Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M8807

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8807 — Spectris/Macquarie Group/Soundwave Holdings) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 114, 28.3.2018, pp. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 114/17


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8807 — Spectris/Macquarie Group/Soundwave Holdings)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 114/10)

1.

Fil-21 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Spectris Group Holdings Limited (ir-Renju Unit), proprjetà tal-grupp Spectris (“Spectris”, ir-Renju Unit),

Macquarie Corporate Holdings Pty Limited (l-Awstralja), proprjetà tal-grupp Macquarie (“Macquarie”, l-Awstralja),

Soundwave Holdings Pty Ltd (“Soundwave Holdings” jew “JV”, l-Awstralja) impriża konġunta li għadha kemm inħolqot li lilha Spectris se tikkontribwixxi parti min-negozju tagħha.

Spectris u Macquarie jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Soundwave Holdings.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Spectris: il-manifattura u l-provvista ta’ strumenti li jsaħħu l-produttività u kontrolli għal applikazzjonijiet industrijali li jużaw it-teknoloġija b’mod intensiv,

—   għal Macquarie: il-ġestjoni tal-assi u l-finanzi, is-servizzi bankarji, servizzi ta’ konsulenza u soluzzjonijiet tar-riskju u l-kapital madwar dejn, ekwità u prodotti bażiċi,

—   għal Soundwave Holdings: servizzi ta’ monitoraġġ ambjentali għan-negozji.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8807 — Spectris/Macquarie Group/Soundwave Holdings

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top