Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019PC0589

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

COM/2019/589 final

Brussell, 14.11.2019

COM(2019) 589 final

2019/0262(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni, il-Kroazja ħadet l-impenn li taderixxi mal-ftehimiet konklużi jew iffirmati mill-Unjoni u mill-Istati Membri ma’ pajjiżi terzi. Fost dawk il-ftehimiet hemm il-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, l-Iżlanda u n-Norveġja (“il-Ftehim Anċillari”) dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, l-Iżlanda u n-Norveġja (“il-Ftehim tal-Erba’ Partijiet”), li jirregola r-relazzjoni bejn it-tliet partijiet Ewropej fil-kuntest ta’ dak il-Ftehim, filwaqt li l-Ftehim tal-Erba’ Partijiet jestendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha (“l-ATA bejn l-UE u l-Istati Uniti”) għall-Iżlanda u għan-Norveġja.

L-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni jipprevedi wkoll li l-adeżjoni tal-Kroazja ma’ dawk il-ftehimiet għandha tiġi miftiehma permezz tal-konklużjoni ta’ protokoll tal-ftehim bejn il-Kunsill, li jaġixxi unanimament f’isem l-Istati Membri, u l-pajjiżi terzi kkonċernati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tinnegozja dawk il-protokolli f’isem l-Istati Membri.

B’hekk il-Kummissjoni nnegozjat protokoll li jemenda l-Ftehim Anċillari sabiex jipprevedi l-adeżjoni tal-Kroazja ma’ dak il-ftehim.

L-objettiv ta’ din il-proposta huwa li tinkiseb Deċiżjoni tal-Kunsill, ibbażata fuq l-Artikolu 218(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-TFUE”) u l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni, li tawtorizza l-iffirmar tal-protokoll f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri, kif ukoll l-applikazzjoni proviżorja tiegħu f’konformità mal-Artikolu 4 tiegħu, soġġett għall-konklużjoni tiegħu iktar ’il quddiem.

Kuntest ġenerali

L-impenn tal-Kroazja skont l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni japplika wkoll għall-ATA bejn l-UE u l-Istati Uniti u għall-Ftehim tal-Erba’ Partijiet. B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni nnegozjat protokolli wkoll għal dawk il-ftehimiet sabiex jipprevedu l-adeżjoni tal-Kroazja ma’ dawk il-ftehimiet. Il-proposti għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar, l-applikazzjoni proviżorja u l-konklużjoni ta’ dawk il-protokolli, kif ukoll proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-protokoll li jemenda l-Ftehim Anċillari, jiġu ppreżentati b’mod parallel ma’ din il-proposta.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-ATA bejn l-UE u l-Istati Uniti kien l-ewwel ftehim komprensiv dwar it-trasport bl-ajru ma’ sieħeb ewlieni tal-avjazzjoni tal-Unjoni. Dan huwa l-iżjed ftehim importanti fid-dinja dwar it-trasport bl-ajru, u jipprovdi iktar minn 80 miljun post fis-sena għall-passiġġieri tat-trasport bl-ajru; għaldaqstant huwa l-ġebla tax-xewka tal-politika esterna tal-UE dwar l-avjazzjoni. L-importanza tiegħu żdiedet bl-estensjoni tiegħu għall-Iżlanda u għan-Norveġja permezz tal-Ftehim tal-Erba’ Partijiet. Il-protokoll se jippermetti lill-Kroazja tibbenefika minn dak il-ftehim.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Il-protokoll jippermetti lill-Kroazja tissodisfa l-obbligu tagħha skont l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni sabiex taderixxi mal-Ftehim Anċillari.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(5) tat-TFUE, u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-Protokoll se jippermetti lill-Kroazja tibbenefika mill-Ftehim tal-Erba’ Partijiet li joħloq kundizzjonijiet ugwali u uniformi għall-aċċess għas-suq u jservi bħala bażi għal arranġamenti ġodda għall-kooperazzjoni regolatorja u għall-konverġenza f’oqsma essenzjali għat-tħaddim sikur, sigur u effiċjenti tas-servizzi bl-ajru. Dawn l-arranġamenti jistgħu jinkisbu biss fil-livell tal-Unjoni.

Proporzjonalità

Il-Protokoll huwa limitat għat-trattament tal-kwistjoni tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Ftehim Anċillari u ma jindirizzax kwistjonijiet oħra.

Għażla tal-istrument

Ftehim internazzjonali.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Mhux applikabbli.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Mhux applikabbli.

Valutazzjoni tal-impatt

Mhux applikabbli.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux applikabbli.

Drittijiet fundamentali

Mhux applikabbli.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni.

5.ELEMENTI OĦRA

Sommarju tal-ftehim propost

Il-Protokoll jikkonsisti minn dispożizzjoni dwar l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Ftehim Anċillari u minn dispożizzjonijiet dwar id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll.

2019/0262 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu, tal-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Kummissjoni nnegozjat Protokoll li jemenda l-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”), f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 13351/12 tal-14 ta’ Settembru 2012 li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati.

(2)In-negozjati ġew konklużi b’suċċess bl-inizjalar tal-Protokoll fit-8 ta’ Marzu 2019.

(3)Jenħtieġ li l-Protokoll jiġi ffirmat u applikat b’mod proviżorju mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha f’konformità mal-Artikolu 4 tiegħu, soġġett għall-konklużjoni tiegħu iktar ’il quddiem.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jiddeżinja l-persuna/i li bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Protokoll f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

Artikolu 3

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll għandu jiġi applikat b’mod proviżorju mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha f’konformità mal-Artikolu 4 tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

Top

Brussell, 14.11.2019

COM(2019) 589 final

ANNESS

tal-

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea


PROTOKOLL

Li jemenda l-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

L-UNGERIJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

MALTA,

IR-RENJU TAN-NETHERLANDS,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

billi huma partijiet għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u billi huma Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem, “l-Istati Membri”), u

L-UNJONI EWROPEA,

bħala l-ewwel parti;

L-IŻLANDA,

bħala t-tieni parti; u

R-RENJU TAN-NORVEĠJA,

bħala t-tielet parti;

Wara li kkunsidraw l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Kroazja hija Parti għall-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Iżlanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerka, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Iżlanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, iffirmat fis-16 u fil-21 ta’ Ġunju 2011 (minn hawn ’il quddiem, “il-Ftehim Anċillari”).

Artikolu 2

It-test tal-Ftehim Anċillari bil-Kroat, mehmuż ma’ dan il-Protokoll, għandu jsir awtentiku skont l-istess kundizzjonijiet bħall-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-iktar waħda tard minn dawn li ġejjin:

1. id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Anċillari, u

2. xahar wara d-data tal-aħħar nota tal-iskambji ta’ noti diplomatiċi fost il-Partijiet li jikkonfermaw li tlestew il-proċeduri neċessarji kollha għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 4

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Protokoll b’mod proviżorju, sa fejn permess skont il-liġi domestika applikabbli, mid-data tal-iffirmar.

Magħmul fi …………, bi tliet kopji, fi …………. 2019, bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżlandiż, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bin-Norveġiż, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, bit-testi kollha awtentiċi b’mod ugwali.

Għall-Istati Membri                    

Għall-Unjoni Ewropea

Għall-Iżlanda

Għar-Renju tan-Norveġja

Top