻ sal-egħluq tal-11-il FEŻ u ta’ kull FEŻ preċedenti mhux magħluq. Madankollu, skont l-Artikolu 153 tal-ftehim dwar il-ħruġ, is-sehem tar-Renju Unit f’fondi diżimpenjati minn proġetti fl-ambitu tal-11-il FEŻ, meta dawk il-fondi jkunu ġew diżimpenjati wara l-31 ta’ Diċembru 2020, jew FEŻ preċedenti, ma għandux jerġa’ jintuża.

(5)Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1708 10 stabbiliet li l-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri fil-FEŻ għall-2021 huwa ta’ EUR 3 700 000 000 għall-Kummissjoni u EUR 300 000 000 għall-Bank Ewropew tal-Investiment.

(6)Sabiex il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni jkunu jistgħu jiġu applikati minnufih, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjonijiet individwali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għandhom jitħallsu mill-parteċipanti fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, bħala t-tieni ħlas parzjali tal-2021, skont l-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3
(2)    ĠU L 420, 14.12.2020, p. 32
(3)    ĠU L 1, 3.1.2020, p. 3
(4)    ĠU L 438, 28.12.2020, p.188-191
(5)    ĠU L 210, 6.8.2013, p.1
(6)    ĠU L 307, 3.12.2018, p.1-21
(7)    ĠU L 210, 6.8.2013, p.1
(8)    ĠU L 58, 3.3.2015, p.17-38
(9)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (ĠU L 307, 3.12.2018, p. 7.)
(10)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1708 tat-13 ta’ Novembru 2020 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2022, l-ammont annwali għall-2021, l-ewwel pagament parzjali għall-2021 u tbassir indikattiv u mhux vinkolanti tal-ammonti annwali mistennija tal-kontribuzzjonijiet għas-snin 2023 u 2024 (ĠU L 385, 13.11.2020, p. 13).
Top

Brussell, 2.6.2021

COM(2021) 275 final

ANNESS

tal-

Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament tal-Fond, inkluż it-tieni ħlas parzjali għall-2021



ANNESS

L-ISTATI MEMBRI U R-RENJU UNIT

Skema ta’ ridistribuzzjoni tal-11-il FEŻ f’%

It-2ni ħlas parzjali tal-2021 (EUR)

Totali

Il-BEI

Il-Kummissjoni

Il-11-il FEŻ

Il-11-il FEŻ

IL-BELĠJU

3,24927

4 224 051,00

38 991 240,00

43 215 291,00

IL-BULGARIJA

0,21853

284 089,00

2 622 360,00

2 906 449,00

IĊ-ĊEKJA

0,79745

1 036 685,00

9 569 400,00

10 606 085,00

ID-DANIMARKA

1,98045

2 574 585,00

23 765 400,00

26 339 985,00

IL-ĠERMANJA

20,57980

26 753 740,00

246 957 600,00

273 711 340,00

L-ESTONJA

0,08635

112 255,00

1 036 200,00

1 148 455,00

L-IRLANDA

0,94006

1 222 078,00

11 280 720,00

12 502 798,00

IL-GREĊJA

1,50735

1 959 555,00

18 088 200,00

20 047 755,00

SPANJA

7,93248

10 312 224,00

95 189 760,00

105 501 984,00

FRANZA

17,81269

23 156 497,00

213 752 280,00

236 908 777,00

IL-KROAZJA

0,22518

292 734,00

2 702 160,00

2 994 894,00

L-ITALJA

12,53009

16 289 117,00

150 361 080,00

166 650 197,00

ĊIPRU

0,11162

145 106,00

1 339 440,00

1 484 546,00

IL-LATVJA

0,11612

150 956,00

1 393 440,00

1 544 396,00

IL-LITWANJA

0,18077

235 001,00

2 169 240,00

2 404 241,00

IL-LUSSEMBURGU

0,25509

331 617,00

3 061 080,00

3 392 697,00

L-UNGERIJA

0,61456

798 928,00

7 374 720,00

8 173 648,00

MALTA

0,03801

49 413,00

456 120,00

505 533,00

IN-NETHERLANDS

4,77678

6 209 814,00

57 321 360,00

63 531 174,00

L-AWSTRIJA

2,39757

3 116 841,00

28 770 840,00

31 887 681,00

IL-POLONJA

2,00734

2 609 542,00

24 088 080,00

26 697 622,00

IL-PORTUGALL

1,19679

1 555 827,00

14 361 480,00

15 917 307,00

IR-RUMANIJA

0,71815

933 595,00

8 617 800,00

9 551 395,00

IS-SLOVENJA

0,22452

291 876,00

2 694 240,00

2 986 116,00

IS-SLOVAKKJA

0,37616

489 008,00

4 513 920,00

5 002 928,00

IL-FINLANDJA

1,50909

1 961 817,00

18 109 080,00

20 070 897,00

L-IŻVEZJA

2,93911

3 820 843,00

35 269 320,00

39 090 163,00

IR-RENJU UNIT

14,67862

19 082 206,00

176 143 440,00

195 225 646,00

TOTAL TAL-UE-27 U R-RENJU UNIT

100,00

130 000 000,00

1 200 000 000,00

1 330 000 000,00

Top