Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021DP0217

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Mejju 2021 dwar il-proposta għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (N9-0005/2021 – C9-0114/2021 – 2021/0900(NLE))

ĠU C 15, 12.1.2022, p. 229–229 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/229


P9_TA(2021)0217

Ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq – Kandidat: Natasha Cazenave

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Mejju 2021 dwar il-proposta għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (N9-0005/2021 – C9-0114/2021 – 2021/0900(NLE))

(Approvazzjoni)

(2022/C 15/25)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tat-12 ta' Marzu 2021 (C9-0114/2021),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn il-ġeneri fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0137/2021),

A.

billi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv attwali tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq jintemm fid-29 ta' Mejju 2021;

B.

billi, fit-12 ta' Marzu 2021, il-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, wara proċedura tal-għażla miftuħa, ippropona li jaħtar lil Natasha Cazenave bħala Direttur Eżekuttiv għal mandat ta' ħames snin, f'konformità mal-Artikolu 51(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010;

C.

billi, fit-22 ta' April 2021, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kellha seduta ta' smigħ ma' Natasha Cazenave, li fiha hi għamlet stqarrija preliminari u mbagħad wieġbet għal mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;

1.

Japprova l-ħatra ta' Natasha Cazenave bħala Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84

(2)  ĠU C 23, 21.1.2021, p. 105.

(3)  Testi adottati, P9_TA(2020)0017.


Top