Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019DP0162

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/522 rigward l-eżenzjoni tal-Bank tal-Ingilterra u tal-Uffiċċju tal-Ġestjoni tad-Dejn tar-Renju Unit mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 (C(2019)00792 – 2019/2550(DEA))

    ĠU C 23, 21.1.2021, p. 263–263 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.1.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 23/263


    P8_TA(2019)0162

    Ebda oġġezzjoni għal att delegat: eżenzjoni tal-Bank tal-Ingilterra u tal-Uffiċċju tal-Ġestjoni tad-Dejn tar-Renju Unit mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 596/2014

    Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/522 rigward l-eżenzjoni tal-Bank tal-Ingilterra u tal-Uffiċċju tal-Ġestjoni tad-Dejn tar-Renju Unit mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 (C(2019)00792 – 2019/2550(DEA))

    (2021/C 23/51)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2019)00792),

    wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament Delegat,

    wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, tal-21 ta' Frar 2019,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 35(5) tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    A.

    billi l-att delegat emendatorju fih emendi importanti biex ikun żgurat li l-Bank tal-Ingilterra u l-Uffiċċju tal-Ġestjoni tad-Dejn tar-Renju Unit jibqgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni eżistenti skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, wara li l-istatus tar-Renju Unit jinbidel għal dak ta' pajjiż terz;

    B.

    billi l-Parlament jirrikonoxxi l-importanza tal-adozzjoni rapida ta' dan l-att sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni Ewropea tkun imħejjija f'każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni mingħajr ftehim dwar il-ħruġ;

    1.

    Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament Delegat;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

    (1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1.


    Top